EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2066

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 tal-21 ta’ Novembru 2002 li jżid l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 għad-daħla ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ għażliet protetti ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovduti għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u għażliet ta’ oriġini għal prodotti agrikoli u alimenti (Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso, Pruneaux d’Agen - Pruneaux d’Agen mi-cuits, Carciofo romanesco del Lazio, Aktinidio Pierias, Milo Kastorias, Welsh Beef)

ĠU L 318, 22.11.2002, p. 4–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2066/oj

32002R2066



Official Journal L 318 , 22/11/2002 P. 0004 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002

tal-21 ta’ Novembru 2002

li jżid l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 għad-daħla ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ għażliet protetti ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovduti għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u għażliet ta’ oriġini għal prodotti agrikoli u alimenti (Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso, Pruneaux d’Agen - Pruneaux d’Agen mi-cuits, Carciofo romanesco del Lazio, Aktinidio Pierias, Milo Kastorias, Welsh Beef)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u għażliet ta’ oriġini għal prodotti agrikoli u alimenti [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) In konformità ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2081/92, il-Portugall bagħat lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso" bħala indikazzjoni ġeografika, Franza bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Pruneaux d’Agen - Pruneaux d’Agen mi-cuits" bħala indikazzjoni ġeografika, l-Italja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Carciofo Romanesco del Lazio" bħala indikazzjoni ġeografika, il-Greċja bagħatet lill-Kummissjoni żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ l-ismijiet "Aktinidio Pierias" and "Milo Kastorias" bħala indikazzjonijiet ġeografiċi, u r-Renju Unit bagħat lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Welsh Beef" bħala indikazzjoni ġeografika.

(2) In konformità ma’ l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġijiet kollha hemm stabbiliti, u b’mod partikolari għandhom l-informazzjoni kollha meħtieġa in konformità ma’ l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ismijiet mogħtija fl-Anness hawn segwenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3].

(4) Il-grupp applikanti magħruf qabel bħala "Welsh Beef Promotions" minn dak iż-żmien biddel it-titlu tiegħu għal "Welsh Lamb and Beef Promotions Ltd".

(5) L-ismijiet għandhom għalhekk ikunu mdaħħla fir-Reġistru ta’ għażliet ta’ oriġini protetti u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u għalhekk ikunu protetti matul il-Komunità bħala għażliet protetti ta’ oriġini jew ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(6) L-Anness għal dan ir-Regolament iżid l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1495/2002 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ismijiet f’dan l-Anness huma miżjuda ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-Reġistru ta’ għażliet ta’ oriġini protetti u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovduti għalihom fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-21 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 324, tal-21.12.2000, p. 26.

[3] ĠU C 21, tal-25.1.2000, p. 18 (Welsh Beef)ĠU C 21, ta’ l-24.1.2002, p. 27 (Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso)ĠU C 46, ta’ l-20.2.2002, p. 5 (Pruneaux d’Agen - Pruneaux d’Agen mi-cuits)ĠU C 51, tas-26.2.2002, p. 26 (Carciofo Romanesco del Lazio)ĠU C 76, tas-27.3.2002, p. 7 (Aktinidio Pierias)ĠU C 67, tas-16.3.2002, p. 29 (Milo Kastorias)

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 225, tat-22.8.2002, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

PRODOTTI MNIŻŻLA FL-ANNESS I GĦAT-TRATTAT KE, MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN

Ċanga friska

IL-PORTUGALL

Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso (IĠP)

IR-RENJU UNIT

Ċanga ta’ Wales (IĠP)

Frott – frott niexef

FRANZA

Pruneaux d’Agen - Pruneaux d’Agen mi-cuits (IĠP)

Frott u ħxejjex

L-ITALJA

Carciofo Romanesco del Lazio (IĠP)

IL-GREĊJA

Ακτινίδιο Πιερίας (Aktinidio Pierias) (IĠP)

Μήλο Καστοριάς (Milo Kastorias) (IĠP)

--------------------------------------------------

Top