This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1851
Commission Regulation (EC) No 1851/2001 of 20 September 2001 correcting Regulation (EC) No 2571/97 on the sale of butter at reduced prices and the granting of aid for cream, butter and concentrated butter for use in the manufacture of pastry products, ice-cream and other foodstuffs
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2001 tal-20 ta’ Settembru 20001 li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni tal-għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelati u oġġetti oħra ta’ l-ikel
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2001 tal-20 ta’ Settembru 20001 li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni tal-għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelati u oġġetti oħra ta’ l-ikel
ĠU L 253, 21.9.2001, p. 16–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1898
Official Journal L 253 , 21/09/2001 P. 0016 - 0016
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2001 tal-20 ta’ Settembru 20001 li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni tal-għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelati u oġġetti oħra ta’ l-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1670/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tieghu, Billi: (1) L-Anness VII mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 635/2000 [4], jelenka l-ispeċifikazzjonijiet li jridu jiddaħħlu fil-kopja tal-kontroll T5. Kontroll fuq il-verżjonijiet ta’ l-ilsna kollha skopra żball tat-tipa f’dan l-Anness. (2) L-Artikolu 22(4) tar-Regolament jipprovdi għal penali fin-nuqqas tal-konformità ma’ obbligu subordinat u l-Anness III ta’ miegħu jindika t-traċċjaturi li jridu jintużaw fil-Formola B. Instabu żbalji tat-tipa u fit-traduzzjoni matul kontroll fil-verżjoni Ġermaniża ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. (3) Iridu għalhekk isiru l-korrezzjonijiet meħtieġa lill-verżjoni f’dan l-ilsien. (4) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 1. Il-kelma Butter (Butir) fit-tieni paragrafu tat-tielet inċiż ta’ l-inċiż ta’ l-Anness VII.B(b) mar-Regolament (KE) Nru 2571/97 jiġi mibdul bil-kelma "Butterfett" (Grass tal-butir). 2. L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2571/97 u l-Anness III ta’ miegħu huma kkorreġuti. Dawn il-korezzjonijiet jirrigwardaw biss il-verżjoni bil-Ġermaniż tar-Regolament. L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Settembru 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10. [3] ĠU L 350, tal-20.12.1997, p. 3. [4] ĠU L 76, tal-25.3.2000, p. 9. --------------------------------------------------