This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1105
Commission Regulation (EC) No 1105/2002 of 25 June 2002 amending Regulation (EEC) No 1617/93 as regards consultations on passenger tariffs and slot allocation at airports
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1105/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1617/93 rigward il-konsultazzjonijiet dwar it-tariffi fuq il-passiġieri u l-allokazzjoni ta' spazju fl-ajruporti
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1105/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1617/93 rigward il-konsultazzjonijiet dwar it-tariffi fuq il-passiġieri u l-allokazzjoni ta' spazju fl-ajruporti
ĠU L 167, 26.6.2002, p. 6–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005
Official Journal L 167 , 26/06/2002 P. 0006 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1105/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1617/93 rigward il-konsultazzjonijiet dwar it-tariffi fuq il-passiġieri u l-allokazzjoni ta' spazju fl-ajruporti IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3976/87 ta' l-14 ta' Diċembru 1987 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, Wara li ppubblikat abbozz għal dan ir-Regolament, Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkordji u l-Pożizzjonijiet Dominanti fit-Trasport bl-Ajru, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1617/93 tal-25 ta' Ġunju 1993 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 [2] tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma rigward il-pjanifikazzjoni u l-koordinazzjoni konġunti ta' l-iskedi, ħidmiet konġunti, konsultazzjonijet dwar it-tariffi fuq il-passiġġieri u fuq il-merkanzija fis-servizzi bl-ajru skedati u l-allokazzjoni ta' spazju fl-ajruporti (2) kien l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1324/2001 [3], sabiex jestendu l-eżenzjoni fi blokka waħda rigward l-allokazzjoni ta' spazju u l-iskedar fl-ajruporti sat-30 ta' Ġunju 2004. (2) Fi Frar 2001, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni dwar jekk l-eżenzjoni fi blokka waħda rigward il-konsultazzjonijiet dwar it-tariffi fuq il-passiġġieri għandhiex tibqa' tinżamm fil-għamla korrenti tagħha. Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet mill-Istati Membri, mil-linji ta' l-ajru, mill-aġenti tal-vjaġġi u minn gruppi tal-konsumaturi. (3) Il-maġġoranza kbira ta' dawk li wieġbu kellhom f'moħħhom il-veduta illi l-konferenzi dwar it-tariffi fuq il-passiġġieri ta' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) jiżguraw benefiċċju importanti fil-għamla ta' għaqda tal-linji bejniethom u li dan il-benefiċċju x'aktarx li ma kienx sejjer jiġi replikat permezz ta' sistema alternattiva inqas restrittiva. Filwaqt illi ħafna min dawk li wieġbu rrikkonoxxew illi l-irtirar ta' l-eżenzjoni fi blokka waħda għall-konferenzi dwar it-tariffi fuq il-passiġieri ma jfissirx it-tmiem għal kollox tal-għaqda tal-linji bejniethom, ħafna ħassew illi mingħajr il-konferenzi dwar it-tariffi, il-konsumaturi jkollhom għażla iżgħar dwar il-prezzijiet flessibbli tal-biljetti u li l-linji ż-żgħar ta' l-ajru jista' jkollhom inqas opportuntajiet ta' għaqda tal-linji bejniethom u b'riżultat ta' dan isibuha iżjed diffiċli għalbiex jikkompetu. Madankollu, x'uħud min dawk li wieġbu irraġunaw illi, hekk kif jiżviluppaw l-alleanzi, għall-inqas fl-alleanzi fuq skondi fit-tul jew fi prodotti bilaterali, dawn jistgħu joffru benefiċji simili għal dawk il-benefiċji ta' l-għaqda tal-linji bejniethom ta' l-IATA. (4) L-industrija tal-linji ta' l-ajru bħalissa qiegħda tiffaċċja diffikultajiet partikolari u għalhekk tista' ssibha diffiċli li tagħmel l-investimenti meħtieġa għalbiex tiżviluppa sistema alternattiva għall-għaqda tal-linji bejniethom f'dan il-waqt. (5) L-eżenzjoni fi blokka waħda għall-konferenzi dwar it-tariffi fuq il-passiġieri għandha tiġi estiża għal tliet snin, sat-30 ta' Ġunju 2005. Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżami mill-ġdid tal-Kummissjoni jekk l-eżenzjoni fi blokka waħda tiġix estiża iktar wara din id-data, għandu jiġi miżjud l-obbligu ma' l-eżenzjoni, illi jeħtieġ lit-trasportaturi bl-ajru illi jipparteċipaw fil-konferenzi sabiex jiġbru, għal kull staġun ta' l-IATA u li jibdew mill-1 ta' Settembru 2002, informazzjoni dwar l-użu relativ tat-tariffi fuq il-passiġieri stabiliti fil-konferenzi u l-importanza relattiva tagħhom għall-għaqda tal-linji bejniethom attwali. Perjodu taż-żmien ta' tliet snin għandu jippermetti għal serje ta' l-informazzjoni tul perjodu taż-żmien rappreżentattiv biżżejjed. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 134/2001 estenda l-eżenzjoni fi blokka waħda għall-allokazzjoni tal-postijiet fuq l-ajruplani u għall-iskedar ta' l-ajruporti sakemm jiżu addottati l-emendi proposti għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' spazju fl-ajruporti tal-Komunità [4], kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 894/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5]. Ġaladarba dawn l-emendi għadhom ma ġewx addottati, huwa xieraq illi l-eżenzjoni fi blokka waħda tiġi estiża għal sena oħra, sat-30 ta' Ġunju 2005. (7) Ir-Regolament (KEE) Nru 1617/93 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1617/93 għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 4, għandu jiġi miżjud il-paragrafu 3 li ġej: "3. It-trasportaturi bl-ajru li jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet dwar it-tariffi fuq il-passiġġieri għandhom jiġbru l-informazzjoni mill-1 ta' Settembru 2002 rigward: (a) il-parti relattiva tat-tariffi stabiliti fil-konsultazzjonijiet dwar it-traffiku kollu bil-ħlas tal-biljetti fiż-ŻEE; (b) safejn u sakemm il-biljetti bit-tariffi stabiliti fil-konsultazzjonijiet huma fil-fatt użati għall-għaqda tal-linji bejniethom; (c) safejn u sakemm il-biljetti li mhumiex skond it-tariffi stabiliti fil-konsultazzjonijiet huma fil-fatt użati għall-għaqda tal-linji bejniethom; L-informazzjoni miġbura għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni mit-trasportaturi bl-ajru involuti jew f'isimhom f'intervalli taż-żmien ta' sitt xhur." 2. Fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Għandu japplika sat-30 ta' Ġunju 2005." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 2002. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 9. [2] ĠU L 155, tas-26.6.1993, p. 18. [3] ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 56. [4] ĠU L 14, tat-22.1.1993, p. 1. [5] ĠU L 142, tal-31.5.2002, p. 3. --------------------------------------------------