Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0578

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Lulju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 2002/199/KE dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta’ annimali bovini u porċini ħajjin minn xi pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru C(2002) 2553)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 183, 12.7.2002, p. 62–63 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/578/oj

    32002D0578



    Official Journal L 183 , 12/07/2002 P. 0062 - 0063


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-10 ta’ Lulju 2002

    li temenda d-Deċiżjoni 2002/199/KE dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta’ annimali bovini u porċini ħajjin minn xi pajjiżi terzi

    (notifikata bid-dokument numru C(2002) 2553)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2002/578/KE)

    KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa u spezzjonijiet veterinarji fl-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u qżieqeż, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru1452/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

    Billi:

    (1) Taħt l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 72/462/KEE il-ħtiģijiet dwar l-ittestjar tal-bruċellosi, tal-lewkosi enzootika bovina u tat-tuberkolożi stabbiliti f’ċerti pajjiżi terzi jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fin-negozju ta’ gol-Komunità.

    (2) Il-Kanada bagħtet informazzjoni li tirrigwarda l-iskema tagħha għall-għarfien ta’ merħliet bħala ħielsa uffiċjalment mil-lewkosi enzootika bovina.

    (3) Ir-Repubblika Ċeka bagħtet informazzjoni li tirrigwarda l-iskema tagħha għall-għarfien ta’ merħliet bħala ħielsa uffiċjalment mil-lewkosi enzootika bovina

    (4) Dawn il-garanziji magħmula mill-Kanada u r-Repubblika Ċeka rigward il-Lewkosi enzootika bovina jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk meħtieġa fin-negozju ta’ ģol-Komunità.

    (5) L-awtoritajiet kompetenti veterinarji tal-Kanada u tar-Repubblika Ċeka obbligaw ruħhom li jinnotifikaw mingħajr telf ta’ żmien lill-Kummissjoni b’xi bidliet proposti fir-regoli tagħhom dwar dawn l-iskemi.

    (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/199/KE( [3]) għandha tkun emendata skond dan.

    (7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness VI għad-Deċiżjoni 2002/199/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-60 jum mill-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Lulju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [2] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11.

    [3] ĠU L 71, tat-13.3.2002, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS VI

    Ħtiġijiet għall-għarfien ta’ merħliet ta’ bovini, pajjiżi u reġjuni bħala uffiċjalment ħielsa

    (Sezzjoni A jew B tapplika)

    Sezzjoni A

    1. Tuberkolosi u bruċellosi: l-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

    2. Lewkosi enzootika bovina (LEB): l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

    Sezzjoni B Ekwivalenza

    1. Il-programm uffiċjali ta’ kontroll tal-pajjiż terz esportatur huwa meqjus bħala ekwivalenti għall-Annessi A u jew D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE.

    2. Il-programmi uffiċjali ta’ kontroll li ģejjin ġew magħrufa bħala ekwivalenti:

    ISO deco | Pajjiż | Tuberkolosi | Brucellosi | LEB |

    Merħla | Reģjun jew pajjiż | Merħla | Reģjun jew pajjiż | Merħla | Reģjun jew pajjiż |

    CA | Kanada | – | – | – | – | X | – |

    CZ | Repubblika Ċeka | – | – | – | – | – | X |

    "

    --------------------------------------------------

    Top