Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1799

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1799/2001 tat-12 ta’Settembru 2001 li tistabbilixxi l-livell tal-kummerċ tal-frott taċ-ċitru

    ĠU L 244, 14.9.2001, p. 12–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1799/oj

    32001R1799



    Official Journal L 244 , 14/09/2001 P. 0012 - 0018


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1799/2001

    tat-12 ta’Settembru 2001

    li tistabbilixxi l-livell tal-kummerċ tal-frott taċ-ċitru

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 [2] u partikolarment l-Artikolu 2(2), tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-frott taċ-ċitru huwa fost il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalih iridu jiġu adottati normi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 920/89 li jippreskrivi n-normi ta’ kwalità għaz-zunnarija, frott taċ-ċitru, tuffieħ tad-deżerta u lanġas kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 58 [3], ġie spiss emendat u ma jistax jiżgura iktar kjarezza [4].

    (2) Ir-regoli għandhom għalhekk jiġu abbozzati mill-ġdid, u r-Regolament (KEE) Nru 920/89 għandu jitħassar. Għal dan l-iskop u fl-interess tal-preservazzjoni tat-trasparenza fis-suq dinji, għandu jitqies il-livell stabbilit għall-frott taċ-ċitru rakkomandat mill-Kumitat ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Prodotti li Jinħlew u ta’ l-Iżvilupp tal-Kwalita tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/KEE).

    (3) L-applikazzjoni ta’ dawn ir-riżultati għandha tirriżulta f’li prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti jitneħħew mis-suq, iġibu l-produzzjoni f’linja mal-ħteġijiet tal-konsumaturi u jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet kummerċjali bażati fuq il-kompetizzjoni bil-fier, biex b’hekk igħinu t-titjib fil-qligħ (ta’ flus) tal-produzzjoni.

    (4) In-normi huma applikabbli għall-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq. Il-ġarr fuq distanzi twal, u l-ħażna għal ċertu perjodu taż-żmien u l-proċessi varji li minnhom il-podotti jridu jgħaddu jistġħu jikkawżaw ċerti bidliet minħabba l-iżvilipp bijoloġiku tal-prodotti jew minħabba n-natura relattiva tagħhom li jitħassru. Għandu jittieħed qies ta’ din id-deterjorazzjoni meta jiġu applikati n-normi fl-istadji tal-bejgħ fis-suq ta’ wara d-dispaċċ. Ġaladarba l-prodotti tal-klassi ‘Extra’ iridu jingħażlu u jiġu pakkjati b’kura partikolari, in-nuqqas tal-freskezza u ta’ kemm ikun wieqaf il-prodot għandhom jitqiesu f’dan il-każ.

    (5) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    In-nIn-norma tal-bejgħ għall-prodoti li ġejjin għandhom ikunu kif dikjarati fl-Anness:.

    - larinġ ħelu, li jidħol fil-kodiċi tan-NK bin-Nru 080510,

    - mandolin (li jinkludi tip ieħor ta’mandolin), klementina, wilkings u ċitru ibridu simili, li jaqgħu taħt il-kodiċi NK 080520,

    - lumi, li jidħol fil-kodiċi tan-NK bin-Nru 08053010.

    din Din in-norma għandha tapplika għall-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq, fuq il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    Madankollu, fi stadji wara d-dispaċċ, il-prodotti jistgħu juru fejn għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet dwar in-normi:

    - nuqqas ħafif ta’ freskezza u ta’ kemm ikunu weqfin il-prodotti;

    - għall-prodotti gradwati fi klassijiet oħra għajr il-klassi ‘Extra’, ħjiel ta’ deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp tagħhom u x-xejra tagħhom li jitħassru.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KEE) Nru 920/89 qiegħed jiġi mħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika ill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jidħol fis-seħħ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’Settembru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 129, tal-11.5.2001, p.3.

    [3] ĠU L 97, tal-11.4.1989, p. 19.

    [4] ĠU L 215, tad-9.8.2001, p.3.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    NORMI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU

    I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

    Dan il-livell stabbilit japplika għall-frott segwentiklassifikati bħala frott taċ-ċitru, li jridu jiġu forniti friski lill-konsumatur, bl-esklużjoni għall-frott taċċitru għall-proċessar industrijali.

    - varjazzjonijiet ta’lumi (cultivars) mkabbra fi speċi tal-lumi Ċitru (L.) Burm. f.,

    - varjazzjonijiet ta’mandolin (cultivars) mkabbra minn speċi ta’Ċitru reticulata Blanco, li jinkludu satsumas (Ċitru unshiu Marcow), klementina (Ċitru klementina Hort. Ex Tan.), mandolin komuni (Ċitru deliciosa Ten.) u tip ieħor ta’mandolin (Ċitru tanġerina Hort. Ex Tan.) mkabbra minn dawn l-ispeċiu l-hybrids tagħha, minn hawn il-quddiem msejħa "mandolin",

    - varjazzjonijiet ta’lumi (cultivars) mkabbra fi speċi tal-lumi Ċitrusinensis (L.) Osb.

    II. DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-KWALITá

    Il-għan tan-norma huwa li jiddefinixxi l-ħteġijiet tal-kwalità tal-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-ippakkjar.

    A. Il-Ħtiġijiet minimi

    Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott taċ-ċitru irid ikun:

    - bla mittiefes (intatt),

    - mingħajr grif u/jew fejqan estensiv fuq il-qtugħ,

    - sħaħ: il-prodott li jkollu taħsir u deterjorazzjoni li jagħmluh mhux tajjeb għall-konsum għandu jkun eskluż,

    - prattikament nadif u mingħajr fatturi visibli barranin,

    - prattikament mingħajr insettiċidi,

    - prattikament mingħajr ħsara magħmula minn insettiċidi,

    - mingħajr sinjali ta’tikmix intern,

    - mingħajr ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew friża,

    - mingħajr kull likwidu estern mhux normali,

    - mingħajr kull riħa barranija u/jew tgħoma.

    Il-frott taċ-ċitru kien miġbur b’attenzjoni u laħaq grad xieraq ta’ żvilupp u ta’ maturità sew biż-żmien ikkalkulat bi kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-ġbir mill-post tat-tkabbir.

    L-iżvilupp u l-maturità tal-frott taċ-ċitru għandu jkun dak:

    - li jippermetti trasport u ħażna, u

    - li jasal fil-post tad-destinazzjoni f’ kondizzjoni sodisfaċenti.

    Il-frott taċ-ċitru li jilħaq il-ħteġijiet tal-maturità jista’ jkun "gradwat". Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi tal-organopletika l-oħra naturali ma jkunux inbidlu. Għandu jsir bil-manjiera preskritta mill-awtoritajiet amministrattivi f’kull Stat Membru u taħt is-superviżjoni tagħhom.

    B. Rekwiżiti ta’maturità

    Il-maturar taċ-ċitru huwa definit mill-parametri segwenti speċifikati għal kull speċi hawn taħt:

    1. Il-kontenut minimu tal-meraq.

    2. Kulur

    Il-grad tal-kulur irid ikun dak, li skond l-iżvilupp normali il-frott taċ-ċitru jilħaq il-kulur tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni.

    (i) Lumi

    - Il-kontenut minimu ta’ meraq:

    — Il-verdelli u l-lumi "primofiore": | 20 % |

    — Lumi ieħor: | 25 % |

    - Il-Kulur: irid ikun tipiku tal-varjetà. Għaldaqstant il-frott b’kulur aħdar (imma mhux aħdar skur) ikun permess jekk kemm-il darba jissodisfa l-ħteġijiet minimi tal-kontenut minimu ta’ meraq.

    (ii) Mandolin

    - Il-kontenut minimu ta’ meraq:

    — Il-mandolin (Il-klementini huma esklużi): | 33 % |

    — Il-klementini: | 40 % |

    - Il-Kulur: irid ikun tipiku tal-varjetà mill-inqas fuq terz tal-wiċċ tal-frott.

    (iii) Larinġ

    - Il-konvenut minimu ta’ meraq:

    — Thomson Navel u Tarocco: | 30 % |

    — Washington Navel: | 33 % |

    — Varjetajiet Oħra: | 35 % |

    - Il-Kulur: irid ikun tipiku tal-varjetà. Għaldaqstant, frott b’kulur aħdar ċar huwa permess, jekk kemm-il darba ma jaqbiżx wieħed minn ħamsa tat-total tal-wiċċ tal-frott.

    Ċ. Klassifikazzjoni:

    Il-frott taċ-ċitru huma klassifikat fi tlett klassijiet definiti hawn isfel:

    (i) Il-Klassi"Extra"

    Il-frott taċ-ċitru f’din il-klassi irid ikun ta’ kwalità superjuri. Fil-forma, id-dehra ta’ barra, l-iżvilupp u l-kulur iridu jkunu karatteristiċi tal-varjetà u/jew it-tip kummerċjali.

    Iridu jkunu mingħajr difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali żgħar, jekk kemm-il darba dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità miżmuma u l-preżentazzjoni fil-pakketti.

    (ii) Klassi I

    Il-frott taċ-ċitru f’din il-klassi irid ikun ta’ kwalità tajba Irid ikun karatteristiku ta’ varjetà u/jew it-tip kummerċjali.

    Għaldaqstant, id-difetti żgħar li ġejjin jistgħu ikunu permessi sakemm ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità miżmuma u l-preżentazzjoni tal-pakkettt:

    - difett żgħir fil-forma,

    - difett żgħir fil-kulur,

    - difett żgħir fil-qoxra li jsir matul it-tkabbir tal-frott, bħal ċerti tqaxxir ta’qoxra, russetti, eċċ.,

    - difetti żgħar li jkun tranġaw u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, bħala riżultat tal-fatt illi xi frottiet kienu ħakkew ma’ xulxin, ħsara waqt li l-frott ikun qiegħed jiġi ittrattat, eċċ.

    (iii) Klassi II

    Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fi klassijiet għolja iżda li jissodifa l-ħteġijiet minimi speċifikati hawn fuq.

    Id-difetti segwenti huma permessi, jekk kemm-il darba l-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu f’ dawk li huma kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

    - difett fil-forma,

    - difett fil-kulur,

    - qoxra ħarxa,

    - difett żgħir fil-qoxra li joħroġ matul it-tkabbir tal-frott, bħal ċerti tqaxxir ta’qoxra, rossetti, eċċ.,

    - difetti żgħar li jkunu tranġaw u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, bħala riżultat tal-fatt illi xi frottiet kienu ħakkew ma’ xulxin, ħsara waqt li l-frott ikun qiegħed jiġi ittrattat, eċċ.

    - Bidliet superfiċjali fil-qoxra li jkunu tranġaw

    - distakkament parzjali u ħafif tan-naħa fil-perikarpju tal-larinġ (li hu permess għall-mandolin).

    III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-QIES

    Il-qies irid ikun kalkulat permezz tad-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta.

    A. Qies minimu

    Il-frott bil-qies li anqas anqas mill-qjisien minimi segwenti huma esklużi:

    Lumi: | 45 mm |

    Mandarini (Bl-esklużjoni tal-klementini): | 45 mm |

    Klementini: | 35 mm |

    Larinġ: | 53 mm |

    B. Skali ta’qies

    L-iskali tal-qisien huma kif ġej:

    Larinġ | Lumi | Mandolini |

    Kodiċi tal-qies | Dijametru (mm) | Kodiċi tal-qies | Dijametru (mm) | Kodiċi tal-qies | Dijametru (mm) |

    0 | 92-110 | 0 | 79-90 | 1-XXX | 78 u iktar |

    1 | 87-100 | 1 | 72-83 | 1-XX | 67-78 |

    2 | 84-96 | 2 | 68-78 | 1-X | 63-74 |

    3 | 81-92 | 3 | 63-72 | 2 | 58-69 |

    4 | 77-88 | 4 | 58-67 | 3 | 54-64 |

    5 | 73-84 | 5 | 53-62 | 4 | 50-60 |

    6 | 70-80 | 6 | 48-57 | 5 | 46-56 |

    7 | 67-76 | 7 | 45-52 | 6 | 43-52 |

    8 | 64-73 | | | 7 | 41-48 |

    9 | 62-70 | | | 8 | 39-46 |

    10 | 60-68 | | | 9 | 37-44 |

    11 | 58-66 | | | 10 | 35-42 |

    12 | 56-63 | | | | |

    13 | 53-60 | | | | |

    | Kodiì tal-Qies | Id-differenza massima bejn il-frott fl-istess pakkett mm |

    Lumi | 0-7 | 7 |

    Mandolin | 1-4 | 9 |

    5-6 | 8 |

    7-10 | 7 |

    Larinġ | 0-2 | 11 |

    3-6 | 9 |

    7-13 | 7 |

    (ii) Għall-frott mhux irranġat f’saffi regolari fil-pakketti u għall-frott f’pakketti individwali għal bejgħ dirett lill-konsumatur magħmul minn numru ta’frott, id-differenza bejn l-iżgħar u l-ikbar frotta fl-istess pakkett ma tridx taqbeż il-gammatal-grad xieraq tal-qies fl-iskala tal-qies.

    (iii) Għall-frott f’kannestri bil-grossa u l-frott ippakjat individwalment għall-bejgħ dirett lill-konsumatur magħmul bil-piż, id-differenza massima fil-qies bejn l-iżgħar u l-ikbar frotta fl-istess grupp jew pakkett ma jridx jaqbeż il-gamma miksuba billi jagħqqdu tlett qisien konsekuttivi fl-iskala tal-qies.

    IV. DISPOSIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IT-TOLLERANZA

    It-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u l-qies għandu jkun permess f’kull pakkett għall-prodotti illi ma jissodisfawx il-ħteġijiet tal-klassi indikata.

    A. Kwalità ta’tolleranza

    (i) Il-Klassi "Extra"

    5 % bin-numru jew il-piż tal-frott taċ-ċitru illi ma jissodisfax ir-rekwizżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jidħlu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.

    (ii) Klassi I

    10 % bin-numru jew il-piż tal-frott taċ-ċitru li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi, iżda li jiltaqgħu ma’dawk ta’Klassi II jew, eċċezzjonalment, ġejjin fit-tolleranzai ta’dik il-klassi.

    (iii) Klassi II

    10 % bin-numru jew il-piż tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfa il-ħteġijiet tal-klassi lanqas il-ħteġijiet minimi, bl-eċċezzjoni tal-prodotti effettzjoni minn taħsir jew deterjorament li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum. F’din it-tolleranza, il-massimu ta’5 % huwa permess għall-frott li juri ftit ħsara superfiċjali li ma tfieqx, jew li jkollu qtugħ xott u frott imkemmex u midbiel.

    B. It-tolleranzi fil-qies

    Għall-klassijiet u t-tipi tal-preżentazzjoni kollha: 10 % bin-numru jew bil-piż tal-frott taċ-ċitru korrispondenti mal-qies immedjatament taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta’tlett qisien) msemmija fuq il-pakketti huwa permess.

    F’kull każ, it-tolleranza ta’10 % tapplika biss għal frott mhux iżgħar mill-minima segwenti:

    Lumi: | 43 mm |

    Mandolin (il-klementini esklużi): | 43 mm |

    Klementini: | 34 mm |

    Larinġ: | 50 mm |

    V. DISPOSIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-PREŻENTAZZJONI

    A. Uniformità

    Il-kontenuti ta’ kull pakkett irid ikun l-istess u jkollu fih frott taċ-ċitru biss ta’ l-istess tip, varjazzjoni jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u stmati ta’ l-istess grad ta’ maturità tal-frott u żvilupp.

    BarBarra minn hekk, għall-Klassi "Extra", l-istess kulur hu meħtieġ.

    Il-parti tal-pakkett li tkun tidher trid tkun rappreżentanti tal-kontenuti.

    B. Ippakkeġjar

    Il-frott taċ-ċitru irid ikun ippakkjat b’mod li jħares sewwa il-prodott.

    Il-materjali wżati ġol-pakkett iridu jkunu ġodda, nodfa u ta’ kwalità sabiex jkun evitat li tkun ikkawżata kull ħsara esterna u interna lill-prodotto. L-użu ta’materjali, partikolarment ta’ karta jew timbri li jkollhom speċifikazzjonijiet ta’bejgħ hu permess jekk kemm-il darba it-timbru jew it-tikketi jkunu magħmulin b’inka jew kolla li ma jkunux tossiċi.

    Il-frott hu mkebbeb, irqiq, niexef, ġdid jew mingħajr rieħa [2] karta trid tkun użata.

    L-użu ta’sostanzi li għandhom tendenza li jirranġaw karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma ujew ir-rieħa tiegħu [3], huwa projbit.

    Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn fatturi barranin. Għalaqstant, il-preżentazzjoni ta’ fergħa ċkejkna (mhux ta’ l-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.

    Ċ. Preżentazzjoni

    Il-frott taċ-ċitru jista’ jiġi preżentat:

    (a) irranġat f’saffi regolari f’pakketti;

    (b) mhux irranġat f’saffi regolari f’pakketti jew fi bramel kbar. Din il-preżentazzjoni hi permessa biss għall-klassijiet I u II;

    (ċ) f’pakketti individwali ta’ piż ta’ mhux iktar minn 5 kg għal bejgħ dirett lill-konsumatur

    - magħmula minn numru ta’frottiet, jew

    - magħmula minn piż nett tal-pakkett.

    VI. DISPOSIZZJONIJIET TA’ IMMARKAR

    Kull pakkett irid ikollu l-partikolari segwenti, f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġġibbli u immarkati b’ mod li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

    A. Identifikazzjoni

    MinMin ikun ippakkjah jew iddispaċċjah. l-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi aċċettata jew maħruġa uffiċjalment. Għaldaqstant, fil-każ fejn il-marka tal-kodiċi hija wżata, ir-referenza "l-ippakjatur jew id-dispaċar (jew kliem imqassar ekwivalenti)" irid ikun indikat b’konnessjoni mill-qrib mal-marka tal-kodiċi.

    B. Natura tal-Prodott

    - L-isem ta’ l-ispeċi jekk il-prodott ma jkunx jidher minn barra, minbarra l-mandolin li għalih l-isem ta’ l-ispeċi jew il-varjazzjoni (fejn applikabbli) hija obbligazzjoni.

    - L-isem tat-tip, għal-larinġ,

    - L-isem tat-tip:

    - għal-lumi: l-indikazzjoni "Verdelli" u "Primfiore" skond il-każ,

    - għall-klementina: l-indikazzjoni "Klementina, mingħajr żerriegħa", "Klementina" (1 sa 10 żerriegħa), "Klementina biż-żerriegħa" (iktar minn 10 żerriegħa) skond il-każ.

    Ċ. Natura tal-prodott

    - Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, mhux bil-fors, distrett fejn imkabbar, jew nazzjonali, reġġjonali jew l-isem tal-post lokali.

    D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

    - Il-klassi.

    - Il-kodiċi tal-qies għall-frott preżentat skond l-iskala tal-qies jew l-ogħola u l-inqas limitu tal-kodiċi tal-qies fil-każ tat-tlett qisien konsekuttivi ta’ l-iskala tal-qies.

    - Il-kodiċi tal-qies ta’numru ta’frott, fil-każ ta’frott irranġat f’saffi fil-pakkett.

    - Fejn xieraq, għandu jissemma l-aġent ta’ l-ippreservar jew is-sustanzi kimiċi oħra wżati, fejn ċertu użu jkun kompatibbli mar-regolamenti tal-Komunità.

    E. Marka tal-kontroll uffiċjali (mhux bil-fors)

    [2] L-użu ta’ l-aġenti ta’ l-ippreservar jew kull sustanza kimika oħra li tista’ tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott hija permessa fejn ikun kompatibbli mar-regolamenti tal-pajjiż ta’ l-importazzjoni.

    [3] L-użu ta’ l-aġenti ta’ l-ippreservar jew kull sustanza kimika oħra li tista’ tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott hija permessa fejn ikun kompatibbli mar-regolamenti tal-pajjiż ta’ l-importazzjoni.

    --------------------------------------------------

    Top