Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 32001R2487

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2487/2001 tat-18 ta' Diċembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 rigward relazzjonijiet tal-kummerċ mal-Bosnija u l-Ħerzegovina, r-Repubblika tal-Kroazja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u r-Repubblika tas-Slovenja

    ĠU L 335, 19.12.2001, s. 9–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Dokumentets juridiske status Ikke længere i kraft, Gyldighedsperiodens slutdato: 03/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32000R2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2487/oj

    32001R2487



    Official Journal L 335 , 19/12/2001 P. 0009 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2487/2001

    tat-18 ta' Diċembru 2001

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 rigward relazzjonijiet tal-kummerċ mal-Bosnija u l-Ħerzegovina, r-Repubblika tal-Kroazja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u r-Repubblika tas-Slovenja

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settemnru 2000 li jintroduċi miżuri eċċezzjonali għall-kummerċ g]all-pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi jew huma marbuta mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2563/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Kunsill huwa fil-proċess li jikkonkludi Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tag]hom mill-parti 'l waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mill-parti 'l oħra, li kien iffirmat fid-9 ta' April 2001. Sakemm titlesta l-proċedura meħtie[a għad-dħul fis-seħħ Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jkopri l-kummerċ u dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ kien konkluż u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2001.

    (2) Il-Kunsill huwa fil-proċess li jikkonkludi Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom mill-parti 'l waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, mill-parti 'l oħra, li kien iffirmat fid-29 ta' Ottubru 2001. Sakemm titlesta l-proċedura meħtieġa għad-dħul fis-seħħ Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja li jkopri l-kummerċ u dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ kien konkluż u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002.

    (3) Il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Imterim stabbilixxa reġim kuntrattwali ta' kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbilka tal-Kroazja u l-ex Repubbilka Jugoslava tal-Maċedonja, rispettivament, b'koċessjonijiet bilaterali ta' kummerċ li min-naħa tal-Komunità huma ekwivalenti għall-konċessjonijiet applikabbli fil-miżuri ta' kummerċ unilaterali awtonomi skond ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000. B'żieda, prodotti tat-tessuti li joriġinaw fir-Repubbilka tal-Kroazja u fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ġew mogħtija aċċess ta' ħelsien mid-dazju mhux limitat u konċessjonijiet speċifiċi bilaterali għall-prodotti tas-sajd u "baby beef" ġew definiti.

    (4) Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 biex ikun jieħu akkont ta' dawn l-iżviluppi. B'mod partikolari huwa xieraq li r-Repubblika tal-Kroazja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jitneħħew mill-lista ta' benefiċjarji tal-konċessjonijiet tat-tariffi mogħtija għall-istess prodotti skond ir-reġimi kuntrattwali. B'żieda, għandu jkun meħtieġ li jitnaqqsu l-volumi tat-tariffi ta' kwoti globali għall-prodotti speċifiċi li għalihom kwoti tariffarji ġew stabbiliti skond ir-reġimi kuntrattwali.

    (5) Ir-Repubblika tal-Kroazja u l-ex Repubbika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jibqgħu benefiċjarji tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 biss sal-limitu li dak ir-Regolament jipprovdi għall-konċessjonijiet li huma aktar favorevoli mill-konċessjonijiet eżistenti taħt ir-reġimi kuntrattwali.

    (6) Protokolli addizzjonali jinkludu konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, għarfien reċiproku, protezzjoni u kontroll ta' l-ismijiet ta' l-inbid u għħarfien reċiproku, protezzjoni u kontroll ta' u ismijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat huma wkoll fil-proċess li jiġu konklużi mar-Repubbkika tal-Kroazja [3] l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [4] u r-Repubblika tas-Slovenja [5], (hawnhekk iżjed ′il quddiem imsejjħa "Protokoll Addizzjonali dwar l-Inbid"), u għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2002. Fil-Protokolli addizzjonali dwar l-inbid, tariffi individwali ta' kwoti ġew provduti mill-kwota tariffarja globali ta' 545000 hl miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2007/2000, għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' nbid li joriġina mir-Repubblika tal-Kroazja (45000 hl), mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (300000 hl) u mir-Repubblika tas-Slovenja (48000 hl).

    (7) Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 biex inaqqas il-volumi tat-tariffi ndividwali tal-kwoti mill-volum mill-kwota tariffarja globali u li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-volum li jibqa’ tal-kwota tariffarja globali. B'mod partikolari l-konsegwenza tkun li dak l-aċċess għall-kwota tariffarja ta' l-inbid skond ir-regolament (KE) Nru 2007/2000 lir-Repubblika tas-Slovenja għandu jiġi sospiż u li l-aċċess għar-Repubblika tal-Kroazja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tiġi soġġetta għall-utilizzazzjoni minn qabel tal-kwoti tariffarji ndividwali rispettivament provduti fil-Protokolli Addizzjonali dwar l-inbid ma' dawn il-pajjiżi.

    (8) Il-kwoti tariffarji ndividwali provduti għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u fir-Repubblika tas-Slovenja għandhom jiżdiedu progressivament bla ħsara għall-kundizzjonijiet speċifiċi ndikati fil-Protokolli addizzjonali dwar l-inbid. B'mod partikolari, ż-żieda fis-sena tal-volumi ta' dawn il-kwoti tariffarji ndividwali hija soġġetta għall-użu kollu ta' volum minimu ta' 80 % tal-kwoti tariffarji ndividwali miftuħa fis-sena ta' qabel. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-volumi wżati kull sena u għandha tadotta dispożizzjonijiet biex timplimenta kull aġġustament meħtieġ ta' dawn il-volumi g]all-Kroazja u s-Slovenja, u b'hekk, tal-kwota tariffarja applikabbli skond ordni numru 09.1515.

    (9) Ftehim dwar kummerċ fil-prodotti tat-tessuti mal-Bosnija u Ħerzegovina li kien japplika provviżorjament mill-1 ta' Marzu 2001 kien iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2001. Dan il-ftehim stabbilixxa li l-esportazzjonijiet mill-Bosnija u Ħerzegovina lejn il-Komunità għandu jkun ħieles minn limiti kwantitattivi u miżuri ta' effett ekwivalenti u stabbilixxa sistema ta' verifika doppja. Ftehim simili, provviżorjament applikat mill-1 ta' Jannar 2001, kien ukoll iffirmat mal-Kroazja mill-17 ta' Mejju 2001.

    (10) Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 1(1) l-espressjonijiet "li jori[ina fir-Repubbliki ta' l-Albanija, l-Bosnija u Ħerzegovina, l-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo kif definit fir-Ri\oluzzjoni UNSC 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999" huma mibdula bi "li joriġinaw mir-Repubbliki ta' l-Albanija, l-Bosnija u Ħerzegovina u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999".

    2. L-Artikolu 1(2)huwa mibdul b'dan li ġej:

    "2. Prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fejn hekk indikati jew għal xi miżuri provduti f'dan ir-Regolament li huma aktar favorevoli mill-konċessjonijiet ta' kummerċ provduti fil-qafas tad-diversi ftehim bilaterali bejn il-Komunitajiet Ewropej u dawn il-pajjiżi."

    3. Fl-Artikolu 2(2) l-espressjonijiet "Għall-Albanija, l-Bosnija u Ħerzegovina, l-Kroazja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, d-dritt ta' benefiċċju mill-arranġamenti preferenzjali introdotti bl-Artikolu 1 għandhom ugwalment ikunu soġġetti għall-fatt li jkunu lesti li jwettqu" huma mibdula b'dan li ġej: "Id-dritt għall-benefiċċju mill-arranġamenti preferenzjali introdotti bl-Artikolu 1 għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-fatt li l-pajjiżi benefiċjarji jkunu lesti li jwettqu".

    4. Fl-Artikolu 3(1) l-espressjonijiet "Fir-rigward tal-prodotti tat-tessuti li joriġinaw fil-pajjiżi jew territorji riferiti fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament" huma mibdula b'dan li ġej "Fir-rigward ta' prodotti tat-tessuti li joriġinaw fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja".

    5. Fl-Artikolu 3(2) l-espressjonijiet "Fir-rigward tal-prodotti tat-tessuti li joriġinaw fil-pajjiżi jew territorji msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament" huma mibdula b'dan li ġej "Fejn prodotti tat-tessuti li joriġinaw fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja".

    6. L-Artikolu 4(1)huwa mibdul b'dan li ġej:

    "1. Għall-ċerti prodotti tas-sajd u għall-inbid li joriġina fil-pajjiżi u territorji riferiti fl-Artikolu 1, it-tnejn elenkati fl-Anness I, id-dazji tad-dwana applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità għandhom ikunu sospiżi matul il-perijodi, fil-livelli, fil-limiti ta' tariffi ta' kwoti tal-Komunità u skond il-kundizzjonijiet indikati għal kull prodott u oriġini li hemm f'dak l-Anness."

    7. fl-Artikolu 4:

    (a) l-ammont ta' "22525" tunnellati fl-ewwel u t-tieni subparagrafi huwa mibdul bi "11475" tunnellati;

    (b) il-punti (b) u (c) huma mħassra.

    8. L-Anness I huwa mibdul bit-test ta' l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva g]andha tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak li fih tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2002.

    Dan ir-Regolament g]andu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Christopher Patten

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 240, tat-23.9.2000, p. 1.

    [2] ĠU L 295, tat-23.11.2000, p. 1.

    [3] Għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [4] Għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [5] Għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS

    ILI JIKKONĊERNA L-KWOTI TARIFFARJI RIFERITI FL-ARTIKOLU 4(1)

    Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Mag]quda, l-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti huma meqjusa li m'għandhomx aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita, fil-kuntest ta' dan l-Anness, skond il-kodiċi NM. Fejn ex kodifiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.

    Ordni Nru | Kodifiċi NM | Deskrizzjon | Volumta' kwota kull sena | Benefiċjarji | Rata ta' dazju |

    09.1571 | 03019110 | Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster): ħajjin; friski jew imkessħa; iffriżati; imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, smoked; imqatta’ fi strippi u laħam ieħor ta' ħut; dqid qlub tal-qamħ u pellets, tajbin għall-konsum uman | 120 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inklu il-Kosovo | Eżenzjoni |

    03019190 |

    03021110 |

    03021190 |

    03032110 |

    03032190 |

    03041011 |

    ex03041019 |

    ex03041091 |

    03042011 |

    ex03042019 |

    ex03049010 |

    ex03051000 |

    ex03053090 |

    03054945 |

    ex03055990 |

    ex03056990 |

    09.1573 | 03019300 | Karpjun ħajjin; friski jew imkess]a; iffriżati; imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, smoked; imqatta’ fi strippi u laħam ieħor ta' ħut; dqid qlub tal-qamħ u pellets, tajbin għall-konsum uman | 140 tonne | Albanija, Bosnija u}erzegovina, ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | E\enzjoni |

    03026911 |

    03037911 |

    ex03041019 |

    ex03041091 |

    ex03042019 |

    ex03049010 |

    ex03051000 |

    ex03053090 |

    ex03054980 |

    ex03055990 |

    ex03056990 |

    09.1575 | ex03019990 | Paġell (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħajjin; friski jew imkessħa; iffriżati; imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, smoked; imqatta’ fi strippi u laħam ieħor ta' ħut; dqid qlub tal-qamħ u pellets, tajbin għall-konsum uman | 115 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | E\enzjoni |

    03026961 |

    03037971 |

    ex03041038 |

    ex03041098 |

    ex03042095 |

    ex03049097 |

    ex03051000 |

    ex03053090 |

    ex03054980 |

    ex03055990 |

    ex03056990 |

    09.1577 | ex03019990 | Spnott (Dicentrarchus labrax): ħajjin; friski jew imkess]a; iffri\ati; imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, smoked; imqatta’ fi strippi u laħam ieħor ta' ħut; dqid qlub tal-qamħ u pellets, tajbin għall-konsum uman | 100 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | Eżenzjoni |

    03026994 |

    ex03037700 |

    ex03041038 |

    ex03041098 |

    ex03042095 |

    ex03049097 |

    ex03051000 |

    ex03053090 |

    ex03054980 |

    ex03055990 |

    ex03056990 |

    09.1579 | 16041311 | Sardin preparat jew priżervat | 70 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | 6 % |

    16041319 |

    ex16042050 |

    09.1561 | 16041600 | Inċova preparata jew priżervata | 960 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | 12,5 % |

    16041600 |

    09.1515 | 22042179 | Inbid minn għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika attwali skond il-volum li ma teċċedix il-15 % vol, ħlief inbid li fexfex | 152000 hl | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Kroazja, ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | Eżenzjoni |

    ex22042180 |

    22042183 |

    ex22042184 |

    22042965 |

    ex22042975 |

    22042983 |

    ex22042984 |

    "

    --------------------------------------------------

    Op