Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0529

    Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tikkonċerna l-kwestjonarju għar-rapporti mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE rigward il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ komponenti volatili organiċi minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 2234)

    ĠU L 172, 2.7.2002, p. 57–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/529/oj

    32002D0529



    Official Journal L 172 , 02/07/2002 P. 0057 - 0060


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-27 ta’ Ġunju 2002

    li tikkonċerna l-kwestjonarju għar-rapporti mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE rigward il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ komponenti volatili organiċi minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet

    (notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 2234)

    (2002/529/KE)

    IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 [1], dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ komponenti volatili organiċi minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE jeħtieġ li rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva jkunu mħejjija fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew qafas kif abbozzat mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE [2],

    (2) L-Istati Membri, li jimplementaw il-pjanijiet nazzjonali skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/13/KE diġa huma meħtieġa li jippreżentaw dawk il-pjanijiet lill-Kummissjoni,

    (3) Il-kwestjonarju jew il-qafas għandhu jintbagħat lill-Istati Membri sitt xhur qabel il-bidu tal-perijodu kopert bir-rapport,

    (4) L-ewwel rapport għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 inklussivi,

    (5) Il-Kumitat stabbilit bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE ma wassalx l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-kwestjonarju fl-Anness huwa b’dan adottat.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussel, fis-27 ta’ Ġunju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 85, tad-29.3.1999, p. 1.

    [2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top