Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0174

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol

    ĠU L 70, 14.3.2003, p. 31–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/10/2016; Imħassar b' 32016D1859

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/174(1)/oj

    32003D0174



    Official Journal L 070 , 14/03/2003 P. 0031 - 0033


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-6 ta' Marzu 2003

    li tistabbilixxi Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol

    (2003/174/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 202 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Is-sieħba soċjali huma magħquda fl-implementazzjoni tal-istrateġija kkoordinata għalx-xogħol stabbilita mill-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu ta' l-20 u l-21 ta' Novembru 1997 fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/532/KEE tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1970 li tisstabbilixxi l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Komunitajiet Ewropej [1].

    (2) Il-Kunsill Ewropea ta' Cologne tat-3 u l-4 ta' Ġunju 1999, stabbilixxa djalogu makro-ekonomiku bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tas-sieħba soċjali.

    (3) Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 stabbilixxa mira strateġika ġdida għall-għaxar snin li ġejjin u ftiehem li l-akkwist ta' dik il-mira jeħtieġ strateġija ġenerali iddisinjata biex tintegra riformi strutturali, strateġija Ewropea kkordinata tax-xogħol, il-politika ta' protezzjoni soċjali u ta' makro-ekonomija fil-kuntest tal-koordinament tal-istrateġiji ekonomiċi ġenerali tal-Istati Membri.

    Fil-Komunikazzjoni tagħha "Id-djalogu soċjali Ewropew, forza ta' l-innovazzjoni u l-bidla", il-Kummissjoni saħqet li s-Summit Tripartit Soċjali jista' jikkontribwixxi għad-dibattitu dwar dawn is-suġġetti.

    (4) Fil-kontribuzzjoni konġunta tagħhom għall-Kunsill Ewropew ta' Laeken tal-14 u 15 ta' Diċembru 2001, is-sieħba soċjali wrew li l-Kumitat Permamenti dwar ix-Xogħol ma kienx wasal għall-integrazzjoni ta' konċentrazzjoni bħal din u li ma kienx laħaq il-ħtieġa ta' koeżjoni u sinerġija bejn il-varji proċessi li fihom kien involut. Għalhekk huma pproponew li dan għandu jkun abolit u forma ġdida ta' konsultazzjoni tripartita għandha għalhekk tkun stabbilita.

    (5) F'dik il-kontribuzzjoni konġunta, is-sieħba soċjali pproponew li jifformalizzaw il-laqgħat tagħhom mat-Troika fil-livell tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern u l-Kummissjoni li, fil-kuntest tal-proċess tal-Lussemburgu, kienet ilha tiltaqa sa mill-1997 lejliet il-Kunsilli Ewropew.

    Sa minn Diċembru 2000, dawn il-laqgħat kienu magħrufa bħala l-Laqgħat Għolja Soċjali u li kienu jattendu għalihom il-President tal-Kummissjoni u t-Troika tal-Kapijiet ta' Stat u Gvernijiet flimkien mal-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u s-sieħba soċjali rrappreżentati mill-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Ewropej ta' l-Industriji li Jimpjegaw (UNICE), iċ-Ċentru Ewropew għall-Intrapriżi b'Parteċipazzjoni Pubblika u l-Impriżi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (CEEP), l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' l-Impriżi ta' l-Artiġġjanat, żgħar u ta' daqs medju (UEAPME), il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC), il-Eurocardes u l-Confédération européenne des cadres (CEC).

    (6) Il-Kunsill Ewropew ta' Laeken ħa nota tal-voluntà tajba tas-sieħba soċjali li jiżviluppaw u jtejbu l-koordinazzjoni tal-konċentrazzjoni dwar il-varji aspetti tal-istrateġija ta' Lisbona. Hija qablet li Summit Soċjali jinżamm fil-futur qabel kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa. Dan kien ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew ta' Barcellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002.

    (7) Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizju għall-organizzazzjoni u l-operazzjoni fid-djalogu soċjali fil-varji Stati Membri.

    (8) Fil-kuntest tat-tkabbir u l-iżvilupp ta' djalogu soċjali awtonomu, ir-rappreżentanza l-aktar wiesa' possibbli kif ukoll dwar il-leġittimità u l-affettività tal-konsultazzjoni tas-sieħba soċjali huma ta' l-għola importanza.

    Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jittieħed akkont l-istudju tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sieħba soċjali u l-lista riveduta ta' l-organizzazzjonijiet involuti fid-dimenzjonijiet kollha tad-djalogu soċjali fil-livell Ewropew, u dik il-lista għandha tkun aġġornata,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Stabbiliment

    Summit Tripartit tal-Iżvilupp u x-Xogħol (minn hawn il-quddiem msejjaħ "il-Summit") huwa b'hekk stabbilit.

    Artikolu 2

    Kompitu

    Il-kompitu tas-Summit għandu jkun li jassigura, b'konformità mat-Trattat u b'attenzjoni xierqa għall-poteri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, li hemm konċeertazzjoni kontinwa bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sieħba soċjali.

    Dan ikun jiffaċilita lis-sieħba soċjali fil-livell Ewropew li jikkontribwixxu, fil-kuntest tad-djalogu soċjali tagħhom, il-varji komponenti tal-istrateġija ekonomika u soċjali integrata, inkluża d-dimenzjoni tal-iżvilupp sostenibbli kif maħruġa mill-Kunsill Ewropew ta' Lisbona f'Marzu 2000 u ssupplementata mill-Kunsill Ewropew ta' Göteborg f'Ġunju 2001.

    Għal dak il-għan, għandu jħejji ix-xogħol tal-bidu ta' u d-diskussjonijiet bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sieħba soċjali fil-fora differenti tal-konċentrazzjoni dwar materji ekonomiċi, soċjali u ta' xogħol.

    Artikolu 3

    Sħubija

    1. Is-Summit għandu jikkonsisti mill-Presidenza tal-Kunsill u ż-żewġ Presidenzi sussegwenti, il-Kummissjoni u s-sieħba soċjali, irrappreżentati fl-għola livell.

    Il-Ministri minn dawk it-tlett Presidenzi u l-Kummissjarju, responsabbli għal-Affarijiet tax-Xogħol u Soċjali għandhom ikunu preżenti.

    Skond l-aġenda, Ministri oħrajn minn dawk it-tlett Presidenzi u Kummissarji oħrajn jistgħu wkoll ikunu mistiedna biex jieħdu sehem.

    2. Ir-rappreżentanti tas-sieħba soċjali għandhom ikunu maqsuma f'żewġ delegazzjonijiet ta' l-istess daqs li jkunu jinvolvu 10 rappreżentanti tal-ħaddiema u 10 rappreżentanti ta' min iħaddem, jingħata każ tal-ħtieġa biex tkun assigurata parteċipazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa.

    Kull deleganazzjoni għandha tikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej matul l-industrija jew li jirrappreżentaw l-interessi ġenerali jew l-interessi aktar speċifiċi tal-personal ta' superviżjoni u maniġerjali u ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-livell Ewropew.

    Il-koordinazzjoni teknika għandha tkun ipprovduta mid-delegazzjoni tal-ħaddiema tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) u tad-delegazzjoni ta' min iħaddem mill-Unjoni Ewropea tal-Konfederazzjonijiet Industrijali u ta' min Iħaddem (UNICE). Il-ETUC u l-UNICE għandhom jassiguraw li l-opinjonijiet espresi mill-organizzizzajonijiet speċifiċi u settorjali jkunu meqjusa bis-sħiħ fil-kontribuzzjonijiet tagħhom u għandhom, meta xieraq, jinkludu r-rappreżentanti minn uħud minn dawk l-organizzazzjonijiet fid-delegazzjonijiet tagħhom.

    Artikolu 4

    Preparazzjoni

    1. L-aġenda tas-Summit għandu jkun iddeterminat b'mod konġunt mill-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem tul l-industrija kollha li jieħdu sehem fix-xogħol tas-Summit matul il-laqgħat preparatorji.

    2. Is-suġġetti fuq l-aġenda għandhom ikunu diskussi mill-laqgħa tal-Kunsill fil-formazzjoni tiegħu ta' "Xogħol, l-Istrateġija Soċjali u l-Affarijiet tal-Konsumatur".

    3. Is-Segretarjat tas-Summit għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni. Partikolarment, dan ta' l-aħħar għandu jassigura d-distribuzzjonu puntwali tad-dokumenti. Għal-iskopijiet tat-tħejjija u l-orgaizzazzjoni tal-laqgħat, is-segretarjat tas-Summit għandu jqis li jseħħu l-kuntatti xierqa mal-ETUC u l-UNICE, li għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni tad-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom.

    Artikolu 5

    Operat

    1. Is-Summit għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Għandha tinżamm laqgħa qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ssir fir-rebbiegħa.

    2. Is-Summit għandu tkun taħt il-presidenza konġunta tal-President tal-Kunsill u tal-President tal-Kummissjoni.

    3. Il-laqgħat tas-Summit għandhom jissejħu fuq bażi konġunta mill-presidenti bl-inizjattiva tagħhom stess, b'konsultazzjoni mas-sieħba soċjali.

    Artikolu 6

    Informazzjoni

    Il-presidenti konġunti għandhom iħejju sommarju tad-diskussjonijiet tas-Summit sabiex jinformaw lill-formazzjoniet relevanti tal-Kunsill u lill-pubbliku ġenerali.

    Artikolu 7

    Tħassir

    Id-Deċiżjoni 1999/207/KE hija b'hekk imħasra mid-data ta' l-ewwel laqgħa tal-Summit.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Marzu 2003.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Marzu 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. Reppas

    [1] ĠU L 273, tas-17.12.1970, p. 25. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/207/KE (ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 33).

    --------------------------------------------------

    Top