Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0385

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Mejju 2003 li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2003/56/KE dwar ċertifikati ta’ saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali min-New Zealand (mgħarrfa taħt dokument nru K (2003) 1788)Test b’rilevanza għall-EEE

    ĠU L 133, 29.5.2003, p. 87–88 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/10/2015; Impliċitament imħassar minn 32015D1901

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/385/oj

    32003D0385



    Official Journal L 133 , 29/05/2003 P. 0087 - 0088


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-28 ta’ Mejju 2003

    li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2003/56/KE dwar ċertifikati ta’ saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali min-New Zealand

    (mgħarrfa taħt dokument nru K (2003) 1788)

    (Test b’rilevanza għall-EEE)

    (2003/385/KE)

    IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunita Ewropea u n-New Zealand dwar miżuri sanitarji li japplikaw għal kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 1999/837/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ spezzjoni ta’ saħħa u veterinarja ma’ l-importazzjoni ta’ annimali tal-fart, annimali tar-razza ovina u dik kaprina u majjali, laħam frisk u prodotti mill-laħam minn pajjiżi terzi [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1452/2001 [4], u partikolarment l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 22(2) miġjub fih, u d-dispożizzjonijiet korrespondenti tad-Direttivi l-oħra li jistabbilixxu kondizzjonijiet sanitarji u mudelli ta’ ċertifikati għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE ta’ l-24 ta’ Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali min-New Zealand [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/331/KE [6], tippreskrivi l-ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni u l-mudelli ta’ ċertifikati uffiċjali tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali min-New Zealand.

    (2) Sabiex jiġi faċilitat il-qlib għaċ-ċertifikati uffiċjali ġodda tas-saħħa, id-Deċiżjoni 2003/56/KE tipprovdi għal perjodu transizzjonali ta’ massimu ta’ 90 ġurnata. Dan il-perjodu transizzjonali ġie estiż b’30 ġurnata biex jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt tat-Tmexxija għall-Ftehim fil-laqgħa tiegħu tas-27 u t-28 ta’ Frar 2003 li għandha x’taqsam ma’ ċerti emendi għall-Annessi mal-Ftehim.

    (3) Diskussjonijiet qegħdin isiru bejn il-Partijiet għall-Ftehim li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskop tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat. Il-proċedura biex jiġu emendati l-Annessi mal-Ftehim teħtieġ ukoll li tiġi klarifikata aktar.

    (4) Għal din ir-raġuni, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu transizzjonali provvdut fid-Deċiżjoni 2003/56/KE sat-30 ta’ Settembru 2003.

    (5) Id-Deċiżjoni 2003/56/KE għandha tiġi emendata kif mistħoqq.

    (6) Il-miżura provduta f’ din id-Deċiżjoni hija bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2003/56/KE huwa mibdul b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 4

    Għal perjodu transizzjonali, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali dikjarati fl-Anness I skond il-mudelli ta’ ċertifikati applikati minn qabel sat-30 ta’ Settembru 2003."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Ġunju 2003.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Mejju 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 57, tas-26.2.1997, p. 4.

    [2] ĠU L 332, tat-23.12.1999, p. 1.

    [3] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24.

    [4] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11.

    [5] ĠU L 22, tal-25.1.2003, p. 38.

    [6] ĠU L 116, tat-13.5.2003, p. 24.

    --------------------------------------------------

    Top