This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1921
Commission Regulation (EC) No 1921/2002 of 28 October 2002 amending Regulation (EEC) No 3149/92 laying down detailed rules for the supply of food from intervention stocks for the benefit of the most deprived persons in the Community
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2002 tat-28 ta’ Ottubru 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-provvista ta’ ikel minn ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar nieqsa minn kumditajiet fil-Kommunità
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2002 tat-28 ta’ Ottubru 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-provvista ta’ ikel minn ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar nieqsa minn kumditajiet fil-Kommunità
ĠU L 293, 29.10.2002, p. 9–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 03/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0807
Official Journal L 293 , 29/10/2002 P. 0009 - 0010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2002 tat-28 ta’ Ottubru 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-provvista ta’ ikel minn ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar nieqsa minn kumditajiet fil-Kommunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta’ l-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-provvista ta’ l-ikel minn ħażniet ta’ intervent lil organizzazzjonijiet nominati għad-distribuzzjoni lil persuni l-aktar nieqsa minn kumditajiet fil-Kommunità [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 [2], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 3149/92 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1098/2001 [4], jiddisponi li l-implimentazzjoni tal-pjan annwali għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel lil persuni l-aktar nieqsa minn kumditajiet għandu jibda mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. Bl-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ħażniet ta’ l-intervent, għandha ssir dispożizzjoni biex jiġi żgurat li l-prodotti għad-distribuzzjoni jkunu rtirati mill-ħażniet ta’ intervent sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu tas-sena tad-distribuzzjoni.. (2) L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jistabbilixxi l-valur fil-kontijiet tal-prodotti disponibbli. Din id-dispożizzjoni għandha tkun adattata biex jitqies it-tibdil fl-iskema ta’ l-intervent li taffettwa l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella. (3) L-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 għandu jigi mħassar, għaliex ma għadux japplika minħabba li l-ispejjeż tat-trasport ikkonċernati huma rimborsati fuq il-bażi ta’ l-infieq li jkun sar. (4) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitati ta’ Ġestjoni kkonċernati, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 huwa emendat kif ġej: 1. it-tieni subparagrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 3(1): "L-irtirar tal-prodotti mill-ħażniet ta’ intervent għandu jsir mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara."; 2. L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: "L-Artikolu 5 1. Għall-finijiet ta’ kontijiet tas-sezzjoni ta’ Garanziji ta’ l-FAEGG, u minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 [5], il-valur fil-kontijiet tal-prodotti disponibbli ta’ intervent taħt dan ir-Regolament għandu jkun il-prezz ta’ intervent applikabbli fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Fil-każ taċ-ċanga, il-valur fil-kontijiet tal-prodotti disponibbli għandu jkun il-prezz ta’ intervent applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2002. Dak il-prezz għandu jkun suġġett għall-koeffiċjenti preskritti fl-Anness. Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, il-valur fil-kontijiet tal-prodotti ta’ intervent għandhom jkunu konvertit fil-munita nazzjonali bir-rata tal-kambju applikabbli fl-ewwel ta’ Ottubru. 2. Fejn prodotti ta’ intervent ikunu trasferiti minn Stat Membru għall-ieħor, l-Istat Membru li jkun qed iforni għandu jirreġistra l-prodott fornit bħala entrata b’figura ta’ zero u l-Istat Membru destinatarju għandu jirreġistrah bħala rċevuta fix-xahar li jkun intbagħat, u juża l-prezz ikkalkolat skond il-paragrafu 1."; 3. L-Artikolu 8 huwa b’dan imħassar. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 352, tal-15.12.1987, p. 1. [2] ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 3. [3] ĠU L 313, tat-30.10.1992, p. 50. [4] ĠU L 150, tas-6.6.2001, p. 37. [5] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1. --------------------------------------------------