EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0670

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awissu 2002 li temenda id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/256/KE li għandha x’taqsam mal-miżuri ta’ emerġenza biex tipproteġi kontra l-bovine spongiform encephalopathy (notifikata taħt id-dokumnet Nru C(2002) 3097)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 228, 24.8.2002, p. 22–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/05/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0657

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/670/oj

32002D0670



Official Journal L 228 , 24/08/2002 P. 0022 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-20 ta’ Awissu 2002

li temenda id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/256/KE li għandha x’taqsam mal-miżuri ta’ emerġenza biex tipproteġi kontra l-bovine spongiform encephalopathy

(notifikata taħt id-dokumnet Nru C(2002) 3097)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/670/EC)

KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju, 1990 rigward il-kontrolli veterinarji u żotekniċi li jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ta’ fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jkun kompleta is-suq intern [1], hekk kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 10(3) ta’ din,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru, 1989 rigward kontrolli veterinarji fil-kummerċ ta’ fil-Komunità bil-għan li jkun komplet is-suq intern [3], hekk kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE, u b’mod partikulari l-Artikolu 9(4) ta’ din,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/256/KEC [4] tas-16 ta’ Marzu, 1998 rigward miżuri ta’ emerġenza biex ikun hemm protezzjoni kontra l-bovine spongiform encephalopathy, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/692/KE, hija mħarsa bħala miżura ta’ transizzjoni permezz ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju, 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u l-qerda mill-għeruq tat-tixrid ta’ ċertu mard bħall-spongiform encephalopathies [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 270/2002 [6].

(2) Il-Kumitat Xjentifiku ta’ Tmexxija (SSC), fl-opinjoni mogħtija minnu fis-16 ta’ Mejju, 2002 dwar is-sigurtà ta’ l-embriji tal-bovini, iqis li fejn tirrigwarda s-sigurtà BSE ta’ l-embriji tal-bovini, mill-aspett xjentifiku ma hemm bżonn ta’ ebda miżuri oħra ħlief dawk li hemm preskritti fil-Protokolli tas-Soċjetà Internazzjonali għat-Trasferiment ta’ l-Embriji.

(3) Il-Kumitat Xjentifiku ta’ Tmexxija (SSC), fl-opinjoni mogħtija minnu fl-14 u l-15 ta’ Settembru, 2000 dwar l-esportazzjoni mir-Renju Unit ta’ vitella tal-għadma, jikkunsidra li ma hemmx evidenza li karkassi ta’ vitelli tal-għadma ta’ għoġġiela ta’ bejn sitta jew disa’ xhur esportati taħt il-kriterji ta’ l-iskema ta’ esportazzjoni fuq bażi kalendarja (DBES), kif hemm dispożizzjoni għaliha fid-Deċiżjoni 98/256/KE, jippreżentaw riskju.

(4) Wara s-sessjoni ġenerali tagħha f’Mejju 2002, il-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE) qegħda temenda l-kapitolu tal-BSE tal-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali biex titlob li laħam frisk li joriġina mill-bovini u li jkun esportat minn pajjiżi kkunsidrati ta’ riskju għoli, irid jitneħħilu l-għadam meta jkun ġej minn annimali li għandhom aktar minn disa’ xhur u li l-embriji tal-bovini jiżdiedu mal-lista ta’ prodotti li jista’ jsir negozju fihom mingħajr restrizzjoni.

(5) F’Marzu 2002 ir-Renju Unit issottometta talba biex id-DBES tkun emendata ħalli tippermetti lill-kumpaniji parteċipanti li jkunu jistgħu joqtlu u jipproċessaw annimali bovini li m’humiex eliġibbli taħt id-DBES kif ukoll annimali bovini li jkunu eliġibbli taħt id-DBES bil-kundizzjoni li jkun hemm arranġamenti xierqa ta’ separazzjoni.

(6) Waqt spezzjoni mwettqa fir-Renju Unit bejn is-27 u l-31 ta’ Mejju, 2002, spetturi mill-Uffiċċju ta’ l-Ikel u l-Veterinarju kienu ġew ippreżentati bi protokoll emendat tal-metodi meħtieġa u l-proċeduri ta’ l-użu għad-DBES. Il-konklużjoni li waslu għaliha kienet li l-protokoll propost, jekk ikun osservat sewwa, ikun jipprovdi mezz adegwat biex jitwettaq kontroll uffiċjali xieraq ta’ annimali u merkanzija li huma eliġibbli taħt id-DBES. Kienu magħmula ċerti rakkomandazzjonijiet biex jitjiebu l-kontrolli għall-eliġibilità ħalli annimali bovini ikunu jistgħu jidħlu fl-iskema. Fir-risposta tiegħu għar-rapport tal-missjoni, ir-Renju Unit intrabat li jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet fil-protokoll tad-DBES.

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/514/KE [7] tiffissa d-data li fiha jista’ jibda d-dispaċċ mir-Renju Unit ta’ prodotti tal-bovini taħt l-iskema ta’ esportazzjoni fuq bażi kalendarja bħala riżultat ta’ l-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni 98/256/KE; biex ikun hemm ċarezza, huwa xieraq li din il-kundizzjoni tkun introdotta fid-Deċiżjoni li tiġi wara u li tkun għalhekk revokata d-Deċiżjoni 1999/514/KE.

(8) Id-Deċiżjoni 98/256/KE għandha għalhekk tkun emendata.

(9) Il-miżuri li għalihom hemm dispożizzjoni f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 98/256/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 jitbiddel b’li ġej:

"L-Artikolu 1

Sakemm isir stħarriġ ġenerali tas-sitwazzjoni, u minkejja d-dispożizzjonijiet Komunitarji adottati biex issir protezzjoni kontra l-BSE, ir-Renju Unit għandu jiżgura li dawn li ġejjin ma jintbagħtux mit-territorju tiegħu għal għand Stati Membri oħra jew għal għand pajjiżi terzi:

(a) annimali bovini ħajjin;

(b) ikel li fih il-laħam, ikel li fih l-għadam, u ikel li fih il-laħam u l-għadam, li huma ta’ oriġini mammifera;

(ċ) ikel ta’ l-annimali u fertilizzanti li fihom materjal li għalih jirreferi punt (b)."

2. L-Artikolu 6 jitbiddel b’li ġej:

"L-Artikolu 6

1. Bis-saħħa tad-deroga mill-Artikolu 3, ir-Renju Unit jista’ jawtorizza d-dispaċċ lill-Istati Membri l-oħra jew pajjiżi terzi tal-prodotti li ġejjin li huma mnissla minn annimali bovini mwielda u mrobbija fir-Renju Unit u li jkunu nqatlu fir-Renju Unit fi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7, l-Artikoli 9 sa 12 u l-Anness II, jew skond kif jixraq, l-Anness III:

(a) "laħam frisk" hekk kif mfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE [*] ĠU L 195, tat-28.7.1999, p. 42.;

(b) "ikkapuljat" u "preparazzjonijiet magħmulin mil-laħam" hekk kif imfissra bid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE [**] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.;

(ċ) "prodotti tal-laħam" hekk kif imfissra bid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [***] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10.;

(d) ikel li huwa maħsub għall-karnivori domestiċi.

2. Il-laħam frisk li għalih jirreferi l-paragrafu 1 (a), jekk dan ikun miksub minn annimali li għandhom aktar minn disa’ xhur, għandu jkun dissussat u għandhom jitneħħewlu t-tessuti kollha li jkunu mwaħħlin mal-għadam inklużi tessuti ovvji tal-moħħ u dawk limfatiċi.

3. Il-qtugħ, ħażna u trasport tal-laħam frisk li għalih jirreferi l-paragrafu 1 (a) għandu jitwettaq fi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7, l-Artikoli 9 sa 12 u l-Anness II jew, kif jixraq, l-Anness III. Il-laħam frisk jista’ jintuża għall-produzzjoni li għaliha jirreferul-punti (b), (ċ) u (d) fi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu, fl-Artikolu 7, l-Artikoli 9 sa 12 u l-Anness II jew, kif jixraq, L-Anness III.

4. L-annimali bovini li għalihom jirreferi l-paragafu 1 għandhom ikunu maqtula f’ħinijiet differenti minn frat li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ l-Anness II, jew kif jixraq, l-Anness III. Għandu jkun hemm sistema affidabbli ta’ għażla u separazzjoni ta’ l-annimali ħajjin qabel ma jibda l-qtil ta’ l-annimali biex ikun żgurat li dawk l-annimali biss li huma eliġibbli jieħdu posthom għall-qatla waqt il-perjodi tal-ħin iddedikat għal dan il-qtil. Qabel ma jibda perjodu ta’ qtil ta’ annimali eliġibbli, il-wesgħa li fiha jsir il-qtil trid l-ewwel tiġi mnaddfa u diżinfettata.

5. Id-dispaċċ tal-prodotti li għalihom jirreferi l-Anness III jista’ jibda fl-1 ta’ Awissu, 1999."

3. L-Artikolu 10, il-paragrafu 1 (b) jitbiddel b’li ġej:

"(b) (i) prodotti mhux ippakkjati jkunu maħżuna fi friża fi kmamar li ma jintużawx fl-istess ħin biex jinħażnu prodotti tal-bovini li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, fl-Artikoli 6, 9, 11, 12 u 13 u jinżammu taħt is-siġill ta’ l-awtoritajiet kompetenti meta dawn ta’ l-aħħar ma jkunux preżenti;

(ii) prodotti ppakkjati jiġu maħżuna fil-friża biex ikun hemm separazzjoni ċara u effettiva minn dawk il-prodotti tal-bovini li ma jkunux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 6, 9, 11, 12 u 13;"

4. L-Annessi huma emendati kif spjegat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 1999/514/KE hija revokata.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija għall-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 20 ta’ Awissu, 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[4] ĠU L 113, tal-15.4.1998, p. 32.

[5] ĠU L 328, ta’ l-4.12.1998, p. 28.

[6] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1.

[7] ĠU L 45, tal-15.2.2002, p. 4.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Fl-Anness II, il-punt numru 1 jitbiddel b’li ġej:

"1. Laħam frisk, u prodotti li għalihom jirreferi l-Artikolu 6(1)(b), (ċ) u (d) imnissla minn dak il-laħam, imnissla minn annimali bovini maqtula fl-Irlanda ta’ Fuq, jistgħu jintbagħtu mir-Renju Unit skond l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 meta jkunu nkisbu minn annimali eliġibbli taħt l-ECHS u li joriġinaw minn merħliet eliġibbli taħt l-ECHS. Jekk il-laħam frisk ikun miksub minn annimali li għandhom aktar minn disa’ xhur, dan għandu jkun dissussat u għandhom jitneħħewlu t-tessuti kollha li jeħlu mal-għadam inklużi t-tessuti ovvji tal-moħħ u dawk limfatiċi."

2. Fl-Anness II, il-punt 9 jitbiddel b’li ġej:

"9. Il-qtil ta’ annimali eliġibbli taħt l-ECHS irid isir f’biċċeriji li jħaddmu sistema ta’ ħinijiet differenti hekk kif spjegat fl-Artikolu 6(4)."

3. L-Anness III jkunu emendat kif ġej:

(a) il-punt numru 1 jitbiddel b’li ġej:

"1. Laħam frisk, u prodotti li għalihom jirreferi l-Artikolu 6(1)(b), (ċ) u (d) imnissla minn dak il-laħam, imnissla minn annimali bovini maqtula fir-Renju Unit, jistgħu jintbagħtu mir-Renju Unit skond l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 meta jkunu ġew miksuba minn annimali eliġibbli taħt id-DBES u li jkunu twieldu wara l-1 ta’ Awissu, 1996. Jekk il-laħam frisk ikun miksub minn annimali li għandhom aktar minn disa’ xhur, dan għandu jkun dissussat u għandu jitneħħewlu t-tessuti kollha li jeħlu mal-għadam inklużi t-tessuti ovvji tal-moħħ u dawk limfatiċi.";

(b) il-punt 5 jitbiddel b’li ġej:

"5. Il-qtil ta’ annimali eliġibbli taħt id-DBES irid isir f’biċċeriji li jħaddmu sistema ta’ ħinijiet differenti hekk kif spjegat fl-Artikolu 6(4). Il-qtil fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali eliġibbli taħt id-DBES li jkunu oriġinaw mir-Renju Unit, jew viċi-versa, ikun awtorizzat biss jekk tkun żgurata l-aċċessibilità għal kull informazzjoni relevanti."

--------------------------------------------------

Top