This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0893
Regulation (EC) No 893/2002 of the European Parliament and of the Council of 27 May 2002 amending Regulation (EC) No 685/2001 in order to provide for the distribution among Member States of authorisations received pursuant to the Agreement establishing certain conditions for the carriage of goods by road and the promotion of combined transport between the European Community and Romania
Ir-Regolament (KE) Nru 893/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 685/2001 sabiex jipprovdi għad-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet irċevuti wara l-Ftehim li jistabilixxi ċerti kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni ta' trasport ikkombinat bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija
Ir-Regolament (KE) Nru 893/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 685/2001 sabiex jipprovdi għad-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet irċevuti wara l-Ftehim li jistabilixxi ċerti kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni ta' trasport ikkombinat bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija
ĠU L 142, 31.5.2002, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 19/11/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1952
Official Journal L 142 , 31/05/2002 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament (KE) Nru 893/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 685/2001 sabiex jipprovdi għad-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet irċevuti wara l-Ftehim li jistabilixxi ċerti kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni ta' trasport ikkombinat bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu, Wara li kkonsidraw il-proposta mill-Kommissjoni [1], Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/409/KE [4], il-Komunitá Ewropea kkonkludiet Ftehim mar-Rumanija li jistabilixxi ċerti kondizzjonijiet dwar it-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport ikkombinat. (2) Dan il-Ftehim jipprovdi illi l-Komunità tirċievi awtorizzazzjonijiet għall-ġarr bit-triq mir-Rumanija, kif huwa l-każ dwar il-ftehimijiet kważi identiċi konklużi mal-Bulgaria u l-Ungerija. (3) Ir-raġunijiet ta' konsistenza jitolbu li r-regoli li jirregolaw it-tqassim ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet ikunu identiċi ma' dawk stabiliti għat-tqassim ta' l-awtorizzazzjonijiet irċevuti skond il-Ftehimijiet mal-Bulgaria u l-Ungerija. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 685/2001 [5] għandu jiġi emendat kif jixraq, ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) No 685/2001 huwa hawnhekk emdendat kif ġej: 1. It-titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Ir-Regolamanet (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar id-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjoniet irċevuti skond il-Ftehimijiet li jistabilixxu ċerti kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport ikkombinat bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ungerija u bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija." 2. L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabilixxi r-regoli għat-tqassim bejn l-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet li huma għad-dispożizzjoni tal-Komunità bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 (2) tal-Ftehim konklużi bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ungerija u bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija li jistabilixxu ċerti kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport ikkombinat (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim")." 3. L-Anness għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Istat Membru | L-awtorizzazzjonijiet għall-użu fi: | il-Bulgarija | l-Ungerija | ir-Rumanija | il-Belġju | 103 | 103 | 104 | id-Danimarka | 110 | 110 | 111 | il-Ġermanja | 134 | 133 | 137 | il-Greċja | 11468 | 10974 | 12457 | Spanja | 100 | 100 | 100 | Franza | 102 | 102 | 102 | l-Irlanda | 100 | 100 | 100 | l-Italja | 102 | 102 | 102 | il-Lussemburgu | 100 | 100 | 100 | l-Olanda | 150 | 147 | 154 | l-Awstrija | 119 | 118 | 120 | Il-Portugall | 100 | 100 | 100 | il-Finlandja | 102 | 102 | 102 | l-Isvezja | 107 | 106 | 107 | ir-Renju Unit | 103 | 103 | 104 | It-Total | 13000 | 12500 | 14000" | L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Mejju 2002. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President M. Arias Cañete [1] ĠU C 278 E, tal-25.9.2001, p. 102. [2] ĠU C 36, tat-8.2.2002, p. 27. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2001 (ĠU C 72, tal-21.3.2002, p. 141) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru tat-22 ta' April 2002. [4] Ara l-paġna 74 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [5] ĠU L 108, tat-18.4.2001, p. 1. --------------------------------------------------