This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0129
2003/129/EC: Commission Decision of 25 February 2003 amending Decision 98/83/EC recognising certain third countries and certain areas of third countries as being free of Xanthomonas campestris (all strains pathogenic to Citrus), Cercospora angolensis Carv. et Mendes and Guignardia citricarpa Kiely (all strains pathogenic to Citrus) (notified under document number C(2003) 600)
Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-25 ta' Frar 2003 li temenda d-Deċiżjoni 98/83/KE li tirrikonoxxi ċerti terzi pajjiżi u ċerti żoni ta' terzi pajjiżi bħala ħielsa mix- Xanthomonas campestris (patoġeniċi għaċ-ċitru), Cercospora angolensis Carv. Et Mendes u guinardia citricarpa Kiely (patoġeniċi għaċ-ċitru) (notifikata taħt id-dokument numru C(2003) 600)
Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-25 ta' Frar 2003 li temenda d-Deċiżjoni 98/83/KE li tirrikonoxxi ċerti terzi pajjiżi u ċerti żoni ta' terzi pajjiżi bħala ħielsa mix- Xanthomonas campestris (patoġeniċi għaċ-ċitru), Cercospora angolensis Carv. Et Mendes u guinardia citricarpa Kiely (patoġeniċi għaċ-ċitru) (notifikata taħt id-dokument numru C(2003) 600)
ĠU L 51, 26.2.2003, pp. 21–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
Official Journal L 051 , 26/02/2003 P. 0021 - 0022
Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-25 ta' Frar 2003 li temenda d-Deċiżjoni 98/83/KE li tirrikonoxxi ċerti terzi pajjiżi u ċerti żoni ta' terzi pajjiżi bħala ħielsa mix- Xanthomonas campestris (patoġeniċi għaċ-ċitru), Cercospora angolensis Carv. Et Mendes u guinardia citricarpa Kiely (patoġeniċi għaċ-ċitru) (notifikata taħt id-dokument numru C(2003) 600) (2003/129/KE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li qraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara d-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 fuq il-protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti kontra l-firxa fil-Komunità emendata bid-Direttiva 2002/89/KE (2), partikolarment punt 16.2 ta' Parti A ta' l-Anness IV, Billi: (1) Punt 16.2 ta' Parti A ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE fiha proviżjonijiet speċifiċi dwar l-importazzjoni ta' frott taċ-ċitru L, Fortunella, Swingle, Poncirus Raf., u pjanti oħra li ġejjin minn pajjiżi terzi fejn Xanthomonas campestris (patoġeniċi għaċ-ċitru) (hawnhekk Xanthomonas campestris), nafu li sseħħ. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/83/KE tat-8 ta' Jannar 1998 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi bħala liberi Xanthomonas campestris (patoġeniċi għaċ-ċitru), Cercospora angolensis Carv. Et Mendes u guinardia citricarpa Kiely (patoġeniċi għaċ-ċitru) (3), kif l-aħħar emendata bid-deċiżjoni 2001/440/KE (4), li tipprovdi għal ċertiżoni ta' pajjiżi terzi biex jiġu rikonoxxuti bħala ħielsa mix- Xanthomonas campestris (3) Id-Deċiżjoni 98/83/KE tirrikonoxxi ċerti stati fl-Arġentina bħala ħielsa mill- Xanthomonas campestris, Pero, abbażi ta' l-informazzjoni sottomessa mill-arġentina, numru min dawk l-Istati ma jistgħux jiġu iżjed rikonoxxuti bħala ħielsa mill-organiżu. (4) Abbażi ta' l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Uniti ta' l-Amerka, jidher li infestazzjonijiet ġodda tal- Xanthomonas campestris ġew identifikati f'żoni differenti ta' Florida. Għalhekk Florida ma tistax tibqa' titqies bħala ħielsa mil-organiżmu. (5) Arranġamenti speċifiċi iridu jidħlu fis-seħħ għal-liema l-istqarrija uffiċċjali ta' punt 16.2 ta' Taqsima I ta' Parti A ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE ġiet maħruġa qabel id-data tat-tagħrif ta' din id-Deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Arġentina u l-Istati Uniti ta' l-Amerka. (6) Id-Deċiżjoni 98/83/KE trid għalhekk tiġi emendata kif ġej. (7) Il-miżuri ta' din id-Direttiva huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat fuq is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI Artikolu 1 Fid-Deċiżjoni 98/83/KE, Artikolu 2 irid jiġi emendata hekk: (a) l-ewwel inċiż huwa mħassar (b) ir-raba' inċiż huwa mibdul b'dan: "— gl-Istati Uniti ta' l-Amerka: Arizzona, Kalifornja, Guam, il-Ħawaj, Luwiżjana, il-Gżejjer Mariana ta' Fuq, Puerto Riko, American Samoe, Teksas, u l-Gżejjer Verġni". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni ma għandiex tapplika gfħaċ-ċitru li għali stqarrija uffiċċjali tinsab f'punt 16.2 ta' Taqsima I ta' Parti A ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE ġiet maħruġa u li ġew esportati qabel id-data tat-tagħrif ta' din id-Deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Arġentina u l-Istati Uniti ta' l-Amerka. Il-Kummisjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bid-data li fiha jiġu mgħarrfa l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi msemmija. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzatta lill-Istati membri. Magħmula fi Brussell, nhar il-25 ta' Frar 2003 Għall-Kummisjoni David Byrne Membru tal-Kummisjoni --------------------------------------------------