This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0148
2002/148/EC: Council Decision of 18 February 2002 concluding consultations with Zimbabwe under Article 96 of the ACP-EC Partnership Agreement
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE
ĠU L 50, 21.2.2002, p. 64–65
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 20/08/2012
Official Journal L 050 , 21/02/2002 P. 0064 - 0065
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE (2002/148/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu, Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-sħubija ta’ l-ACP-KE iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 [1], kif tqiegħed f’applikazzjoni provviżorja bid-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri tat-18 ta’ Settembru 2000, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) L-elementi essenzjali ċċitati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE inkisru mill-Gvern taż-Żimbabwe. (2) Konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE saru fil-11 ta’ Jannar 2002 maż-Żimbabwe, li fihom l-awtoritajiet taż-Żimbabwe spjegaw il-punt di vista tagħhom (il-fehma tagħhom) u għamlu impenji speċifiċi li għadhom insuffiċjenti fir-rigward li jtemmu l-vjolenza, li jsiru elezzjonijiet presidenzali liberi u fieri fid-9 I l-10 ta’ Marzu 2002, b’mod partikolari li jippermettu aċċess għal osservaturi internazzjonali ta’ l-elezzjonijiet u għall-media. (3) Avvenimenti reċenti fl-iżvilupp politiku taż-Żimbabwe ttieħdu in konsiderazzjoni, kif ukoll il-fatt li ċerti miżuri importanti dwar l-elementi essenzali tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE għandhom ma kinux implimentati b’mod adegwat. Il-leġislazzjoni restrittiva li kienet adottata reċentement u ż-żieda fil-vjolenza u l-intimidazzjoni ta’ avversarji politiċi jirvinaw serjament il-liberta ta’ espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ ġemgħa paċifika fiż-Żimbabwe, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika taż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE huma b’dan mitmuma. Artikolu 2 Il-miżuri speċifikati fl-ittra annessa huwa b’dan adottati bħala miżuri xierqa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE. Dawn il-miżuri għandhom ikunu rrevokati hekk kif ikunu jeżistu kondizzjonijiet li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta’ l-istat tad-dritt (regola tal-liġi). Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għal perjodu ta’ tnax-il xahar. Huma għandhom ikunu rriveduti fi żmien sitt xhur. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Frar 2002. Għall-Kunsill Il-President J. PiquÉ I Camps [1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. -------------------------------------------------- ANNESS Brussel, … ITTRA LILL-PRESIDENT TAŻ-ŻIMBABWE L-Unjoni Ewropea tagħti importanza mill-ikbar lid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE. Bħala elementi essenzali tal-Ftehim tas-Sħubija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt huma l-bażi tar-relazzjonijiet tagħna. Hekk, l-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Ottubru 2001 esprimiet l-ansjeta serja tagħha dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe u ddeċidiet tistieden l-awtoritajiet taż-Żimbabwe għall-konsultazzjonijiet, bil-ħsieb li jassessjaw is-sitwazzjoni fid-dettall u jirrimedjawha. Matul dawn il-konsultazzjonijiet, li saru fi Brussel fil-11 ta’ Jannar 2002, l-Unjoni Ewropea rrepetiet l-ansjeta serja tagħha rigward il-vjolenza mmotivata mill-politika, il-liberta tal-media, l-indipendenza tal-ġudikatura, it-tmiem ta’ l-okkupazzjonijiet illegali tar-rziezet (farms) u l-elezzjonijiet liberi u fieri, u kkunsidrat li progress sinifikanti għad baqa’ xi jsir f’dawn iż-żoni. L-Unjoni Ewropea kienet fiduċjuża li elezzjonijiet presidenzali liberi u fieri f’Marzu 2002 kellhom iqiegħdu l-pajjiż fit-triq tad-demokrazija, paċi soċjali u rkupru ekonomika fiż-Żimbabwe. Madankollu, hija tinnota li dawn l-aspettazzjonijiet ma ġewx issodisfatti. Kondizzjonijiet minimi maqbula internazzjonalment għal elezzjonijiet liberi u fieri mhumiex qegħdin ikunu ssodisfatti. Fid-dawl ta’ dan hawn iktar ‘il fuq, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li ttemm il-konsultazzjonijiet li ssejħu taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE. L-Unjoni ddeċidiet tieħu l-miżuri xierqa li ġejjin, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 96(2)(c) ta’ dak il-Ftehim: (a) Il-finanzjament ta’ l-appoġġ għall-budget taħt is-7 u t-8 Programmi Indikattivi Nazzjonali (PIN) ta’ l-EDF taż-Żimbabwe’s huwa sospiż. (b) L-appoġġ finanzjarju għall-proġetti kollha huwa sospiż barra dawk ta’ appoġġ dirett għall-populazzjoni, b’mod partikolari s-setturi soċjali. (ċ) Il-finanzjament għandu jerġa’ jkun orjentat lejn appoġġ dirett għall-populazzjoni, b’mod partikolari fis-setturi soċjali, demokratizzazzjoni, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-stat tad-dritt. (d) Il-firma tad-9 PIN ta’ l-EDF hija sospiża. (e) L-Artikolu 12 ta’ l-Anness 2 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE huwa sospiż sa fejn huwa rekwiżit għall-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi adottati fuq il-bażi tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. (f) Kontribuzzjonijiet għal operazzjonijiet ta’ natura umanitarja m’għandhomx jintlaqtu. (g) Proġetti reġjonali għandhom ikunu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ. Dawn il-miżuri għandhom ikunu rrevokati hekk kif kondizzjonijiet ikunu jeżistu li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt. L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tieħu miżuri restrittivi addizzjonali. L-Unjoni Ewropea għandha ssegwi mill-qrib żviluppi fiż-Żimbabwe u għal darba oħra trid tenfasizza x-xewqa tagħha li ssegwi d-djalogu maż-Żimbabwe, fuq il-bażi tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE. Dejjem tiegħek, Għall-Kummissjoni Għall-Kunsill --------------------------------------------------