EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0320

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jtemm ir-reviżjoni tal-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq applikabbli għal importi ta’ twaħħil ta’ tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut malleabbli bil-ħajta li joriġinaw fil-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja

ĠU L 47, 21.2.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/320/oj

32003R0320

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jtemm ir-reviżjoni tal-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq applikabbli għal importi ta’ twaħħil ta’ tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut malleabbli bil-ħajta li joriġinaw fil-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja

Official Journal L 047 , 21/02/2003 P. 0001 - 0002
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 58 - 59


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2003

tat-18 ta’ Frar 2003

li jtemm ir-reviżjoni tal-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq applikabbli għal importi ta’ twaħħil ta’ tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut malleabbli bil-ħajta li joriġinaw fil-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 8,9 u l-Artikolu 11(3) miġjuba fih,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp tal-Ftehim li jaqta’ l-Kwistjoni ta’ l-ODK li jirrigwardja materji kontra l-fqigħ tas-suq u kontra s-sussidji [2] u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta sottomessa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

(1) Fis-26 ta’ Marzu 2001, il-Kummissjoni rċeviet talba minn produttur esportatur ta’ twaħħil malleabbli bil-ħajta fir-Repubblika Ċeka, prinċipalment Moravske Zelezarny AS, biex temenda dazju definittiv kontra l-fqigħ tas-suq impost fuqu mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2000 tal-11 ta’ Awissu 2000 li jimponi dazju definittiv kontra l-fqigħ tas-suq u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importi ta’ ċerti twaħħil ta’ tubi jew pajpijiet ta’ ħadid fondut malleabbli bil-ħajta li joriġinaw fil-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja [3].

(2) Il-produttur esportatur talab reviżjoni fuq il-bażi li r-rata tad-dazju individwali tiegħu kontra l-fqigħ tas-suq hija bażata fuq metodoloġiji li mhumiex f’linja mal-konklużjonijiet li jinstabu fir-rapport ta’ l-Appellate Body u rapport pannell kif modifikat mir-rapport ta’ l-Appellate Body fil-każ "Komunitajiet Ewropej – Miżuri kontra l-fqigħ tas-suq fuq importi ta’ bjankerija tas-sodda tal-għamla tal-qoton/tajjar mill-Indja" [4] (Rapporti) u partikolarment l-interpretazzjoni legali provvduta f’dawk ir-rapporti għall-Artikoli 2(2)(2)(ii) u 2(4)(2) tal-Ftehim Kontra l-Fqigħ tas-Suq ta’ l-ODK, kif adottat mill-Korp tal-Ftehim li jaqta’ l-Kwistjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK).

(3) B’konsegwenza, il-Kummissjoni offriet, permezz ta’ avviż tal-5 ta’ Diċembru 2001 (minn issa ‘l quddiem riferit bħala avviż ta’ notifika) pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [5], il-possibilta ta’ reviżjoni tal-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq applikabbli għal importi ta’ twaħħil ta’ tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut malleabbli bil-ħajta li joriġinaw fil-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja.

(4) L-iskop tar-reviżjoni kienet limitata għall-eżami ta’ fqigħ tas-suq minn dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiżi interessati li r-rati tad-dazju huma bażati fuq metodoloġija ta’ fqigħ tas-suq mal-ħruġ fir-rapporti u li sottomettew risposta sħiħa ta’ kwestjonarju fil-limiti taż-żmien dikjarati fl-avviż ta’ ftuħ. Din ir-reviżjoni kienet ibbażata fuq l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001.

(5) Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produtturi esportaturi magħrufin kollha u l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi esportaturi bil-ftuħ tal-proċediment. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunita li jagħrfu l-ħsibijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien dikjarat fl-avviż tal-ftuħ.

(6) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma interessati u lil kumpaniji oħra kollha li għarfu lilhom infushom fit-temmiet ta’ iżmna dikjarati fl-avviż tal-ftuħ u rċevew biss risposta waħda minn produttur esportatur fit-Tajlandja. Il-produttur Ċek li orġinarjament talab reviżjoni ma rrispondiex għall-kwestjonarju.

(7) Sosegwentement, dan il-produttur esportatur fit-Tajlandja ddeċieda li jirtira l-applikazzjoni tiegħu għal reviżjoni. Għalhekk, u minħabba li l-ebda esportatur ieħor ma ssottometta risposta għal kwestjonarju skond l-avviż tal-ftuħ, l-investigazzjoni preżenti għandha titwaqqaf.

B. KONKLUŻJONIJIET

(8) Fuq il-bażi ta’ dan msemmi fuq, huwa konkluż li r-reviżjoni għandha titwaqqaf u l-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq impost mir-Regolament (KE) Nru 1784/2000 fuq importi tal-prodott konċernat li joriġina fil-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja għandu jibqa’ fis-seħħ, mingħajr ma jinbidel il-livell tal-miżuri għall-produtturi esportaturi fil-pajjiżi interessati. Bl-istess mod, l-undertakings oriġinarjament aċċettati għandhom jibqgħu fis-seħħ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni ta’ miżuri kontra l-fqigħ tas-suq li jirrigwardjaw importi ta’ twaħħil ta’ tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut malleabbli bil-ħajta korrentement klassifikabbli fil-kodiċi tan-NK ex73071910 (kodiċi TARIC 7307191010) u li joriġinaw fil-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja, hija hawnhekk imwaqqfa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Frar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Christodoulakis

[1] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 10.

[2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 10.

[3] ĠU L 208, tat-18.8.2000, p. 8.

[4] WT/DS 141/AB/R, ta’ l-1.3.2001.

[5] ĠU C 342, tal-5.12.2001, p. 5.

--------------------------------------------------

Top