EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0076

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/76/KE tas-6 ta’ Settembru 2002 li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward it-tfassil ta’ livelli massimi ta' fdalijiet ta’ pestiċidi (metsulfuron metil) fi u fuq ċereali u ċerti prodotti ta’ oriġini veġetali, inklużi frott u ħxejjexTest b’relevanza taż-ŻEE

ĠU L 240, 7.9.2002, p. 45–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/76/oj

32002L0076



Official Journal L 240 , 07/09/2002 P. 0045 - 0050


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/76/KE

tas-6 ta’ Settembru 2002

li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward it-tfassil ta’ livelli massimi ta' fdalijiet ta’ pestiċidi (metsulfuron metil) fi u fuq ċereali u ċerti prodotti ta’ oriġini veġetali, inklużi frott u ħxejjex

(Test b’relevanza taż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 fuq l-iffissar ta’ livelli massimi ta' fdalijiet ta’ pestiċidi fi u fuq ċereali [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/71/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 fuq l-iffissar tal-livelli massimi ta’ fdalijiet ta’ pestiċidi fi u fuq prodotti ta' xi ċereali ta’ oriġini veġetali inklużi frott u ħxejjex [3], kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva 2002/71/KE, u b’mod partikolari Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 Lulju 1991 dwar id-dħul fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-ħxejjex [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE [5], u b’mod partikolari Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sustanza attiva eżistenti metsulfuron metil, ġiet inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttivi tal-Kummissjoni 2000/49/KE [6], għall-użu bħala erbiċida, mingħajr ma ġew speċifikati l-kondizzjonijiet partikolari li jinfluwixxu l-uċuħ li jistgħu jkunu ttrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-ħxejjex li fihom din is-sustanza attiva.

(2) L-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva kkonċernata kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ l-informazzjoni mogħtija dwar l-użu propost. L-informazzjoni dwar dan l-użu ġie mogħti minn ċerti Membri ta’ l-Istat in konformità ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli ġiet eżaminata mill-ġdid u hija biżżejjed sabiex tippermetti li jiġu ffissati ċerti livelli massimi ta’ fdalijiet (LMF) li jkunu stabbiliti.

(3) Fejn l-ebda LMF komunitarji jew LMF proviżorji ma jeżistu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu LMF nazzjonali proviżorji in konformità ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma’ prodotti għall-protezzjoni tal-ħxejjex li fihom din is-sustanza attiva jistgħu jiġu awtorizzati.

(4) Fir-rigward ta’ l-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva konċernata, l-evalwazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi relattivi ġew iffinalizzati fil-forma ta’ rapport reviżorju tal-Kummissjoni. Ir-rapport ġie ffinalizzat fis-16 ta’ Ġunju ta’ l-2000. Ir-rapport iffissa d-doża ta’ Kuljum Ammissibbli (DKA) għall-metsulfuron metil għal ta’ 0,22 mg/kg bw/kuljum. L-espożizzjoni tul il-ħajja tal-konsumaturi ta' prodotti ta’ l-ikel trattati bis-sustanza attiva kkonċernata ġiet eżaminata u valutata in konformità mal-proċeduri Komunitarji. Ġie wkoll meħud kont tal-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organiżazzjoni tas-Saħħa Dinjija [7] u pariri tal-Kumitat Xjentifiku dwar Ħxejjex [8] fuq il-metodoloġija applikata. Huwa konkluż li l-LM proposti ma jwasslux għal li jiġu skorruti dawk id-DKA. L-ebda effetti akuti tossiċi li jirrikjedu l-istabbiliment ta’ Doża ta’ Riferenza Akuta ma ġew innotati waqt l-evalwazzjoni u d-diskussjoni li ppreċedew l-inklużjoni tal-metsulfuron metil fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(5) Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun protett adegwatament mill-espożizzjoni tal-fdalijiet fi jew fuq prodotti li għalihom l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun ġiet mogħtija, huwa prudenti li jiġu ffissati LMF proviżorji l-iktar baxxi ta’ determinazzjoni alanalitiku għal dawk il-prodotti kollha koperti bid-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE.

(6) L-iffissar fil-livell Komunitarju ta’ tali LMF proviżorji ma jimpedix lill-Istati Membri milli jiffissaw livelli massimi proviżorji ta' fdalijiet għall-metsulfuron metil in konformita’ ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tiegħu. Huwa kkunsidrat li perjodu ta’ erba' snin huwa biżżejjed sabiex jippermetti iktar utilizzazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati. L-LMF proviżorji għandhom imbagħad isiru definittivi.

(7) L-Annessi għad-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu hekk emendati.

(8) Il-Kummissjoni nnotifikat din id-Direttiva f’forma ta’ abbozz lill-Organiżazzjoni tal-Kummerċ Dinji u l-osservazzjonijiet riċevuti ġew ikkunsidrati fil-finaliżżar tad-Direttiva. Il-possibbiltà ta' l-iffissar ta’ l-LMF ta' tolleranza għall-kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ pestiċidi/kultura tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni aċċettabbli sottomessa.

(9) Din id-Direttiva hija in konformità mal-pariri tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Il-livell massimu ta’ fdalijiet ta’ pestiċidi huwa miżjud fil-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE:

"Fdal ta' pestiċida | Livell massimu f'mg/kg |

Metsulfuron-metil | 0.05 Ċereali |

L-Artikolu 2

Il-livelli massimi ta’ fdalijiet ta prestiċidi għall-metsulfuron metil kif muri fl-Anness għal din id-Direttiva huma miżjuda fl-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2002. Għandhom minnufiħ jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Jannar 2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, is-6 ta’ Settembru ta’ l-2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

[2] ĠU L 225, tat-22.8.2002, p. 21.

[3] ĠU L 350, ta' l-14.12.1990, p. 71.

[4] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[5] ĠU L 189, tat-18.7.2002, p. 27.

[6] ĠU L 197, tat-3.8.2000, p. 32.

[7] Linji ta’ gwida għat-tbassir tat-teħid fl-ikel ta' fdalijiet ta' pestiċidi (riveduti), ippreparat mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f' kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq Fdalijiet ta’ Pestiċidi, pubblikati mill-Organiżazzjoni ta’ Saħħa Dinjija 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[8] Parir tal-Kumitat Xjentifiku dwar Ħxejjex dwar kwistjonijiet li jirrgwardaw l-emendar ta' l-Anness għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Parir espress mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Ħxejjex, ta’ l-14 ta’ ta’ l-1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html).

--------------------------------------------------

ANNESS

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMF | Fdal ta' pestiċidi u livelli massimi ta' fdalijiet (mg/kg) |

Metsulfuron metil |

1.Frott, frisk, niexef jew nej, ippreservati permezz ta' iffriżar, bla ma fihom zokkor miżjud; lewż | 0,05 |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU

Grapefruit | |

Lumi | |

Xkomp | |

Mandolin (inkluż klementin u ibridi) | |

Larinġ | |

Pomelos | |

Oħrajn | |

(ii)LEWŻ TAS-SIĠRA (imqaxxar jew mhux imqaxxar)

Lewż | |

Lewż tal-Brażil | |

Lewż tal-cashew | |

Qastan | |

Ġewż ta' l-Indi | |

Ġellewż | |

Macadamia | |

Pecans | |

Lewż ta' l-arżnu | |

Pistaċċi | |

Ġewż | |

Oħrajn | |

(iii)FROTT TAL-POME

Tuffieħ | |

Lanġas | |

Sfarġel | |

Oħrajn | |

(iv)FROTT TA' L-GĦADMA

Berquq | |

Ċirasa | |

Ħawħ (inklużi nuċiprisk u ibridi simili) | |

Għanbaqar | |

Oħrajn | |

(v)BERRIES U FROTT ŻGĦIR

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

Għeneb tal-mejda | |

Għeneb ta' l-inbid | |

(b)Frawli (mhux selvaġġ) | |

(ċ)Frott tal-qasba (mhux selvaġġ)

Tut | |

Dewberries | |

Loganberries | |

Ċawsli | |

Oħrajn | |

(d)Frott żgħir ieħor u berries (mhux selvaġġ)

Mirtill | |

Cranberries | |

Passulina (ħamra, sewda, bajda) | |

Gooseberries | |

Oħrajn | |

(e)Berries selvaġġ u frott selvaġġ | |

(vi)Mixxellanji

Avocados | |

Banana | |

Tamar | |

Tin | |

Kiwi | |

Kumquats | |

Litchis | |

Mangoes | |

Żebbuġ | |

Passion fruit | |

Ananas | |

Rummien | |

Oħrajn | |

2.Ħaxix, frisk jew nej, iffriżat jew niexef | 0,05 |

(i)ĦAXIX TA' L-GĦERUQ U TUBER

Pitravi | |

Zunnarija | |

Karfus oħxon | |

Għerq mustarda | |

Artiċokk | |

Zunnarija bajda | |

Għerq tat-tursin | |

Ravanell | |

Sassefrika | |

Patata Ħelwa | |

Liftija safranija | |

Nevew | |

Jam | |

Oħrajn | |

(ii)ĦAXIX TAL-BASLA

Tewm | |

Basal | |

Shallots | |

Basla żgħira | |

Oħrajn | |

(iii)ĦAXIX LI JAGĦMEL IL-FROTT

(a)Solanacea

Tadam | |

Bżar | |

Brunġiel | |

Oħrajn | |

(b)Kukurbita qoxra li tittiekel

Ħjar | |

Ħjar Żgħir | |

Qarabagħli | |

Oħrajn | |

(ċ)Kukurbita qoxra li ma tittikilx

Bettieħ | |

Squashes | |

Dulliegħ | |

Oħrajn | |

(d)Qamħirrum ħelu | |

(iv)ĦAXIX BRASSIKA

(a)Brassika li tagħmel il-fjur

Brokkoli | |

Pastard | |

Oħrajn | |

(b)Ras tal-Brassika

Brussels sprouts | |

Ras tal-kaboċċa | |

Oħrajn | |

(ċ)Weraq tal-Brassika

Kaboċċa Ċiniża | |

Kale | |

Oħrajn | |

(d)Kohlrabi | |

(v)ĦAXIX BIL-WERAQ U ĦXEJJEX FRISKI

(a)Ħass u simili

krexxun | |

Valerjanella | |

Ħass | |

Scarole | |

Oħrajn | |

(b)Spinaċi u simili

Spinaċi | |

weraq tal-pitravi (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) | |

Oħrajn | |

(ċ)Krexxun ta' l-ilma | |

(d)Witloof | |

(e)Ħxejjex aromatiċi

Maxxita | |

Kurrat Selvaġġ | |

Tursin | |

Weraq tal-karfus | |

Oħrajn | |

(vi)ĦXEJJEX TAL-LEGUM (friski)

Fażola (bil-miżwed) | |

Fażola (bla miżwed) | |

Piżelli (bil-miżwed) | |

Piżelli (bla miżwed) | |

Oħrajn | |

(vii)ĦXEJJEX BIZ-ZOKK (friski)

Asparagus | |

Kardun | |

Karfus | |

Bużbież | |

Qaqoċċ | |

Kurrata | |

Rabarbu | |

Oħrajn | |

(viii)FUNGI

(a)Faqqiegħ ikkultivat | |

(b)Faqqiegħ selvaġġ | |

3.Pulses | 0,05 |

Fażola | |

Għads | |

Piżelli | |

Oħrajn | |

4.Żerriegħa taż-żejt | 0,1 |

Żerriegħa tal-kittien | |

Karawett | |

Żerriegħa tal-peprin | |

Żerriegħa tal-ġulġlien | |

Żerriegħa tal-ġirasol | |

Żerriegħa tal-kolza | |

Fażola tas-soja | |

Żerriegħa tal-mustarda | |

Żerriegħa tal-qoton | |

Oħrajn | |

5.Patata | 0,05 |

Patata bikrija | |

Patata taż-żergħa | |

6.Tè (weraq u zkuk, niexfa, fermentat jew mhux, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 |

7.Ħops (niexef), inklużi pellets tal-ħop u trab mhux ikkonċentrat | 0,1 |

--------------------------------------------------

Top