Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D1004

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2002 li temenda għall-għaxar darba d-Deċiżjoni 2001/327/KE dwar restrizzjonijiet fiċ-ċaqliq ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli fir-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (notifikata bid-dokument numru C (2002) 5271)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 349, 24.12.2002, p. 108–108 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2002

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/1004/oj

    32002D1004



    Official Journal L 349 , 24/12/2002 P. 0108 - 0108


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-23 ta’ Diċembru 2002

    li temenda għall-għaxar darba d-Deċiżjoni 2001/327/KE dwar restrizzjonijiet fiċ-ċaqliq ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli fir-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

    (notifikata bid-dokument numru C (2002) 5271)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/1004/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ ta’ ġewwa l-Komunità f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bl-iskop li jiġi kompletat is-suq intern [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Billi:

    (1) L-Istati Membri kollha implimentaw ir-restrizzjonijiet għaċ-ċaqliq ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/327/KE [3], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2002/242/KE [4].

    (2) Jidher xieraq li jiġu mtawwla l-miżuri.

    (3) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2001/327/KE id-data "31 ta’ Diċembru 2002" tinbidel għad-data "30 ta’ Ġunju 2003".

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

    [2] ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14.

    [3] ĠU L 115, tal-25.5.2001, p. 12.

    [4] ĠU L 82, tas-26.3.2002, p. 18.

    --------------------------------------------------

    Top