This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R2273
Commission Regulation (EC) No 2273/2002 of 19 December 2002 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1254/1999 as regards the survey of prices of certain bovine animals on representative Community markets
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità
ĠU L 347, 20.12.2002, p. 15–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2014; Imħassar b' 32013R0807
Official Journal L 347 , 20/12/2002 P. 0015 - 0022
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2345/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2705/98 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998 dwar id-determinazzjoni ta’ prezzijiet ta’ annimali bovini adulti fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti bhejjem oħra fil-Komunità [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1156/2000 [4], jistabbilixxi dispożizzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni ta’ prezzijiet fis-suq rappreżentattiv jew swieq ta’ kull Stat Membru għall-kategoriji varji ta’ annimali bovini sabiex jiddeterminaw il-moviment ta’ prezzijiet fis-suq. In vista ta’ l-iżviluppi riċenti fis-suq, u b’mod partikolari il-fatt li inqas annimali bovini ħajja huma reklamati fl-Istati Membri u li għalhekk Stati Membri m’għandhomx iktar swieq rappreżentattivi għal dawn l-annimali, l-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta’ prezzijiet ta’ l-annimali bovini adulti ma hijiex iktar kunsidrata neċessarja sabiex ikunu kontrollati l-iżviluppi tas-suq taċ-ċanga. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw tali prezzijiet reġistrati fis-swieq rappreżentattivi tagħhom. (2) Sabiex ikun kontrollat is-suq tal-Komunità għal kategoriji ta’ annimali bovini ħlief bovini adulti, dispożizzjoni għandha ssir għall-istħarriġ ta’ prezzijiet għal għoġiela maskili bejn it-tmint ijiem u l-erbgħa ġimgħat, u għall-bhejjem tal-ħażna maskili u għoġol tal-biċċerija. Regoli dettaljati fuq l-informazzjoni li għandha tkun provduta għall-istħarriġ ta’ prezzijiet għal kull wieħed mill-kategotiji ta’ l-annimali bovini għandhom ikunu stabbiliti. (3) Il-prezz reġistrat fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità jista’ jittieħed bħala medja tal-prezzijiet ta’ l-annimali bovini in kwistjoni tas-suq jew swieq rappreżentattivi ta’ kull Stat Membru. Din il-medja għandha tkun mwieżna in konformità mal-koeffiċjenti li jesprimu d-daqs relattiv tal-populazzjoni tal-bhejjem ta’ kull Stat Membru għal kull kategorija reklamata f’perijodu ta’ riferenza. (4) Is-suq jew swieq rappreżentattivi għal kull Stat Membru għandhom ikunu magħżula fuq il-bażi ta’ esperjenza fis-snin riċenti. Fejn hemm iktar minn suq wieħed rappreżentattiv fi Stat Membru akkont għandu jittieħed tal-medja aritmetika tal-kwotazzjonijiet reġistrati f’dawn is-swieq. (5) Stati Membri jistgħu, minħabba regolamenti ta’ veterinarji jew protezzjoni tas-saħħa, jsibuha neċessarja li jieħdu miżuri li jaffettwaw kwotazzjonijiet. F’tali ċirkustanzi, ma huwiex dejjem adegwat li jkunu reġistrati prezzijiet tas-swieq li jieħdu in konsiderazzjoni kwotazzjonijiet li ma jirriflettux it-tendenza normali tas-suq. Konsegwentament, ċerti kriterji għandhom ikunu stabbiliti li jippermettu l-Kummissjoni li tikkunsidra dik is-sitwazzjoni. (6) Dispożizzjoni għandha ssir għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa, permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni li jridu jkunu miftehma mill-Kummissjoni. (7) Ir-Regolament (KE) Nru 2705/98 għandu ikun hekk imħassar. (8) Il-miżuri provvduti għalihom f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. Il-medja tal-prezz tal-Komunità, kull ras, ta’ l-għoġiela maskili bejn it-tmint ijiem u l-erbgħa ġimgħat għandhom ikunu l-medja tal-prezzijiet ta’ dawk l-annimali bovini, mwieżna bil-koeffiċjenti stipulat f’L-Anness I, Parti A, reġistrati fis-swieq prinċipali tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri ta’ dan it-tip ta’ produzzjoni. Il-koeffiċjenti huma stabbiliti permezz ta’ l-użu tal-baqar tal-ħalib reġistrati fil-Komunità. 2. Il-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrati fis-suq jew swieq rappreżentattivi ta’ kull Stat Membru konċernati għandhom ikunu l-medja, mwieżna bil-koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv ta’ kull razza jew kwalità, tal-prezzijiet reġistrati eskluż il-VAT għal dawn l-annimali matul perijodu ta’ sebgħat ijiem f’dak l-Istat Membru fl-istess stadju ta’ bejgħ bl-ingross. Il-koeffiċjenti mwieżna huma stabbiliti f’L-Anness I, Partijiet B sa Ħ. 3. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard min-nofs in-nhar tal-Ħamis ta’ kull ġimgħa l-kwotazzjonijiet għall-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrat fis-swieq rappreżentattivi matul perijodu ta’ sebgħat ijiem li jippreċedu l-jum meta l-informazzjoni hija komunikata. L-Artikolu 2 1. Il-medja tal-prezz tal-Komunità, għal kull kilogramma ta’ piż ħaj, ta’ bhejjem tal-ħażna maskili fuq medja bejn 6 u 12-il xhar u li jiżnu 300 kilogramma jew inqas, għandhom ikunu l-medja tal-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija hawn fuq, mwieżna bil-koeffiċjenti stabbiliti f’L-Anness II, Parti A, reġistrati fuq is-swieq prinċipali ta’ l-Istati Membri rappreżentattivi ta’ dan it-tip ta’ produzzjoni. Il-koeffiċjenti huma stabbiliti permezz ta’ l-użu tan-numru ta’ baqar li jraddu reġistrati fil-Komunità. 2. Il-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrati fis-suq jew swieq rappreżentattivi ta’ kull Stat Membru konċernat għandu jkun il-medja, mwieżen bil-koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv ta’ kull razza jew kwalità, tal-prezzijiet reġistrati eskluż il-VAT għal dawn l-annimali matul perijodu ta’ sebgħat ijiem f’dak l-Istat Membru fl-istadju ta’ l-istess bejgħ bl-ingross. Il-koeffiċjenti ta’ l-użin huma stabbiliti f’L-Anness II, Partijiet B sa F. 3. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mhux iktar tard min-nofs in-nhar mill-Ħamis ta’ kull ġimgħa l-kwotazzjonijiet għall-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrat fis-swieq rappreżentanti tagħhom matul il-perijodu ta’ sebgħat ijiem li jippreċedu l-jum meta l-informazzjoni hija komunikata. L-Artikolu 3 1. Il-medja tal-prezz tal-Komunità, għal kull 100 kilogramma ta’ piż tal-karkassi, ta’ għoġol għall-biċċerija miġjuba prinċipalment permezz ta’ l-użu tal-ħalib jew preparazzjonijiet tal-ħalib u maqtula f’madwar sitt xhur età, għandu jkun il-medja tal-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija hawn fuq, mwieżna bil-koeffiċjenti stabbiliti f’L-Anness III, Parti A, reġistrati fis-swieq prinċipali tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri ta’ dan it-tip ta’ produzzjoni. Il-koeffiċjenti huma stabbiliti permezz ta’ l-użu ta’ produzzjonui netta (biċċeriji) ta’ għoġol fil-Komunità. 2. Il-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrat fiċ-ċentru jew ċentri ta’ kwotazzjoni ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom ikunu l-medja, fejn adegwat mwieżen bil-koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv ta’ kull kwalità, tal-prezzijiet reġistrati eskluż il-VAT għal dawn l-annimali matul perijodu ta’ sebgħat ijiem fl-istadju tad-dħul fil-biċċerija. Il-koeffiċjenti tal-piż huma stabbiliti f’L-Anness III, Partijiet B sa E. 3. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-Ħamis ta’ kull ġimgħa l-kwotazzjonijiet għall-karkassi ta’ l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1, reġistrati fiċ-ċentri ta’ kwotazzjoni rispettivi tagħhom matul il-perijodu ta’ sebgħat ijiem li jippreċedi l-jum meta l-informazzjoni hija komunikata. L-Artikolu 4 Meta Stat Membru jieħu l-miżuri għar-raġunijiet veterinarji u ta’ protezzjoni ta’ saħħa li jaffettwaw l-moviment normali fil-kwotazzjonijiet reġistrati fis-swieq tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizzah jew li jinjora l-kwotazzjonijiet reġistrati fis-suq jew swieq in kwistjoni, jew li juża l-aħħar kwotazzjonijiet reġistrati fis-suq jew swieq in kwistjoni qabel dawn il-miżuri ġew fis-seħħ. L-Artikolu 5 Stati Membri għandhom jużaw mezzi ta’ trażmissjoni elettroniċi, li għandhom ikunu miftehma mill-Kummissjoni, għall-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(3) sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2003. L-Artikolu 6 Meta Stati Membri għandhom swieq rappreżentattivi għall-annimali bovini adulti fit-territorju tagħhom, jistgħu jikkomunikaw l-prezz ta’ l-annimali bovini adulti kif ġej: - il-prezz ta’ l-annimali bovini adulti fis-suq jew swieq rappreżentattivi għandha tkun il-medja, mwieżna bil-koeffiċjent li tirrifletti d-daqs relattiv ta’ kull kategorija u kwalità, tal-prezzijiet reġistrati għall-kategoriji u kwalitajiet ta’ annimali bovini u tal-laħam tagħhom matul perijodu ta’ sebgħat ijiem qabel il-jum tal-komunikazzjoni f’dak l-Istat Membru fl-istess stadju tal-bejgħ bl-ingross, - fi Stati Membri b’bosta swieq rappreżentattivi, l-prezz ta’ kull kategorija għandu jkun il-medja aritmetika tal-kwotazzjonijiet reġistrati f’kull wieħed minn dawn is-swieq. Meta swieq huma miżmuma iktar minn darba matul il-perjodu ta’ sebgħat ijiem msemmi fl-ewwel inċiż hawn fuq, il-prezz ta’ kull kategorija għandu jkun l-medja aritmetika fuq l-istess suq fiżiku. Jekk, fil-kors ta’ ġimgħa mogħtija, l-prezz mhuwiex reġistrat f’suq partikolari għal kategorija partikolari, l-prezz għal dik il-kategorija fl-Istat Membru għandu jkun il-medja aritmetika tas-swieq l-oħra. L-Artikolu 7 Ir-Regolament (KE) Nru 2705/98 għandu jkun imħassar mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003. L-Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika għal-prezzijiet reġistrati mill-ġimgħa li tibda mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21. [2] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29. [3] ĠU L 340, tas-16.12.1998, p. 3. [4] ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 23. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Stħarriġ ta’ prezzijiet ta’ għoġiela maskili bejn it-tmint ijiem u l-erba’ ġimgħat A. KOEFFIĊJENTI TA’ L-UŻIN Il-Ġermanja: | 26,5 | Spanja: | 6,8 | Franza: | 24,4 | L-Irlanda: | 7,3 | L-Italja: | 12,5 | L-Olanda: | 9,1 | Ir-Renju Unit: | 13,4 | B. IL-ĠERMANJA 1. Swieq rappreżentattivi Fl-assenza tas-swieq pubbliċi, prezzijiet huma reġistrati mid-dipartimenti uffiċjali tal-kmamar ta’ l-agrikoltura u koperattivi u għaqdiet tal-bdiewa. 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | —Schwarzbunte Bullenkalber | 35,4 | —Botbunte Bullenkalber | 5,4 | —Kreuzungskalber zur Mast (Bullenkalber) | 3,4 | —Fleckvieh | 44,8 | —Braunveich | 11,0 | Ċ. SPANJA 1. Swieq rappreżentattivi Torrelavega (Cantabria), Santiago de Compostela (Galicia), Pola de Siero (Asturias), Leon (Castilla y Leon) 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użinż | Descalostrados —Tipo frison, calidad Buena | 50 | —Tipo cruzado, calidad buena | 50 | D. FRANZA 1. Swieq rappreżentattivi Rethel, Dijon, Rabastens, Lezay, Lyon, Agen, Le Cateau, Sancoins, Chateau-Gonthier, Saint Etienne 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | —Veaux males croises de bonne conformation, destines a l'elevage, type leger | 30 | —Veaux males de races laitieres d'assez bonne conformation destines a l'engraissement | 70 | E. L-IRLANDA 1. Swieq rappreżentattivi Bandon, Blessington 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | —Għoġol tal-ħalib maskili mkabbra | 50 | —Għoġol taċ-ċanga maskili mkabbra | 50 | F. L-ITALJA 1. Swieq rappreżentattivi (a) Modena, Vicenza (b) Prezzijiet reġistrati fis-swieq ta’ importazzjoni 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | —Għoġol tal-ħalib maskili mkabbra | 50 | —Għoġol taċ-ċanga maskili mkabbra | 50 | G. L-OLANDA 1. Swieq rappreżentattivi Leeuwarden, Purmerend, Utrecht 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | Nuchtere stierkalveren voor de mesterij, le kwaliteit: —zwartbont | 70 | —roodbont | 25 | —vleesras | 5 | H. Ħ. IR-RENJU UNIT 1. Swieq rappreżentattivi Madwar 35 suq (Ingilterra u Wales) 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | Għoġol imkabbra, l-ewwel u t-tieni kwalita' —minn gendus tal-ħalib | 58 | —minn gendus taċ-ċanga | 42 | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Stħarriġ ta’ prezzijiet ta’ bhejjem tal-ħażna ħafifa 6 sa 12-il xahar b’piż ħaj ta’ 300 kg jew inqas A. KOEFFIĊJENTI TA’ L-UŻIN Spanja: | 19,4 | Franza: | 43,8 | L-Irlanda: | 11,9 | L-Italja: | 6,6 | Ir-Renju Unit: | 18,3 | B. SPANJA 1. Swieq rappreżentattivi Salamanca (Castilla y Leon) Talavera (Castilla-La Mancha) 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | Pasteros: —Tipo cruzado | 65 | —Tipo pais | 35 | Ċ. FRANZA 1. Swieq rappreżentattivi Limoges, Clermont-Ferrand, Dijon 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta’ l-użin | Race charolaise de conformation U | 35 | Race charolaise de conformation R | 35 | Race charolaise de conformation O | 30 | D. L-IRLANDA 1. Swieq rappreżentattivi Bandon, Blessington, Kilkenny 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | Weanling steer u yearling steers —mit-tip tal-ħalib | 50 | —mit-tip taċ-ċanga | 50 | E. L-ITALJA 1. Swieq rappreżentattivi (a) Modena, Parma, Montichiari (b) Prezzijiet reġistrati fis-swieq ta’ importazzjoni 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | Għoġol żgħar tal-ħalib (vitelli) | 50 | Għoġol żgħar taċ-ċanga (vitelli) | 50 | F. IR-RENJU UNIT 1. Swieq rappreżentattivi Madwar 35 suq (Ingilterra u Wales) 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | Steers: 200 sa 299 kg —minn steers tal-ħalib | 50 | —minn steers taċ-ċanga | 50 | -------------------------------------------------- L-ANNESS III Stħarriġ ta’ għoġol tal-vitella maqtula meta kellhom madwar sitt xhur A. KOEFFIĊJENTI TA’ L-UŻIN Il-Belġju: | 6,2 | Franza: | 41,9 | L-Italja: | 24,0 | L-Olanda: | 27,9 | B. IL-BELĠJU 1. Ċentri ta’ kwotazzjonijiet (biċċeriji) Provinċji ta’ Antwerp u Limburg 2. Kwalitajiet Veaux balncs, klassijiet ta’ konformazzjoni E, U u R Ċ. FRANZA 1. Ċentri ta’ kwotazzjonijiet Commissions paritaires des regions Sud-Ouest, Centre, Centre-Est/Est, Nord/Nord-Ouest, Ouest 2. Kwalitajiet Veaux blancs, klassijietta’ konformazzjoni kollha E, U, R u O D. L-ITALJA 1. Ċentri ta’ kwotazzjonijiet (biċċeriji) Modena 2. Kwalitajiet Carne bianca E. L-OLANDA 1. Ċentri ta’ kwaotazzjonijiet (biċċeriji) Apeldorn, Nieuwerkerk a/d Ijssel, Den Bosch, Aalten, Leeuwarden 2. Kwalitajiet u koeffiċjenti Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin | Vleeskalveren: —tip zwartbont | 65 | —tip roodbont | 35 | Il-klassijiet ta' konformazzjoni kollha | | --------------------------------------------------