Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2090

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002 tas-26 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni

    ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32008R1276

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2090/oj

    32002R2090



    Official Journal L 322 , 27/11/2002 P. 0004 - 0010


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002

    tas-26 ta’ Novembru 2002

    li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Filwaqt li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 dwar is-sorveljanza mwettqa fil-ħin ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikulturali li jirċievu rifużjoni jew ammonti oħrajn [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 163/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 6 ta’ l-istess,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2221/95 tal-20 ta’ Settembru 1995 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward tal-verifiki fiżiċi mwettqa fil-ħin ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2655/1999 [4], ġie emendat b’ mod sostajnzjali. Fl-interessi tal-kjarezza u l-effikaċja amministrattiva, għalhekk, dak ir-Regolament għandhu jerġa’ jinkiteb, u fl-istess ħin isiru xi emendi li l-esperjenza wriet li huma xierqa.

    (2) Għandu jittieħed kont ta’ miżuri ta’ ispezzjoni eżistenti, partikolarment dawk introdotti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2298/2001 tas-26 ta’ Novembru 2001 li jistipula regoli dettaljati dwar l-esportazzjoni tal-prodotti forniti bħala għajnuna fil-forma ta’ ikel [5] u (KE) Nru 8001/999 tal-15 ta’ April 1999 li jistipula regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjoni għall-esportazzjoni għal prodotti agrikulturali [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1253/2002 [7].

    (3) Fir-rapport supplimentari tagħha lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru No 386/90 [8], il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni taghħa li tiddefinixxi b’ mod preċiż it-terminu ‘verifika fiżika’ kif użata fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, sabiex tiġi milħuqa applikazzjoni uniformi tar-regoli Komunitarji fl-Istati Membri.

    (4) Biex isir użu aħjar tal-possibilitajiet ta’ spezzjoni, id-dikjarazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li jinvolvu kwantitajiet żġhar jew ammont żgħir ta’ rifond m’għandhomx jitqiesu meta tiġi kkalkolata r-rata minima tal-verifika.

    (5) Verifika tat-testijiet tal-laboratorju wriet li l-obbligu li jsir test tal-laboratorju għandu jiġi ssimplifikat fejn ir-riżultati soddisfaċenti, ottenuti b’ mod ripetut, jikkonċernaw l-istess prodott għall-istess esportatur.

    (6) Għandha tiġi introdotta miżura biex jittieħded kont ta’ każijiet fejn in-numru ta’ esportazzjonijiet li jieħdu ħsiebhom uffiċjali tad-dwana huwa minimu.

    (7) B’ paragun ma’ l-ammont totali tar-rifużjoni, is-sehem tar-rifużjoni mogħtija lill-oġġetti mhux elenkati f’L-Anness I tat-Trattat huwa żgħir, filwaqt li s-sehem ta’ verifiki fiżiċi mwettqa fuq dawn il-prodotti huwa kbir. Biex isir użu aħjar minn riżorsi dwar ispezzjonijiet, din id-diskrepanza għandha titnaqqas, partikolarment billi titnaqqas ir-rata ta’ ispezzjonijiet, partikolarment billi titbaxxa r-rata ta’ l-ispezzjonijiet għal prodotti li mhumiex f’L-Anness I.

    (8) Hemm differenza sostanzjali bejn it-trattament dogali tal-oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni fil-portijiet il-kbar, fejn hemm diversità kbira ta’ prodott minn diversità kbira ta’ esportaturi, u t-trattament doganali f’ uffiċċji tad-dwana li jieħdu ħsieb biss raġġ limitata ta’ oġġetti minn ftit esportaturi. Fil-każ aħħari, l-oġġetti jiġu soġġettati għal livell ħafna ogħla ta’ verifiki. Għal dawn l-uffiċċji tad-dwana, l-għażla tal-oġġetti biex isiru l-verifiki fiżiċi għandha tieħu kont tal-fatt li l-verifika qed issir a bażi ta’ kampjun rappreżentattiv iżgħar.

    (9) Sabiex jitnaqqas ir-riskju tas-sostituzzjoni, il-meżżi kollha tat-trasport jew l-imballaġġ għandhom jiġu siġillati, ħlief fejn il-prodotti jistgħu jiġu identifikati b’ xi mezz ieħor.

    (10) Għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi permessa l-verifika fi kwalunkwe ħin jekk ir-rata ta’ verifika ta’ 5 % tkunx intlaħqet.

    (11) L-Artikolu 912c tar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju [9] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nur 444/2002 [10], jispeċifika l-uffiċċju tad-destinazzjoni fejn il-kopja ta’ kontroll T5 għandha tiġi ppreżentata għall-verifika dwar l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-oġġetti. Għalhekk għandu jiġi stipulat illi, jekk l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ u l-uffiċċju tad-destinazzjoni mhumiex l-istess, il-verifika ta’ sostituzzjoni għandha ssir fl-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5.

    (12) Biex jiġi kkumbattut ir-riskju tas-sostituzzjoni fil-każ ta’ dikjarazzjonjijiet ta’ l-esportazzjoni aċċettati minn uffiċċju tad-dwana intern fi Stat Membru, numru minimu ta’ ‘verifiki ta’ sostituzzjoni’ li għandhom isiru mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ mill-Komunità għandu jiġi stabbilit. Tenut kont tal-post fejn tali ‘verifiki ta’ sostituzzjoni’ jitwettqu, għandhom jieħdu l-forma ta’ verifiki ssimplifikati.

    (13) Sabiex tiġi evalwata l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, l-Istati Membru huma rikjesti li jissottomettu evalwazzjonijiet annwali dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-verifiki mwettqa taħt dan ir-Regolament u tal-proċeduri applikati għas-selezzjoni tal-oġġetti soġetti għall-verifiki fiżiċi.

    (14) Fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata, huma meħtieġa miżuri xierqa u meqjusa, li għandhom jiġu applikati b’ mod uniformi.

    (15) Il-miżuri provduti f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati tal-Ġestjoni kollha ikkonċernati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dettaljati biex tiġi applikata l-verifika fiżika u l-verifika tas-sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 2(a) u (b) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90.

    2. Dan ir-Regolament m’ għandux japplika fir-rigward ta’ esportazzjonijiet li jinvolvu għajnuna Komunitarja jew nazzjonali dwar ikel koperti mir-Regolament (KE) Nru 2298/2001.

    3. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

    - "uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni" tfisser l-uffiċċju tad-dwana msemmi fl-Artikolu 5(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999,

    - "uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ" tfisser l-uffiċċju tad-dwana msemmi fl-Artikolu 793(2) tar- Regolament (KEE) Nru) 2454/93,

    - "uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5" tfisser l-uffiċċju tad-destinazzjoni msemmi f’ l-Artikolu 912ċ tar- Regolament (KEE) Nru) 2454/93.

    Artikolu 2

    1. Bla ħsara għall-miżuri ta’ ispezzjoni msemija fl-Artikolu 36(4), l-Artikolu 37(4) u l-Artikolu 44(4) tar-Regolament (KEE) Nru) 800/1999, l-Istati Membrui jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-verifiki fiżiċi u ta’ sostituzzjoni provduti f’ dan ir-Regolament dwar konsenji msemmija f’ l-Artikoli 36 u 44 tar-Regolament (KEE) Nru) 800/1999.

    2. Meta jinħadmu r-rati minimi ta’ verifiki li għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3a tar-Regolament (KEE) Nru) 386/90, l-Istati Membri għandhom jinjoraw d-dikjarazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li jinvolvu:

    (a) jew kwantitajiet li ma jeċċedux:

    (i) 5000 kg fil-każ ta’ ċereali u ross,

    (ii) 1000 kg fil-każ ta’ frott u ħaxix u prodotti mhux elenkati f’L-Anness I tat-Trattat,

    (iii) 500 kg fil-każ ta’ prodotti oħrajn;

    (b) jew ammonti ta’ rifużjoni ta’ inqas minn EUR 200.

    3. Meta jiġu imlimentati l- paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jaddottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiprevjenu l-frodi u l-abbużi. Il-verifiki li jsiru għal dan l-iskop jistgħu jingħaddu sabiex tinħadem il-konformità mar-rati minimi tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2.

    Artikolu 3

    Sabiex tiġi determinata l-bażi biex tiġi kalkolata l-perċentwala ghall-verifiki fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90 għall-iskopijiet ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament, "uffiċċju tad-dwana" għandha tfisser l-uffiċċji kollha li huma kompetenti sabiex jikkompletaw il-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti konċernati.

    Artikolu 4

    Għall-iskopijiet tat-tielet inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, il-prodotti koperti mill-istess organizzazzjoni għas-suq agrikulturali għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt settur ta’ prodotti wieħed.

    Iżda, prodotti koperti mill-organizzazzjonijiet tas-swieq fiċ-ċereali u r-ross, minn banda, u oġġetti mhux elenkati f’L-Anness I tat-Trattat, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu ttrattati kull wieħed bħala settur ta’ prodotti waħdu.

    Artikolu 5

    1. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, "verifika fiżika" għandha tfisser verifika li d-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni, flimkien mad-dokumenti sottomessi biex jappoġġjawha, li tikkorrispondi mal-oġġetti rigward kwantità, natura u karatteristiċi.

    Fil-każijiet imsemmija f’L-Anness I, il-metodi msemmija fih għandhom jiġu applikati.

    L-uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni għandu jaċċerta l-konformità ma’ l-Artikolu 21 tar- Regolament (KEE) Nru 800/1999. Fejn hemm raġunijiet speċifiċi għal suspett dwar il-kwalità ġenwina, tajba u negozzjabbli tal-prodott, l-uffiċċju tad-dwana għandu jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Komunità, partikolarment dawk li jirrelataw għas-saħħa tal-pjanti u ta’ l-annimali. Fejn l-uffiċċju tad-dwana jara li huwa meħtieġ, għandu jwettaq testijiet tal-laboratorju, jew jara li jsiru, u jagħti r-raġunijiet li għalihom qed isiru dawn it-testijiet.

    2. Verifiki fiżiċi rigward liema l-esportatur irċieva avviż espress jew taċitu minn qabel ma jgħoddux bħala verifiki.

    L-ewwel subparagrafu m’ għandux japplika fejn il-kontijiet ta’ impriża huma vverifikati skond il-punt 3(a) ta’ l-Anness I.

    3. Fejn uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni jaċetta inqas minn 20 dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni fis-sena għal kull settur, għall-inqas dikjarazzjoni waħda fis-sena għal kull settur għandha tiġi soġetta għal verifika fiżika.

    Din il-ħtieġa m’ għandhiex tapplika fejn l-uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni, wara li jkun wettaq l-analiżi tar-riskji skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, ma vverifikax l-ewwel żewġ dikjrazzjonijiet u ma jkunu saru l-ebda esportazzjonijiet wara dan f’ dak is-settur.

    4. Fejn ir-rata tar-rifond tiddependi fuq il-livell ta’ komponent partikolari, bħala parti mill-verifika fiżika l- uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi sabiex il-kompożizzjoni tiġi analiżżata minn laboratorju kompetenti.

    Artikolu 6

    Fejn l-Istati Memrbi japplikaw sistema ta’ selezzjoni bażata fuq l-analiżi tar-riskju msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, is-segwenti regoli għandhom japplikaw:

    (a) Il-perċentwal tal-verifiki fiżiċi mwettqa fuq prodotti mhux elenkati f’L-Anness I tat-Trattat m’ għandhomx jitqiesu meta tiġi kalokolata r-rata globali ta’ 5 % għas-setturi kollha. F’dan il-każ, ghandha tkun obbligatorja rata minima ta’ 0,5 % għall-oġġetti li mhumiex f’L-Anness I.

    (b) B’ eċċezzjoni minn l-Artikolu 5(4), fejn ir-rata tar-rifond tiddependi fuq fuq il-livell ta’ komponent partikolari u l-istess esportatur regolarment jesporta prodott bl-isess kodiċi ta’ rifond jew kodiċi KN, u fejn it-testijiet tal-laboratjoru matul l-aħħar sitt xhur ma kixfu l-ebda nuqqasijiet ta’ konformità b’ konsegwenzi finanzjarji akbar minn EUR 200 fuq l-ammont gross tar-rifond, allura l-kampjuni rappreżentanti għandhom għalfejn jittieħdu biss f’50 % tal-verifiki fiżiċi. Jekk it-testijiet tal-laboratorju jsibu nuqqas ta’ konformità b’ konsegwenzi finanzjarji akbar minn EUR 200 fuq l-ammont gross tar-rifond, għandhom jittieħud l-kampjuni għall-verifiki fiżiċi kollha għas-sitt xhur li jkun imiss.

    (ċ) Għall-uffiċji tad-dwana fejn raġġ ta’ prodotti minn mhux aktar minn żewġ setturi hija ppreżentata għall-esportazzjoni minn mhux aktar minn ħames esportaturi, il-verifiki fiżiċi jistgħu jitnaqqsu għal mhux aktar minn 2 % għall-kull settur ta’ prodott. Setturi b’ inqas minn 20 dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni fis-sena għal kull uffiċċju tad-dwana m’ għandhomx jitqiesu meta n-numru ta’ setturi jiġi ddeterminat. L-uffiċċji tad-dwana jistgħu japplikaw dawn ir-regoli għal sena kalendari sħiħa, a bażi ta’ l-statistiċi għas-sena ta’ qabel, anki fejn isiru dikjarazzjonijiet dwar l-esportazzjoni minn esportaturi addizzjonali jew għal setturi ta’ prodotti addizzjonali matul is-sena.

    Artikolu 7

    Sabiex jiġi aċcertat li l-oġġetti li jgħaddu mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità jew l-uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5, fejn dan mhuwiex l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ, huma l-istess oġġetti li għaddew mill-uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni, il-mezz tat-trasport jew l-imballaġġ għandhom jiġu ssiġillati skond l-Artikolu 357 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 8

    1. Kull uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex jaċcerta li l-konformità mar-rata ta’ l-ispezjjoni ta’ 5 % tista’ tiġi vverifikata f’ kull ħin.

    Dawn l-arranġamenti għandhom juru, għal kull settur

    (a) in-numru ta’ dikjarazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li tqiesu għall-verifiki fiżiċi;

    (b) in-numru ta’ verifiki fiżiċi li twettqu.

    2. Il-fizzjal tad-dwana kompetenti għandu jipproduċi rapport dettalajat dwar l-ispezzjoni għal kull verifika fiżika li tkun twettqet.

    Ir-rapporti dwar l-ispezzjoni għandhom ikollhom id-data u isem il-fizzjal Kompetenti. Għandhom jinammu aċessibbli għall-konsultazzjoni fl-uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni jew f’uffiċċju ieħor għal tliet snin mis-sena ta’ l-esportazzjoni.

    3. Fuq il-kopja ta’ kontroll T5 li takkumpanja l-oġġetti, għandu jiġi annotat dan fil-kaxxa D:

    (a) "Regolament (KEE) Nru 386/90", jekk l- uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni wettaq verifika fiżika;

    (b) "Regolament (KEE) Nru 2298/2001", fil-każ ta’ esportazzjonijiet ta’ għajnuna fil-forma ta’ ikel,

    Fejn l-uffiċċju tad-dawna tal-ħrug mit-territorju doganali tal-Komunità huwa fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni, din l-informazzjoni għandha tidher fuq id-dokument nazzjonali li takkumpanja l-oġġetti.

    Artikolu 9

    1. Fejn ir-rifużjoni jitħallsu minn qabel skond l-Artikoli 26 sa 31 tar- Regolament (KEE) Nru 800/1999, jistgħu jitqiesu is-segwenti verifiki fiżiċi meta tinħadem ir-rata minima ta’ verifiki li għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 386/90.

    (a) verifiki mad-dħul fi jew matul ħażna kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar Regolament (KEE) Nru 800/1999.

    (b) verifiki dwar proċessar imsemmija fl-Artikolu 28 tar Regolament (KEE) Nru 800/1999:

    (i) mill-ħin ta’ l-aċċettanza tad-dikjarazzjoni tal-ħlas, fejn ir-rifond jingħata għal prodott bażiku wieħed jew aktar,

    (ii) wara l-proċessar, fejn ir-rifond jingħata għall-prodott ipproċessat.

    Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel paragrafu, għandhom jintlaħqu wkoll dawn il-ħtiġijiet:

    (a) il-verifiki fiżiċi mwettqa qabel il-kompletazzjoni tal-formalitajiet tad-dwana dwar l-esportazzjoni għandhom jilħqu l-istess kriterji dwar intensità daqs dawk li jridu jsiru taħt l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

    (b) (b)il-prodotti, oġġetti jew prodotti bażiċi użati għall-fabbrikar tal-oġġetti soġġetti għall-verifiċi fiżiċi qabel għandhom ikunu identiċi għal dawk koperti mid-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni.

    2. Fejn l-analiżi u l-verifiki fiżiċi oħrajn siru qabel il-kompletazzjoni tal-formalitajiet tad-dwana dwar l-esportazzjoni taħt ir-regoli tal-Komunità jew nazzjonali li jrregolaw jew l-arranġamenti tad-dwana kkonċernati jew il-proċessi tal-fabbrikar li għaddew minnhm il-prodotti u l-oġġetti, il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis.

    Artikolu 10

    1. Fejn ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni f’ uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni li mhuwiex l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ jew l-uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5, l- uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ mit-territorju doganali Komuntarju għandu jwettaq verifika tas-sostituzzjoni skond dan l-Artikolu. Jekk l- uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ mhuwiex l- uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5, il- verifika tas-sostituzzjoni għandha ssir minn dan l-aħħar.

    2. Jekk l- uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni ma ssiġillax il-mezz ta’ trasport jew l-imballaġġ, għandhom isiru l-verifiki tas-sostituzzjoni, kull fejn hu possibbli fid-dawl ta’ analiżi tar-riskju, bla ħsara ghall-verifiki li jitwettqu taħt dispożizzjonijiet oħrajn.

    In-numru ta’ verifiki tas-sostizzjoni li saru f kull sena ta’ kalendarju m’ għandux ikun inqas min-numru ta’ jiem li fihom il-prodotti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni jitilqu mit-territorju doganali Komuintarju mill- uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ ikkonċernat.

    Meta esportatur wieħed biss huwa suġġett għall-verifika tas-sostituzzjoni, dak in-numru ma jistax ikun inqas minn nofs in-numru ta’ jiem li fihom il-prodotti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni jitilqu mit-territorju doganali Komuintarju mill- uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ ikkonċernat.

    3. Meta, minbarra siġill tad-dwana jkun ġie applikat siġill veterinarju in konformità mal-ħtiġijiet ta’ pajjiż terz destinatarju, il-verifika tas-sostituzzjoni hija meħtieġa biss jekk hemm suspett ta’ frodi.

    4. Il-verifika tas-sostituzzjoni ghandha ssir billi jiġi verifikat, viżwalment, jekk il-oġġetti jikkonformawx mad-dokument li akkumpanjahom mill- uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni sa l- uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ.

    Għandu jittieħed kampjun għat-testjar biss f’ każijiet fejn l- uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ ma jistax jivverifika, viżwalment u bl-użu tal-informazzjoni fuq l-imballaġġ u fid-dokumentazzjoni, jekk l-oġġetti jikkonformawx mad-dokument li jakkumpanjahom. Fit-tali każijiet l-Artikolu 5(4) ma japplikax.

    5. Kull uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ jew uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu aapplika miżuri biex jippermetti verifika f’ kull ħin ta’:

    (a) in-numru ta’ dikarazzjonijiet dwar l-esportazzjoni meqjusa ghall-verifiki tas-sostituzzjoni;

    (b) in-numru ta’ verifiki tas-sostituzzjoni imwettqa.

    Jekk l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ jew l-uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 ikun ħa kampjun, wieħed mis-segwenti għandu jiġi annotate fuq il-kopja ta’ kontroll T5 jew, fejn applikabbli, fuq id-dokument nazzjonali li għandu jintradd lill-awtoritajiet kompetent:

    - muestra recogida

    - udtaget prøve

    - Probe gezogen

    - ελήφθη δείγμα-

    - Sample taken

    - échantillon prélevé

    - campione prelevato

    - monster genomen

    - Amostra colhida

    - nayte otettu

    - varuprov

    Duplikat jew kopja tad-dokument għandha tibqa’ fl-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ jew fl-uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5, skond il-każ.

    6. L-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ jew l-uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 ghandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 5 bil-mitktub, bl-użu ta’ kopja tad-dokument oriġinali, dwar ir-riżultat tat-testijiet, b’ rapport dwar:

    (a) jew waħda minn dawn:

    - resultado del análisis conforme

    - analyseresultat i orden

    - konformes Analyseergebnis

    - αποτέλεσμα της ανάλυσης σύμφωνο

    - Results of tests conform

    - résultat d’analyse conforme

    - risultato di analisi conforme

    - analyseresultaat conform

    - Resultado da análise conforme

    - analyysin tulos yhtäpitävä

    - Analysresultatet överensstämmer med exportdeklarationen

    (b) jew ir-riżultati tat-testijiet jekk hemm diskrepanza bejn ir-riżultati u l-prodott iddikjarat

    7. Fejn il-verifika tas-sostituzzjoni tikxef li r-regoli dwar ir-rifużjoni ma ġewx imħarsa, l-aġenzija li tħallas għandha tinforma lill-uffiċċju tad-dwana msemmi fil-paragrafu 5, fuq talba ta’ dan ta’ l-aħħar, dwar l-azzjoni meħuda b’ riżultat tas-sejbiet.

    F’ tali każijiet, l- uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ jew l- uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 ghandu jindika waħda mis-segwenti fuq il- kopja ta’ kontroll T5, fejn applikabbli, jew fuq id-dokument nazzjonali li għandu jintradd lill-awtoritajiet kompetenti:

    - Solicitud de aplicación del apartado 7 del articulo 10 del Reglamento (CE) no 2090/2002

    Oficina de aduana de salida o de destino del T5:…

    - Anmodning om anvendelse of artikel 10, stk. 7, i forordning (EF) nr. 2090/2002

    Identifikation of udgangstoldstedet eller bestemmelsestoldstedet for T5:…

    - Antrag auf Anwendung von Artikel 10 Absatz 7 der Verordnung (EG) Nr. 2090/2002

    Identifizierung der Ausgangszollstelle oder der Bestim- mungsstelle des Kontrollexemplars T5:…

    - Αίτηση εφαρμογής του άρθρου 10 παράγραφος 7 του κανο-νισμού (ΕΚ) αριθ. 2090/2002

    Εξακρίβωση του τελωνείου εξόδου ή του τελωνείου προορισμού του T5: …

    - Request for application of Article 10(7) of Regulation (EC) No 2090/2002

    Identity of the customs office of exit or customs office receiving the control copy T5:…

    - Demande d’application de l’ Article 10, paragraphe 7, du règlement (CE) no 2090/2002

    Identification du bureau de douane de sortie ou de destination du T5:…

    - Domanda di applicazione dell’articolo 10, paragrafo 7, del regolamento (CE) n. 2090/2002

    Identificazione dell’ufficio doganale di uscita o di destina- zione del T5:…

    - Verzoek om toepassing van artikel 10, lid 7, van Veror- dening (EG) nr. 2090/2002

    Identificatie van her kantoor van uitgang of van bestem-ming van de T5:…

    - Pedido de aplicação do n.o 7 do artigo 10.o do Regulamento (CE) n.o 2090/2002

    Identificação da estância aduaneira de saída ou de destino do T5:…

    - Asetuksen (EY) N:o 2090/2002 10 artiklan 7 kohdan sovel tamista koskeva pyyntö

    Poistumistullitoimipaikan tai toimipaikan, johon T5-valvon takappale toimitetaan, tunnistustiedot:…

    - Begäran om tillämpning av artikel 10.7 i förordning (EG) nr 2090/2002

    Uppgift om utfartstullkontor eller bestämmelsetullkontor enligt kontrollexemplaret T5:…

    Artikolu 11

    Qabel l-1 ta’ Mejju kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport li jevalwa l-implimentazzjoni u l-effettività tal-verifiki mwettqa taħt dan ir-Regolament u l-proċeduri applikati ghall-għażla tal-oġġetti soġġetti għall-verifiki fiżiċi.

    Ir-rapport li għandu jiġi sottomess fl-1 ta’ Mejju 2003 ghandu jkopri dikjarazzjonjiet dwar l-esportazzjoni aċċettati bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2002.

    Artikolu 12

    1. Ir-Regolament (KE) Nru 2221/95 qed jiġi mħassar permezz tal-preżenti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2003.

    2. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu konstruwiti bħala riferenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness ta’ hawnhekk.

    Artikolu 13

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jappilka mill-1 ta’ Jannar 2003 għal dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni aċċettati minn dik id-data.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fis-26 ta’ Novembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 42, tas-16.2.1990, p. 6.

    [2] ĠU L 24, tad-29.1.1994, p. 2.

    [3] ĠU L 224, tal-21.9.1995, p. 13.

    [4] ĠU L 325, tas-17.12.1999, p. 12.

    [5] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 16.

    [6] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

    [7] ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 12.

    [8] ĠU C 218, tat-12.8.1993, p. 14.

    [9] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [10] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 11.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Metodi li għandhom ikunu segwiti għall-verifiki fiżiċi

    1. (a) Meta esportatur juża faċilitajiet issiġillati għat-tagħbija awtomatika u għall-użin awtomatiku kkalibrat ta' l-oġġetti sfużi, il-verifika li l-oġġetti jaqblu mad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tikkonsisti mill-kejl tal-kwantità kkalibrata. Użin awtomatiku u verifika tan-natura u l-karatteristiċi ta' l-oġġetti b'kampunatura rappreżentattiva.

    L-uffiċċju tad-dwana ta' esportazzjoni għandu jivverifika wkoll bil-kampjonatura li:

    - is-sistemi ta' l-użin u tat-tagħbija ma jippermetttux li l-oġġetti ikunu diretti mill-ġdid ġewwa dawn iċ-ċirkuwiti ssiġillati jew kull manipulazzjoni oħra,

    - it-termini spċifikati għat-tagħmir ta' l-użin ikkalibrat ma skadewx u li s-siġilli huma intatti meta jintużaw sistemi ta' l-użin issiġillati

    - il-konsenji ppeżati huma attwalment mgħobbija fuq il-mezzi tat-trasport speċifikati,

    - id-data mdaħħla fir-reġistri ta' l-użin jew ċertifikati jikkorrespondu mad-data li jkun hemm fid-dokumenti tat-tagħbija.

    (b) Fil-każijiet rari meta l-kwantità ta' oġġetti sfużi ma tkunx irreġistrata minn sistema awtomatika ta' użin ikkalibrata, l-uffiċċju doganali għandu juża kull mezz ieħor ta' verifika li huwa sodisfaċenti mil-lat kummerċjali.

    2. (a) Meta esportatur ikun iddikjara oġġetti ippakkjati bl-użu ta' sistemi awtomatiċi għat-tpoġġija fil-boroż, fil-landa, l-ibbottiljar, eċċ., u tagħmir ikkalibrat ta' użin/kejl awtomatiku, jew impoġġija fl-ippakkeġġar jew fil-fliexken fit-tifsira tad- Direttiva tal-Kunsill 75/106/KEE [1], 75/107/KEE [2] u 76/211/KEE [3], in-numru totali ta' boroż, laned, fliexken,ta' għażla rappreżentattiva magħmula mill-uffiċċju tad-dwana ta' l-esportazzjoni. Il-piż jew il-volum għandu jkun determinat mill-użin/kejl ikkalibrat awtomatiku jew mill-ippakkeġġjar jew fil-fliexken, fit-tifsira tad-Direttiva fuq imsemmija.L-uffiċċju tad-dwana ta' esportazzjoni jista' jiżen jew ikejjel borża, landa jew flixkun wieħed/waħda.

    Jekk it-tagħmir għandu kontatur awtomatiku kkalibrat, ir-reġistri tal-kontatur awtomatiku jistgħu jitqiesu għall-verifika fiżika fuq il-kwantità

    It-tieni subparagrafu tal-punt 1(a) għandu japplika mutatis mutandis.

    Meta esportatur juża pallets mgħobbija bil-kaxxi tal-kartun, laned, eċċ, l-uffiċċju doganali ta' esportazzjoni għandu jagħżel pallets rappreżentattivi u jivverifika jekk in-numru ta' kaxxi tal-kartun, laned, eċċ huwa tassew preżenti. Għandu jagħżel minn dawn il-pallets numru ta' kaxxi tal-kartun rappreżentattivi, laned, eċċ, u jivverifika jekk in-numru ta' fliexken, unitajiet, eċċ.,hux preżenti.

    (b) Meta l-esportatur ma jużax il-faċilitajiet kif imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-uffiċċju tad-dwana ta' l-esportazzjoni għandu jgħodd in-numru ta' boroż, laned eċċ. In-natura, il-karatterisiti u l-piż/volum għandhom ikunu ivverifikati fuq il-bażi ta' għażla rappreżentattiva. Dak li ġej għandu għandu jkun japplika mutatis mutandis;

    Minkejja it-tieni sentenza tal-paragrafu preċedenti, meta l-kontenut u l-piż eżatt huma indikati fuq l-ippaakkeġġar immedjat ta' l-oġġetti, dik l-informazzjoni għandha tkun verifikata biss fil-50 % tal-verifiki fiżiċi jekk l-oġġetti huma ppakkjati f'kontenituri jew pakketti maħsuba għall-bejgħ bl-ingrossa, u l-oġġetti huma esportati regolarment mill-istess esportatur u l-ebda nuqqas ta' non-konformitajiet li jkollhom konsegwenzi finanzjarji akbar minn EUR 200 ma jkun instab matul is-sitt xhur ta' qabel.

    3. (a) Fil-każ ta' oġġetti mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat li huma ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut jew soġġetti għall-immarkar xieraq bid-dettalji tal-kontenut u l-piż fuq l-ippakkeġġar immedjat u li jew iħares il-ħtiġiet tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikoli 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000, jew li għalihom il-kwantitajiet tal-prodott huma dawk imniżżla fl-Anness Ċ ta' dak ir-Regolament, l-uffiċċju tad-dwana ta' l-esportazzjoni jista' jibda bil-verifika tal-piż u l-kontenut ta' l-oġġetti mhux ta' l-Anness I impoġġija f'pakkeġġar immedjat skond id-dettalji ta' l-ippakkeġġar immedjat. Jista' jiżen unità mingħajr l-ippakkeġġar. Għandu mbagħad jgħodd u/jew jiżen – fil-prinċipju- il-kwantità totali ta' oġġetti mhux ta' l-Anness I fl-ippakkeġġar immedjat.

    Il-punti 2 (a) u (b) għandhom japplikaw mutatis mutandis

    Regolament m'għandux japplika.

    Il-komposizzjoni ta' l-oġġetti mhux ta' l-Anness I għandha tkun assunta mill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni li hija korretta jekk id-deskrizzjoni u l-kontenut indikati fuq l-ippakkeġġar immedjat huma konsistenti mad-detalji mogħtija fid-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni jew fil-formula tal-manifattura reġistrata.

    Jekk il-formula ta' manifattura għadha mhix verifikata mill-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni għandu jqabbad l-awditur ta' l-awtoritajiet kompetenti jivverifika l-formula u l-identità ta' l-oġġetti wara.

    Għall-għanijiet ta' dan il-metodu għall-verifika tal-komposizzjoni ta' l-oġġetti elenkati fl-Anness I tat-Trattat,L-Istati Membri għandhom jintroduċu bil-quddiem proċedura li biha:

    - Il-komposizzjoni ta' l-oġġetti mhux ta' l-Anness I jistgħu jkunu vverifikati permezz tal-kontijiet u dokumenti speċifiċi dwar il-produzzjoni,

    - hija verifikata, permezz tad-dokumenti ta' l-impriża dwar il-produzzjoni, li l-oġġetti mhux ta' l-Anness I prodotti huma l-istess bħal dawk koperti mid-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni u l-formula ta' manifattura u l-oġġetti li għandhom ikunu esportati u

    - l-awditur ta' l-awtorità kompetenti jista' jivverifika ex post li l-oġġetti esportati jaqblu mad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, il-formula tal-manifattura u l-oġġetti prodotti.

    (b) Id-dokumenti speċifiċi dwar il-manifattura ta' oġġetti mhux ta' l-Anness I għandhom jinżammu mill-impriżi ikkonċernati għal tliet snin mis-sena ta' esportazzjoni

    (ċ) Fil-każ meta l-proċedura provduta fil-punt 3(a) ma tkunx applikata, l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi, mingħajr preġudizzu għall-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1520/2000.

    [1] ĠU L 42, tal-15.2.1975, p. 1.

    [2] ĠU L 42, tal-15.2.1975, p. 14.

    [3] ĠU L 46, tal-21.2.1976, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Dan ir-Regolament | Regolament (KE) Nru 2221/95 |

    Artikolu 1 | Artikolu 1 |

    Artikolu 2 | Artikolu 2 |

    Artikolu 3 | Artikolu 3 |

    Artikolu 4 | Artikolu 4 |

    Artikolu 5 | Artikolu 5 |

    Artikolu 6 | Artikolu 5a |

    Artikolu 7 | Artikolu 6 |

    Artikolu 8 | Artikolu 7 |

    Artikolu 9 | Artikolu 8 |

    Artikolu 10 | Artikolu 9 |

    Artikolu 11 | Artikolu 9a |

    Artikolu 12 | Artikolu 10 |

    Artikolu 13 | Artikolu 11 |

    --------------------------------------------------

    Top