Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2296

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2296/2003 tat-23 ta' Diċembru 2003 li tidderoga, għal 2004, mir-Regolament (KE) Nru 327/98 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffa għal importazzjonijiet ta' ross u ross miksur

    ĠU L 340, 24.12.2003, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2296/oj

    32003R2296



    Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0035 - 0036


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2296/2003

    tat-23 ta' Diċembru 2003

    li tidderoga, għal 2004, mir-Regolament (KE) Nru 327/98 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffa għal importazzjonijiet ta' ross u ross miksur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL magħmulin fil-bidu tal-konklużjoni tan-negozjati [1] XXIV(6) tal-GATT, u partikolarment l-Artikolu 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja skond l-Artikolu XXIII [2] tal-GATT, u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, iċ-Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 għandha tagħmel possibbli għal dawk il-pajjiżi li jikkwalifikaw għall-kwoti tat-tariffa għal importazzjonijiet ta' ross u ross miksur introdotti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 [3] taħt kondizzjonijiet xierqa ħdejn dawk applikabbli lill-Istati Membri eżistenti. Operaturi ekonomiċi f'dawk il-pajjiżi għandhom għalhekk jinataw il-possibilità li jipparteċipaw totalment f'dawk il-kwoti ma' l-adeżjoni.

    (2) Sabiex ma jkunx hemm disturb fis-suq qabel u wara l-1 ta' Mejju 2004, il-kalendarju għall-porzjonijiet previsti fil-2004 għandu jinbidel u l-allokazzjoni ta' kwantitajiet aġġustat mingħajr, madankollu, ma jiġu mibdula l-kwantitajiet totali previsti fil-ftehimiet internazzjonali konklużi skond l-Artikoli XXIII u XXIV (6) tal-GATT, jiġifieri kwoti tat-tariffa ta' kull sena għal importazzjonijiet ta' 63000-il tunnellata metrika ta' ross nofsu mitħun u ross kollu mitħun koperti mill-kodiċi NM 100630 bl-ebda dazju, 20000-il tunnellata metrika ta' ross maħruġ mill-fosdqa koperti mill-kodiċi NM 100620 f'dazju fiss ta' EUR 88 għal kull tunnelata metrika u 80000-il tunnellata metrika ta' ross miksur koperti mill-kodiċi NM 100640 b'tnaqqis ta' EUR 28 għal kull tunnellata metrika fid-dazju ta' l-importazzjoni.

    (3) It-tibdiliet u aġġustamenti previsti f'dan ir-Regolament għandhom jibdlu għall-2004 il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

    (4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B'deroga mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 il-kwoti tat-tariffa ta' kull sena msejħa fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament għandhom jinfetħu, għall-2004, għal importazzjonijiet għal ġo l-Komunità bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 63000

    -il tunnellata metrika ta' ross nofsu mitħun u ross kollu mitħun koperti mill-kodiċi NM

    100630

    (Nru ta' serje tal-kwota 09.4076) għandhom jiġu allokati skond il-pajjiż ta' oriġini u porzjonijiet kif ġej:

    | Jannar | Mejju | Lulju | Settembru |

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika | 9681 | 19360 | 9680 | — |

    It-Tajlandja | 10727 | 5364 | 5364 | — |

    L-Awstralja | — | 1019 | — | — |

    Pajjiżi ta' oriġini oħra | — | 1805 | — | — |

    Total | 20408 | 27548 | 15044 | — |

    (b) 20000

    -il tunnellata metrika ta' ross maħruġ mill-fosdqa koperti mill-kodiċi NM

    100620

    (Nru ta' serje tal-kwota 09.4077) għandhom jiġu allokati skond il-pajjiż ta' oriġini u porzjonijiet kif ġej:

    | Jannar | Mejju | Lulju | Settembru |

    L-Awstralja | 2608 | 5214 | 2607 | — |

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika | 1911 | 3821 | 1910 | — |

    It-Tajlandja | — | 1812 | — | — |

    Pajjiżi ta' oriġini oħra | — | 117 | — | — |

    Total | 4519 | 10964 | 4517 | — |

    (ċ) 80000

    -il tunnellata metrika ta' ross miksur koperti mill-kodiċi NM

    100640

    (Nru ta' serje tal-kwota 09.4078) għandhom jiġu allokati skond il-pajjiż ta' oriġini u porzjonijiet kif ġej:

    | Jannar | Mejju |

    It-Tajlandja | 13866 | 27734 |

    L-Awstralja | 4304 | 8609 |

    Il-Gujana | 2834 | 5669 |

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika | 2427 | 4854 |

    Pajjiżi ta' oriġini oħra | 3234 | 6469 |

    Total | 26665 | 53335 |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-23 ta' Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 146, ta' l-20.06.96, pġ. 1.

    [2] ĠU L 122, tat-22.05.96, pġ. 15.

    [3] ĠU L 37, tal-11.02.98, pġ. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2458/2001 (ĠU L 331, tal-15.12.01, pġ. 10).

    --------------------------------------------------

    Top