This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0080
Commission Regulation (EC) No 80/2003 of 17 January 2003 amending Regulation (EC) No 175/2001 as regards certain mixtures of certain varieties of walnuts in shell, officially defined by the producing country
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2003 tas-17 ta’ Jannar 2003 li temenda r-Regolament (KE) Nru 175/2001 fir-rigward ta’ ċerti taħlitiet ta’ certi varietajiet ta’ ġewż fil-qoxra, uffiċjalment definiti mill-pajjiż li jipproduċihom
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2003 tas-17 ta’ Jannar 2003 li temenda r-Regolament (KE) Nru 175/2001 fir-rigward ta’ ċerti taħlitiet ta’ certi varietajiet ta’ ġewż fil-qoxra, uffiċjalment definiti mill-pajjiż li jipproduċihom
ĠU L 13, 18.1.2003, p. 5–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2009
Official Journal L 013 , 18/01/2003 P. 0005 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2003 tas-17 ta’ Jannar 2003 li temenda r-Regolament (KE) Nru 175/2001 fir-rigward ta’ ċerti taħlitiet ta’ certi varietajiet ta’ ġewż fil-qoxra, uffiċjalment definiti mill-pajjiż li jipproduċihom IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1881/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 175/2001 tas-26 ta’ Jannar 2001 li jistipula l-istandard tal-marketing għall-ġewż fil-qoxra [3] jippermetti, għall-klassifikazzjonijiet ta’ kwalità kollha, li ġewż ta’ kemm-il varietà jitħallat fl-istess pakkett, sakemm it-taħlita hi uffiċjalment definita mill-pajjiż li jipproduċihom. (2) L-awtoritajiet Franċiżi infurmaw il-Kummissjoni li huma uffiċjalment ddefinixxew kemm-il taħlita ta’ varietajiet, imsemmijin "Noix de Grenoble" u "Noix du Périgord", applikabbli kemm lill-ġewż frisk kif ukoll dak niexef. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti infurmaw il-Kummissjoni li huma ddefinixxew taħlita ta’ varietajiet imsemmija "California walnuts", applikabbli lill-ġewż niexef. (3) Minkejja l-eżistenza ta’ taħlitiet oħra ta’ varietajiet ta’ ġewż uffiċjalmet definiti x’imkien ieħor, il-karatteristiċi ta’ dawn it-taħlitiet għandhom ikunu ddettaljati fir-Regolament (KE) Nru 175/2001, sabiex tkun evita kwalunkwe diskrepanza fl-interpretazzjoni u applikazzjoni tiegħu. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 175/2001 għandu jiġi emendat għal dan il-għan. (5) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għal frott u ħaxix frisk ma tax opinjoni fil-limitu tal-ħin stabbilit mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 175/2001 għandu jiġi emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 17 Jannar 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 285, tat-23.10.2002, p. 13. [3] ĠU L 26, tas-27.1.2001, p. 24. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 175/2001 għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Fit- Titolu II (Dispożizzjonijiet dwar il-kwalità), punt B (Klassifikazzjoni) għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-punt (i), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul mat-test li ġej: "Ġewż fil-qoxra f’din il-klassifikazzjoni għandha tkun ta’ kwalità superjuri. Għandhom ikollhom il-karatteristiċi tal-varietà jew tat-taħlita ta’ ċerti varietajiet definiti uffiċjalment mill-pajjiż li jipproduċihom u speċifikati fil-marka." (b) fil-punt (ii), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul mat-test li ġej: "Ġewż fil-qoxra f’din il-klassifikazzjoni għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Għandhom ikunu karatteristiċi tal-varietà, ta’ tip kummerċjali jew ta’ taħlita ta’ ċerti varietajiet uffiċjalment definiti mill-pajjiż li jipproduċihom u speċifikati fil-marka." 2. It-test li ġej għandu jiġi miżjud: L-ANNESS III LISTA MHUX ESAWRIJENTI TA’ TAĦLITIET TA’ ĠERTI VARIETAJIET, UFFI ĠJALMET DEFINITI MILL-PAJJIŻ LI JIPPRODU ĠIHOM, FIS-SENS TA’ PUNTI II.B(i) U II.B(ii) TA’ L-ANNESS 1. "Noix de Grenoble" - għal ġewż niexef u frisk, taħlita tal-varietajiet li ġejjin: Franquette, Mayette, Parisienne; 2. "Noix du Périgord" - għal ġewż niexef, taħlita tal-varietajiet li ġejjin: Marbot, Franquette, Corne; - għal ġewż frisk, taħlita tal-varietajiet li ġejjin: Marbot, Franquette; 3. "California walnuts" - għal ġewż niexef, taħlita tal-varietajiet li ġejjin: Amigo, Adams, Ashley, Payne, Eureka, Hartley, Serr, Chandler, Chico, Gustine, Lompoc, Midland, Pedro, Pioneer, Sunland, Tehama, Tulare, Vina, Poe, Carmello, Cascade, Concha, Ehrhardt, Franquette, Howe, Howard, Idaho, Marchetti, Mayette, Meylan, Plancentia, Sharkey, Sinensis, Trinta, Waterloo, Westside.” --------------------------------------------------