Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0411

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2002 ta’ l-4 ta’ Marzu 2002 li jaddatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 rigward il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti derivati mir-ross

    ĠU L 62, 5.3.2002, p. 27–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2004; Impliċitament imħassar minn 32003R1785

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/411/oj

    32002R0411



    Official Journal L 062 , 05/03/2002 P. 0027 - 0027


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2002

    ta’ l-4 ta’ Marzu 2002

    li jaddatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 rigward il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti derivati mir-ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għal prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta’ Awwissu 2001 li jemenda l-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura ta’ tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [3] jemenda n-Nomenklatura Magħquda b’mod partikolari fir-rigward ta’ xgħir mitħun oħxon, qamħ mitħun oħxon u pellets tar-ross.

    (2) It-tabella fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [4], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1987/2001 [5], għandha għalhekk tiġi addattata.

    (3) Il-miżuri li jiddisponi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-test li ġej fit-tabella fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95:

    "11031400 | xgħir u qamħ oħxon tar-ross |

    11032950 | Pellets tar-ross" |

    hija sostitwita b’li ġej:

    "11031950 | xgħir u qamħ oħxon tar-ross |

    11032050 | Pellets tar-ross" |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 4 ta’ Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.94, p. 105.

    [3] ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1.

    [4] ĠU L 329, tat-30.12.1999, p. 18

    [5] ĠU L 271, tat-12.10.2001, p. 5

    --------------------------------------------------

    Top