Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0634

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li temenda d- Deċiżjoni Nru 2001/76/KE rigward il-krediti tal-esportazzjoni għal vapuri

ĠU L 206, 3.8.2002, p. 16–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/12/2011; Impliċitament imħassar minn 32011R1233

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/634/oj

32002D0634



Official Journal L 206 , 03/08/2002 P. 0016 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta’ Lulju 2002

li temenda d- Deċiżjoni Nru 2001/76/KE rigward il-krediti tal-esportazzjoni għal vapuri

(2002/634/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

billi:

(1) Il-Komunità hija parti mill-Arranġament dwar il-pariri għal krediti tal-esportazzjoni uffiċjali u appoġġati milħuqa fil-OECD, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" L-Arranġament.

(2) Bis-saħħa tad- Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/76/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 li tieħu post id- Deċiżjoni tal-4 ta’ April 1978 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti pariri fil-qasam ta’ krediti tal-esportazzjoni uffiċjali u appoġġati [1], l-Arranġament dwar il-pariri għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjali u appoġġati, li huwa anness mad- deċiżjoni, japplika għall-Komunità.

(3) Il-parteċipanti fl-Arranġament, f’konġunzjoni mal-parteċipanti fil-Grupp ta’ Ħidma Nru.6 tal-OECD dwar it-tarzna, iddeċidew li jaġġornaw il-pariri speċifiċi dwar il-krediti tal-esportazzjoni li jaqgħu f’dan is-settur’ hekk kif stabbilit fl-Anness I tal-Arranġament. Il-parteċipanti fl-Arranġament, fil-qafas tal-OCED, approvaw il-Ftehim settorjai l-ġdid dwar il-krediti tal-esportazzjoni għal vapuri.

(4) L-Arranġament ikompli japplika għal vapuri li mhumiex assigurati mil-Ftehim settorjali, kif ukoll għal vapuri li huma assigurati, sakemm l-Arranġament ma jgħidx speċifikament il-kontra.

(5) Deċiżjoni Nru 2001/76/KE għandha tkun emendata,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad- Deċiżjoni 2001/76/KE huwa hawnhekk emendat hekk kif ġej:

1. L-Artikolu 3(a) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(a) Vapuri

L-Arranġament għandu jgħodd għal vapuri mhux assigurati mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni għall-Vapuri, li ġiet addotata mill-Parteċipanti tal-Arranġament bħala l-Anness tal-Arranġament (l-Anness I). Għall-Parteċipanti tal-Ftehim Settorjali, l-Arranġament għandu japplika għal vapuri assigurati minn dak il-Ftehim, ħlief meta fil-Ftehim Settorjali teżizti disposizzjoni li tikkorispondi mal-Arranġament. F’dan il-każ il-Ftehim Settorjali jirbaħ.";

2. L-Artikolu 49(a)(4) huwa mħassar;

3. L-Anness I huwa mibdul bil-kliem tal-Anness ta’ din id- Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Brussel, fit-22 ta’ Lulju 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

P. S. Møller

[1] ĠU L 32, 02.02.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL-VAPURI

KAPITOLU I

L-ISKOP TAL-FTEHIM SETTORJALI

1. Il-Parteċipazzjoni

Il-Parteċipanti tal-Ftehim Settorjali huma: l-Awstralja, l-Komunitajiet Ewropej (li jinkludu l-pajjiżi li ġejjin: l-Awstrija, l-Belġju, d-Danimarka, l-Finlandja, Franza, l-Ġermanja, Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Lussemburgu, l-Olanda, l-Portugal, Spanja, l-Isvezja, u r-Renju Unit), il-Ġappun, il-Korea, n-Norveġja, l-Polonja u r – Repubblika Slovakka.

2. L-Iskop ta’ l-applikazzjoni

Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkumplimenta l-Arranġament, jistabbilixxi pariri speċifiċi għal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjali u appoġġati li jirrelataw mal-appalti tal-esportazzjoni ta’:

2.1. Bastimenti ġodda tal-baħar ta’ 100 gt u aktar, li huma wżati għat-trasportazzjoni tal-merkanzija jew tan- nies, jew għall-prestazzjoni ta’ servizzi speċalizzati (per eżempju: bastimenti għas-sajd, vapuri tal-fabbriki tal-ħut, bastimenti li jkissru s-silġ u vapuri tal-dgangmim, li jippreżentaw, b’modd permanenti u minħabba l-mezzi ta’ propulzjoni u direzzjoni, l-karateristiċi kollha tan- navigażżjoni awtonoma fil-baħar għoli), ta’ laneċ ta’ l-irmonk ta’ 365 kW u aktar u strutturi li mhumiex lesti ta’ vapuri li jkunu f’wiċċ l-ilma u li huma mobili. Il-Ftehim Settorjali jeskludi bastimenti militari. Baċiri f’wiċċ l-ilma u "mobile offshore units" mhumiex koperti mill-Ftehim Settorjali, imma jekk ikun hemm xi problemi rigward krediti tal-esportazzjoni ta’ dawn l-istrutturi, l-Parteċipanti tal-Ftehim Settorjali (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa l-Parteċipanti), wara li jkunu kkonsidraw it-talbiet issostanzjati minn kull Parteċipant, jistgħu jiddeċiedu li jkunu koperti.

2.2. Kull konverżjoni ta’ vapur. Il-Konverżjoni ta’ vapur ifisser kull konverżjoni ta’ bastimenti tal-baħar ta’ aktar minn 1000 gt fuq il-kondizzjoni li l-operazzjonijiet tal-konverżjoni jinvolvu arranġamenti radikali lil pjan tat-tagħbija, l-buq jew is-sistema tal-propulsjoni.

2.3. (i) Għalkemm bastimenti tat-tip hovercraft mhumiex inkluzi fil-Ftehim Settorjali, l-Parteċipanti jistgħu jagħtu krediti tal-esportazzjoni għall-bastimenti tal-hovercraft fuq kondizzjonijiet ekwivalenti ma dawk fil-Ftehim Settorjali. Huma jintrabtu li, japplikaw din il-possibbiltà b’ modd moderat u li ma jagħtux dawn il-kondizzjonijet ta’ krediti lill-bastimenti tal-hovercraft f’każijiet fejn huwa stabbilit li ma hemmx kompetizzjoni offruta taħt il-kondizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali.

(ii) Fil-Ftehim Settorjali, l-kelma "hovercraft" hija spjegata hekk kif ġej: karru anfibju ta’ mill-inqas 100 tunnelata ddiżinjat biex ikun sostenut kompletament mill-arja li toħroġ mill-karru u li tifforma spazju mimli b’ pressjoni bejn id- dawra tal-karru u il-wiċċ ta’ l-art jew ilma li jinsab taħt il-karru. Il-karru għandu jkun kapaċi wkoll li jkun immexxi u kkontrollat minn skrejjen jew minn arja mitfuħa minn fannijiet jew mekkaniżmi simili.

(iii) Huwa mifhum illi l-mogħtija tal-krediti tal-esportazzjoni bil-kondizzjonijiet ekwivalenti ma dawk li jinstabu f’dan il-Ftehim Settorjali, għandhom ikunu limitati għall-dawk il-bastimenti tal-hovercraft li huma wżati fuq ir-rotti maritimi u rotti li mhumiex fuq l-art, ħlief biex jaslu sal-faċilitajiet terminali li ma jkunux il-bogħod aktar minn kilometru mill-ilma.

KAPITOLU II

ID-DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦAJNUNA MARBUTA

3. Il-perjodu massimu biex isir il-ħlas lura

Il-perjodu massimu, indipendentament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta’ 12 il-sena wara l-konsenja tal-flus.

4. Il-Pagamenti fi flus kontanti

Il-Parteċipanti għandhom bżonn ta’ pagament minimu fi flus kontanti ta’ 20 % tal-prezz tal-appalti meta ssir il-konsenja tal-flus.

5. Il-ħlas lura tal-kapital

Il-kapital ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandu jkun imħallas f’rati ugwali u f’perjodi regolari ta’ bejn 6 xhur u l-massimu ta’ 12 il-xhar.

6. Il-premium minimu

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Arranġament rigward il-livell minimu tal-premium m’ għandhomx jiġu fis-seħħ sakemm dawn id- disposizzjonijiet ikunu għaddew minn reviżjoni mill-Parteċipanti ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

7. Għajnuna

Kull Parteċipant li jixtieq jagħti għajnuna għandu, flimkien mad- disposizzjonijiet ta’ l-Arranġament, jikkonferma li, l-vapur mhux qed jaħdem taħt reġistru miftuħ waqt iż- żmien tal-ħlas lura u li l-assigurazzjoni xierqa li l-aħħar sid jgħix fil-pajjiż li huwa r-riċevitur tkun miksjuba. Il-Parteċipant għandu jikkonferma wkoll li l-aħħar sid tal-vapur mhuwiex sussidjarju non- operattiva ta’ interess barrani u li ħa r-reponsabbiltà li ma jbiegħx il-vapur mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern.

KAPITOLU III

IL-PROĊEDURI

8. In- Notifikazzjoni

Għall-raġunijet ta’ trasparenza kull Parteċipant għandu, flimkien mad- disposizzjonijiet ta’ l-Arranġament u l-Creditor Reporting System (sistema ta’ notifikazzjoni tal-kreditur) tal-IBRD/l-Unjoni ta’ Berne/OECD, jipprovdi informazzjoni ta’ kull sena dwar is-sistema għad- disposizzjonijiet ta’ appoġġ uffiċjali u l-mezzi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali, li jinkludi l-iskemi li huma diġa fis-seħħ.

9. Ir-Reviżjoni

(a) Il-Ftehim Settorjali għandha jkollha reviżjoni ta’ kull sena jew fuq it-talba ta’ xi Parteċipant fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma tat-Tarzna tal-OECD, u rapport magħmul lill-Parteċipanti tal-Arranġament.

(b) Biex tkun faċilitata l-koerenza u l-konsistenza bejn l-Arranġament u dan il-Ftehim Settorjali, u f’konsiderazzjoni tan- natura tal-industrija tat-tarzna, il-Parteċipanti ta’ dan il-Ftehim Settorjali u l-Arranġament għandhom jikkonsultaw u jikordinaw kif huwa xieraq.

(ċ) Meta titieħed deċiżjoni mill-Parteċipanti ta’ l-Arranġament biex jinbiddel l-Arranġament, il-Parteċipanti tal-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti), għandhom jeżaminaw din id- deċiżjoni u jikkonsidraw ir-relevanza tagħha mal-Ftehim Settorjali Sakemm ikunu deċiżi l-emendi ta’ l-Arranġament, dawn l-emendi ma għandhomx jiġu applikati lill-Ftehim Settorjali. Fil-kaz li l-Parteċipanti jistgħu jaċċetaw l-emendi lill-Arranġament, dawn għandhom jinfurmaw lill-Parteċipanti ta’ l-Arranġament bil-miktub. Fil-kaz li l-Parteċipanti ma jistgħux jaċċetaw l-emendi lill-Arranġament, rigward l-applikazzjoni tagħhom għat-tarzna, għandhom jinfurmaw lill-Parteċipanti ta’ l-Arranġament bl-oġġezzjonijiet tagħhom u jidħlu f’konsultazzjonijiet magħhom sabiex isibu resoluzzjoni għall-kwistjonijet. Fil-kaz li ma jintlaħaqx ftehim bejn iż- żewgt partijiet, l-opinjonijiet tal-Parteċipanti, rigward l-applikazzjoni tal-emendi lit-tarzna, għandhom jirbħu.

(d) Meta jsir id- dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jirrispetta l-kondizzjonijiet kompetitivi normali fl-industrija tat-tarzna u tat-tiswijiet kummerċjali, dan il-Ftehim Settorjali m’ għandux jibqa jkun applikat lill-dawk il-Parteċipanti li huma mitlubin legalment li japplikaw il-Ftehim tal-1994 rigward il-Krediti tal-Esportazzjoni għal-Vapuri (C/WP6(94)6). Dawn il-Parteċipanti għandhom jaħdmu għar-reviżjoni immedjata sabiex il-Ftehim tal-1994 tkun f’konforma ma dan il-Ftehim Settorjali.

Allegat

RABTIET GĦALL-XOGĦOLIJIET FIL-FUTUR

Flimkien max-xogħolijiet fil-futur tal-Arranġament, il-Parteċipanti ta' dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li:

(a) Issir lista illustrattiva ta' tipi ta' vapuri li ġeneralment mhumiex kkonsidrati bħala vijabbli kummerċjalament. Għandu jingħata każ tad- dixxiplini ta' għajnuna marbuta li huma stabbiliti fl-Arranġament;

(b) Issir reviżjoni tad- disposizzjonijiet tal-Arranġament rigward il-livelli minimi tal-premium bl-iskop illi jkunu inkorporati fil-Ftehim Settorjali;

(ċ) Issir diskussjoni, skond l-iżviluppi fin- negozjati internazzjonali li huma relevanti, dwar id- daħla ta' dixxiplini oħra dwar ir-rati minimi ta' l-interessi li jinkludu CIRR speċjali u rati varjabli;

(d) Issir diskussjoni dwar l-applikabilità tar-rati annwali tal-ħlas lura tal-kapital.

"

--------------------------------------------------

Top