Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0814

    Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 814/2003 tat-8 ta' Mejju 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi tat-tariffa għall-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2004

    ĠU L 116, 13.5.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/814/oj

    32003R0814



    Official Journal L 116 , 13/05/2003 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 814/2003

    tat-8 ta' Mejju 2003

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi tat-tariffa għall-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2004

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Sa mid-dħul b'effett fl-1 ta' Jannar 2002, ir-Regolament (KE) Nru 2501/2001 [1] kien instab li kellu bżonn ta' ċerti emendi.

    (2) Partikolarment, disposizzjoni speċifika għandha tkun introdotta sabiex tippermetti lil kwalunkwe pajjiż benefiċjarju li jkun jiffaċċja kriżi ekonomika jew finanzjarja gravi li jkun eżentat mill-gradwazzjoni tas-setturi l-ġodda. Aktar minn hekk, la darba d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 li jirreferu għal setturi ma jistgħax japplikaw għal prodotti li dwarhom l-ebda settur speċifiku ma jkun ġie assenjat, l-Anness III ta' l-imsemmi Regolament għandu jkun emendat sabiex jispeċifika settur għal kull prodott kopert bi kwalunkwe mill-arranġamenti differenti.

    (3) Instab li kien impossibbli li tkun adottata l-ewwel deċiżjoni intiża fl-Artikolu 12(5) tar-Regolament imsemmi hawn fuq qabel l-1 ta' Jannar 2003; għalhekk huwa xieraq li jkun hemm provvediment li t-tneħħija tal-preferenzi tat-tariffa għandha tkun applikabbli, f'żewġ stadji, mill-1 ta' Novembru 2003 sa l-1 Mejju 2004.

    (4) Ir-Reġolament (KE) Nru 2501/2001 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2501/2001 huwa b'hekk emendat kif ġej:

    1. Dan il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma l-Artikolu 10:

    "3. Il-preferenzi tat-tariffa referuti fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal prodotti tas-setturi li fir-rigward tagħhom dawk il-preferenzi ta' tariffa jkunu ġew imneħħija, għall-pajjiż ta' l-oriġini kkonċernat, b'konformità mal-kolonna D ta' l-Anness I jew ta' deċiżjoni meħuda sussegwentament bi qbil ma l-Artikolu 12.";

    2. Il-Paragrafu 6, ta' l-Artikolu 12 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "6. L-ewwel deċiżjoni meħuda bi qbil mal-paragrafu 5 għandha tkun tapplika kif ġej:

    - għandha tkun tapplika fir-rigward tat-tneħħija tal-preferenzi tat-tariffa bi 5-% sa mill-1 ta' Novembru 2003 u bi 100 % sa mill-1 ta' Mejju 2004, b'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1; u

    - għandha tkun tapplika mill-1 ta' Jannar 203 fir-rigward ta' l-istabbelimemnt mill-ġdid ta' preferenzi tat-tariffa, b'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2.

    Sussegwentament, deċiżjonijiet meħudha b'konformità mal-paragrafu 5 għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar tat-tieni sena li ssegwi ‘l dik li ma tulha jkun meħuda.";

    3. Dan il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma l-Artikolu 12:

    "8. Meta pajjiż benefiċjarju jirreġistra tnaqqis ta' mill-anqas 3 % fil-Prodott Gross Domestiku reali tiegħu, espress fil-munita nazzjonali tiegħu u fir-rigward tal-perijodu l-aktar riċenti ta' 12 il-xhar li minnu l-informazzjoni tkun disponibbli, il-paragrafu 1 m'għandux ikun applikabbli għad-deċiżjonijiet meħuda b'konformità mal-paragrafu 5.";

    4. Fl-Anness I, il-parti ta' spjegazzjoni bil-bidu għandha tkun emendata kif ġej:

    Fir-referenza għal "Kolonna D", il-parentesi "(l-Artikolu 7(8))" għandu jkun mibdul bi "(l-Artikolu 7(8) u l-Artikolu 10(3))";

    5. Fl-Anness II, it-test taħt il-Punt 4 (

    "Sorsi tal-istatistika"

    ) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "Is-sorsi tal-istatistika għad-dħul kull ras huwa r-Rapport tal-Iżvilupp Dinji tal-Bank tad-Dinja, għall-prodott gross domestiku ta' dak il-kwart tas-sena kif prodott mill-Istatistika Finanzjarja Internazzjonali tal-IMF, għall-esportazzjoni manifatturata fl-istatistika tal-NU Comtrade, u għall-importazzjoni fil-Komunità tal-istatistika Comext.";

    6. Fl-Anness III, settur ieħor, kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jkun miżjud.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Chrisochoïdis

    [1] ĠU L 346, tal-31.12.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    (Is-Settur li għandu jkun miżjud ma l-Anness III kif referut fl-Artikolu 1, il-punt 6)

    "XXXIV | Metalli bażiċi oħrajn u oġġetti minn metalli bażiċi | 720219; 720229; 72023000; 72029200; 72071190; 72071290; 72071919; 72071939; 72071990; 72072019; 72072059; 72072079; 72089090; 72099090; 72101190; 72101290; 72102090; 72103090; 72104190; 72104990; 72105090; 72106190; 72106990; 72107090; 72109010; 72109090; 72112391; 72112399; 72112950; 72112990; 72119019; 72119090; 72121093; 72121099; 72122019; 72122090; 72123019; 72123090; 72124095; 72124098; 72125010; 72125058; 72125075; 72125091; 72125093; 72125097; 72125099; 72126019; 72126093; 72126099; 72151000; 721550; 72159090; 721661; 72166900; 721691; 72169990; 72189190; 72189919; 72189991; 72189999; 72199090; 72202031; 72202039; 72202051; 72202059; 72202091; 72202099; 72209019; 72209039; 72209090; 722220; 72223051; 72223091; 72223098; 72224091; 72224093; 72224099; 72249019; 72249091; 72249099; 72252090; 72259190; 72259290; 72259990; 72261190; 72261990; 72262080; 72269290; 72269380; 72269480; 72269980; 72281050; 72281090; 72282060; 722840; 722850; 72286081; 72286089; 72287091; 72287099; 7229; 73012000; 73021010; 73024090; 73029030; 73029090." |

    --------------------------------------------------

    Top