Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1262

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001 tas-27 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 dwar xiri u bejgħ ta’ zokkor minn aģenziji ta’ intervent

    ĠU L 178, 30.6.2001, p. 48–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Imħassar b' 32006R0952

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1262/oj

    32001R1262



    Official Journal L 178 , 30/06/2001 P. 0048 - 0059


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001

    tas-27 ta’ Ġunju 2001

    li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 dwar xiri u bejgħ ta’ zokkor minn aģenziji ta’ intervent

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 7(5) u 9(3) tiegħu

    Billi:

    (1) L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jiddisponi għal aģenziji ta’ intervent biex jagħmlu xiri għall-ħażna ta’ ċertu zokkor.

    (2) It-twettiq ta’ miżuri ta’ intervent mill-Komunita jitlob li l-aģenziji ta’ intervent jieħdu z-zokkor f’post speċifikat. Għalhekk, zokkor li jkun miżmum f’maħżen approvat meta ssir l-offerta biss jista’ jittieħed. Is-sistema ta’ intervent hija limitata għal zokkor li ġej minn xitel tal-pitravi jew kannamieli maħsud fil-Komunità u l-garanzija tal-prezz u l-bejgħ hija limitata għal dawk il-produtturi li jkunu allokati kwota bażika.

    (3) L-esperjenza miksuba fis-settur taz-zokkor uriet l-importanza ta’ kompetizzjoni ħielsa għall-marketing ta’ zokkor. Kompetizzjoni ħielsa tista’ tkun inkoraģģita jekk negozjanti indipendenti jieħdu sehem fil-marketing taz-zokkor. Il-pożizzjoni ta’ dawn l-impriżi fis-settur taz-zokkor għandha għalhekk tiģi msaħħa Għal dak il-għan, għandhom jitħallew joffru zokkor tal-Komunità għall-intervent, biex hekk ikunu jistgħu iwettqu t-transazzjonijiet kummerċjali tagħhom f’kondizzjonijiet normali.

    (4) L-aģenziji ta’ intervent huma responsabbli għall-merkanzija mixtrija għall-ħażna. Għandhom għalhekk jieħdu l-passi kollha meħtieģa biex jiżguraw illi, meta zokkor ikun offrut għal intervent, ikun maħżun fil-kondizzjoniet meħtieģa biex iz-zokkor jibqa’ f’kondizzjoni tajba. Biex jiġi żgurat li l-arranģamenti għall-intervent jaħdmu sew, għalhekk, irid ikun possibbli għall-bejjiegħa li jikkonkludu kuntratti ta’ ħażna ma’ aģenziji ta’ intervent.

    (5) Dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-irtirar ta’ approvazzjoni ta’ mħażen, iridu jitqiesu il-ħtiģijiet biex iz-zokkor jinżamm f’kondizzjoni tajba u biex ikun faċilment aċċessibbli biex jitneħħa, waqt li l-lokazzjoni ģeografika, il-kapaċit biex jitneħħa mill-ħażna, u fejn xieraq it-tqegħid fl-ixkejjer, ikunu garantiti mill-applikanti dwar iz-zokkor offrut lilhom.

    (6) Sabiex tingħata jew titneħħa approvazzjoni f’sistema ta’ interventi estiża għal negozjanti speċjalizzati taz-zokkor, iridu jiģu preskritti kriterji oģģettivi biex tkun valutata dik l-attivit, partikolarment biex jiddefinixxu x’jikkostitwixxi parteċipazzjoni sinifikanti fis-suq taz-zokkor. L-Istati Membri għandhom jitħallew jimponu ħtiģijiet oħra jekk hemm bżonn u li jirtiraw l-approvazzjoni jekk dawk il-ħtiģijiet ma jitħarsux. Il-Kummissjoni trid tiģi notifikata kull darba li approvazzjoni tingħata, tiģģedded jew tiģi rtirata.

    (7) Ir-Regolament tal-Kunsill(Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jippreskrivi l-livelli massimi aċċettabbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva fl-ikel u l-għalf wara inċident nukleari jew f’kull sitwazzjoni oħra ta’ emerģenza radjoloģika [2], kif emendat bir-Regolament (Euratom) Nru 2218/89 [3], jippreskrivi il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ emerģenza radjoloģika sabiex jiġu determinati l-livelli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva li l-ikel u l-għalf jista’ jkun fihom jekk jitqiegħdu għall-bejgħ. Għalhekk, prodotti agrikoli li jaqbżu dawn il-livelli ta’ kontaminazzjoni ma jistgħux jinxtraw għal ħażna.

    (8) Zokkor b’karatteristiċi li jagħmluha diffiċli biex wieħed ikun jista’ jiddisponi minnu aktar tard u li x’aktarx jiħżien fil-ħażna m’għandux ikun aċċettat għall-intervent.

    (9) Biex tkun faċilitata l-amministrazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ l-intervent, iz-zokkor irid ikun offrut f’lottijiet. Lott wieħed, partikolarment il-kwantità tiegħu, għandu għalhekk ikun definit.

    (10) L-aģenzija ta’ intervent irid ikollha f’idejha l-fatti kollha meħtieģa biex tiddetermina jekk l-offerta tissodisfax il-ħtiģijiet kollha. Għal dak il-għan, il-parti li tagħmel l-offerta għandha tagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieģa.

    (11) L-aģenzija ta’ intervent għandha d-dritt tagħmel l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta suģģetta għal konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ħażna mall-bejjiegħ, jekk tħoss li dan hu meħtieģ. Fl-interess ta’ l-uniformit, it-termini ewlenin li kuntratti bħal dawn irid ikun fihom, partikolarment il-perjodu tal-validit tagħhom, għandhom ikunu preskritti.

    (12) Silos u mħażen approvati għandu jkollhom l-aqwa kondizzjonijiet għall-ħażna taz-zokkor. Hu ģeneralment aċċettat li f’kondizzjonijiet tajba iz-zokkor jista’ jinħażen għal madwar 12-il xahar bla riskju li jiħżien. Meta kuntratt ta’ ħażna jiģi konkluż mall-bejjiegħ, ikun għalhekk ģustifikat li dan ta’ l-aħħar jibqa’ responsabbli għall-kwalit taz-zokkor konċernat għal perjodu li normalment ma jeċċedix 12-il xahar, irrispettivament minn meta l-pussess jgħaddi minn id għall-oħra.

    (13) L-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jiddisponi li r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li għandhom ikunu adottati iridu jinkludu skali ta’ żidiet u tnaqqis tal-prezzijiet li għandhom jiģu applikati għall-prezzijiet ta’ intervent li jqisu l-kwalit taz-zokkor offrut. Biex dawn l-iskali jkunu determinati, iz-zokkor irid jiģi klassifikat skond il-kwalit tiegħu. Din il-klassifikazzjoni u l-għoli u t-tnaqqis ta’ prezzijiet li jirriżultaw jistgħu jiģu determinati fuq il-bażi ta’ data oġġettivi ģeneralment użati fi transazzjonijiet kummerċjali.

    (14) Sabiex tkun evitata kull diskriminazzjoni fit-trattament tal-partijiet konċernati, u wara li jiġu kkunsidrati l-prattiċi amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet uniformi għall-ħlas u l-ģbir ta’ merkanzija, hemm jew m’hemmx kuntratt ta’ ħażna, partikolarment dwar limiti ta’ żmien li fihom iridu jitwettqu operazzjonijiet bħal dawn.

    (15) Jista’ jkun meħtieģ li z-zokkor offrut għall-intervent jitwassal fi xkejjer, skond id-destinazzjoni li jkun imiss. L-aģenzija ta’ intervent għandu għalhekk ikollha l-possibiltà li titlob ċerti forom ta’ imballaģģ ģeneralment użati fil-kummerċ, bil-kondizzjoni li tħallas għalihom b’rata fissa.

    (16) Meta aģenzija ta’ intervent titlob ċerti forom ta’ imballaģģ, ir-rata fissa li tħallas tirrelata għal xkejjer f’kondizzjoni perfetta. Għalhekk meta kuntratt ta’ ħażna jkun konkluż, ir-rata għall-ispejjeż ta’ l-imballaģģ għandha tkun fissata skond il-kondizzjoni ta’ l-ixkejjer.

    (17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KEE) Nru 1265/69 ta’ l-1 ta’ Lulju 1969 li jistabbilixxi metodi għad-determinazzjoni tal-kwalità applikabbli għaz-zokkor mixtri mill-aġenziji ta’ intervent [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1280/71 [5], hu limitat għall-aspetti tekniċi ta’ dawn il-metodi. Barra hekk, billi dawn il-metodi ma jistgħux jagħtu riżultati strettament eżatti, wieħed irid iħalli marġini għal xi żbalji. Barra dan, għandhom jiġu mdaħħla proċeduri xierqa ta’ arbitraġġ biex jiġu deċiżi kull tilwimiet li jinqalgħu meta jkunu mqabbla riżultati ta’ analiżi konfliġġenti.

    (18) L-intervent hu maħsub biex prodotti jkunu jistgħu jiġu irtirati temporanjament minn suq li ma jkunx bilanċjat bil-ħsieb li jerġgħu jiġu mibjugħa malli l-qagħda tas-suq titjieb. Għalhekk, il-prodotti offruti għall-intervent għandhom ikunu tajbin kemm għall-bniedem kif ukoll għall-annimali.

    (19) Iz-zokkor f’idejn l-aġenziji ta’ intervent irid jinbiegħ bla diskriminazzjoni bejn xerrejja tal-Komunit u bl-aħjar kondizzjonijiet ekonomiċi possibbli. Ġeneralment, dawn l-għanijiet jistgħu jinkisbu bl-użu tas-sistema ta’ l-għoti ta’ xogħolijiet bl-appalt. Sabiex jiġi evitat li l-bejgħ taz-zokkor isir f’mument meta s-suq ma jkunx sejjer tajjeb, is-sejħiet għal offerti għal xogħolijiet bl-appalt għandhom ikunu awtorizzati minn qabel. F’ċerti ċirkostanzi aħjar jintużaw proċeduri oħra mill-għoti ta’ xogħolijiet bl-appalt.

    (20) In vista tal-bidliet fir-regoli dwar l-interventi, għandhom jiġu preskritti regoli ġodda dettaljati għall-bejgħ taz-zokkor bl-għoti ta’ appalt mill-aġenziji ta’ intervent.

    (21) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-partijiet interessati kollha fil-Komunità, sejħiet għal xogħol bl-appalt magħmula minn aġenziji ta’ intervent iridu jaqblu ma’ regoli uniformi. F’dan ir-rigward, hemm bżonn li li jkun żgurat li z-zokkor jitqiegħed għall-użu maħsub għalih.

    (22) Xi regoli partikolari huma meħtieġa biex jitqiesu fatturi speċifiċi fis-settur taz-zokkor. B’mod partikolari, sabiex l-akbar numru possibbli ta’ dawk li jistgħu potenzjalment jagħmlu offerti ikunu jistgħu jieħdu sehem, tista’ tiġi ffissata kwantità minima li kull wieħed li jagħmel offerta jrid jixtri. Barra minn hekk, minħabba l-frekwenza ta’ tlugħ u nżul fil-prezzijiet u l-kwotazzjonijiet taz-zokkor, dawk li jagħmlu offerti biex jixtru m’għandhomx ikunu marbuta bl-offerti tagħhom jekk l-offerta tingħata wara d-data u l-ħin speċifikati minnhom.

    (23) Bil-għan li jkunu determinati l-ispejjeż tal-ħażna, b’mod partikolari, hu essenzjali li jkun speċifikat meta jsir it-trasferiment ta’ sid iz-zokkor.

    (24) Il-kriterji użati biex ikun determinat il-grad taz-zokkor abjad u kemm ipproduċa z-zokkor mhux raffinat għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikati meta z-zokkor jinxtara għall-ħażna mill-aġenziji ta’ intervent. Trattament ugwali tal-partijiet kolha interessati jista’ biss jiġi assigurat billi jiddaħħlu dispożizzjonijiet uniformi u mfissra bil-preċiż għall-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ, tad-denaturing premium jew tar-rifużjoni għall-esportazzjoni, skond il-każ, u bil-korrezzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni meta jinstab li z-zokkor ikun ta’ kwalit differenti minn dik indikata fis-sejħa għall-offerti.

    (25) Ir-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament jieħdu post dawk previsti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 258/72 tat-3 ta’ Frar 1972 li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-bejgħ ta’ zokkor b’offerti għall-appalt minn aġenziji ta’ intervent [6], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 260/96 [7] u bir-Regolament (KEE) Nru 2103/77 tat-23 ta’ Settembru 1977 li jippreskrivu regoli dettaljati dwar ix-xiri għall-ħażna minn aġenziji ta’ intervent ta’ zokkor maħdum mill-ixtieli tal-pitravi u l-kannamieli maħsuda fil-Komunità [8], kif l-aħħar emendati bir- Regolament (KE) Nru 260/96 li għalhekk għandu jitħassar.

    (26) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz--Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    It-TITOLU I XIRI GĦALL-ĦAŻNA

    Il-KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    1. L-agenzija ta’ intervent għandha tixtri z-zokkor biss jekk ikun offrut minn:

    (a) il-benefiċjarju ta’ kwota bażika;

    (b) negozjant speċjalizzat fil-qasam taz-zokkor li jkun approvat mill-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu ikun stabbilit.

    2. L-offerta trid issir bil-miktub mill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru produttur taz-zokkor li fuq it-territorju tiegħu jinsab iz-zokkor offrut fil-mument ta’ l-offerta.

    3. Zokkor tal-kwota biss li fil-mument ta’ l-offerta Jkun jinsab f’maħżen approvat jista jiġi meħud.

    L-approvazzjoni tingħata biss mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru involut.

    Il-KAPITOLU II ApprovazZjonijiet

    Artikolu 2

    1. Bla ħsara għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-approvazzjoni prevista fl-Artikolu 1(3) tista’ tingħata biss għall-silos u mħażen li jkunu:

    (a) iħarsu l-ħtiġijiet biex iz-zokkor jibqa’ fi stat tajjeb;

    (b) f’post li joffri possibiltajiet ta’ trasport neċessarji għat-tneħħija taz-zokkor;

    (ċ) f’post madwar ir-raffinerija taz-zokkor jew iż-żona li tipproduċi z-zokkor

    2. L-approvazzjoni ta’ silos u mħażen kif imsemmija fil-paragrafu 1 tingħata biss għal:

    (a) kwantità totali, fil-każ ta’ silos għall-ħażna bl-ingrossa mgħammra b’mezzi biex jimlew l-ixkejjer, li ma taqbiżx massimu ta’ 50 darba tal-kapaċità ta’ zokkor li jista’ kuljum jitqiegħed fi xkejjer, bl-użu ta’ xkejjer kif imsemmi fl-Artikolu 18(2), u t-tneħħija li l-applikant jintrabat li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-aġenzija ta’ intervent konċernata għat-tneħħija taz-zokkor;

    (b) kwantità totali, fil-każ ta’ mħażen għaz-zokkor fl-ixkejjer, li ma taqbiżx massimu ta’ 50 darba tal-kapaċità ta’ zokkor fl-ixkejjer li jista’ jitneħħa kuljum kif speċifikat fl-Artikolu 18(2) li l-applikant jintrabat li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-aġenzija ta’ intervent konċernata għat-tneħħija taz-zokkor;

    (ċ) kwantità totali, fil-każ ta’ silos u mħażen għall-ħażna bl-ingrossa ta’ zokkor mhux raffinat, li ma taqbiżx massimu ta’ 50 darba tal-kapaċità ta’ zokkor bl-ingrossa li jista’ jitneħħa kuljum li l-applikant jintrabat li jqiegħed għad d-dispożizzjoni ta’ l-aġenzija ta’ intervent konċernata bit-tneħħija taz-zokkor.

    3. Għandha tingħata approvazjoni fuq talba tal-parti kkonċernata għal xi silo jew maħżen illi, fl-opinjoni ta’ l-aġenzija ta’ l-intervent, ikun iħares il-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1. Madankollu, l-approvazzjoni tista’ tkun limitata għal silos jew imħażen li jkunu diġ intużaw għal ħażna taz-zokkor.

    L-approvazzjoni għandha tindika, b’mod partikolari, il-kwantità totali li għaliha tkun maħruġa, il-volum li jista’ jitneħħa kuljum, u, meta applikabbli, il-volum li jista’ jitqiegħed fi xkejjer kif imsemmi fil-paragrafu 2(a).

    4. L-approvazzjoni tiġi rtirata meta xi kondizzjonijiet preskritti f’paragrafi 1 jew 2 ma jibqgħux jiġu mħarsa.

    5. Approvazzjoni tingħata jew tiġi rtirata minn aġenzija ta’ intervent.

    Artikolu 3

    1. "Negozjant speċjalizzat taz-zokkor" fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1)(b) hu persuna:

    (a) li jinnegozja fil-bejgħ taz-zokkor bl-ingrossa bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tiegħu jew li jixtri, jew li jkun mistenni li se jixtri, minimu ta’ 10,000 tunnellati metriċi ta’ zokkor mill-Komunit kull sena tas-suq;

    (b) li mhux involut f’attività ta’ bejgħ taz-zokkor bl-imnut.

    2. Bla ħsara għall-paragrafi 3 sa 6, l-approvazzjoni prevista fl-Artikolu 1(1)(b), għandha tingħata mill-Istat Membru konċernat lill-applikanti kollha li jissodisfaw, jew li kapaċi jissodisfaw, il-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    3. Bla ħsara għall-paragrafu 5, approvazzjoni għandha tingħata għal sena tas-suq speċifika.

    Għandha tiġi mġedda għas-sena tas-suq ta’ wara jekk l-applikant ikun jista’ jibqa’ jiġi kkunsidrat bħala negozjant speċjalizzat għal dik is-sena.

    4. L-Istat Membru jista’ jimponi kondizzjonijiet oħra għall-għoti ta’ l-approvazzjoni.

    Approvazzjoni tista’ tiġi rtirata jekk isir magħruf li l-persuna kkonċernata ma baqgħatx tħares, jew li m’għadhiex kapaċi tħares dawn il-ħtiġijiet addizzjonali.

    5. Approvazzjoni tiġi rtirata jekk jirriżulta li l-persuna kkonċernata ma baqgħetx jew ma baqgħetx kapaċi tħares xi kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1.

    Approvazzjoni tista’ tingħata, tiġġedded jew tiġi rtirata matul xi sena tas-suq iżda mhux b’effett retroattiv.

    6. Approvazzjoni li tkun mogħtija, imġedda jew irtirata skond dan l-Artikolu trid tkun notifikata bil-miktub lill-persuna konċernata wara li tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat.

    Il-KAPITOLU III Offerti

    Artikolu 4

    1. Iz-zokkor offrut għall-intervent għandu jħares il-ħtiġijiet li ġejjin:

    (a) irid ikun prodott taħt kwota fl-istess sena tas-suq li matulha tkun saret l-offerta.

    Madankollu,zokkor prodott matul is-sena tas-suq ta’ qabel dik ta’ l-offerta jista’ jiġi offrut:

    - sal-31 ta’ Awwissu ta’ wara, fl-Italja,

    - sat-30 ta’ Settembru ta’ wara, fir-reġjuni l-oħra Ewropej tal-Komunità;

    (b) irid ikun f’għamla ta’ kristalli

    2. Zokkor abjad offrut għall-intervent, minbarra li jrid jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandu jkun ta’ kwalità tajba u ġusta għas-suq, ma jeħilx, u b’umdit ta’ mhux aktar minn 0,06 %.

    3. Zokkor mhux raffinat għall-intervent, minbarra li jrid jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandu jkun ta’ kwalità tajba u ġusta għas-suq u li jkun jipproduċi mill-inqas 89 % bażat fuq il-kalkolu f’punt II ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001

    Barra minn hekk:

    (a) zokkor mhux raffinat tal-kannamieli għandu jkollu fattur ta’ sigurtà li ma jaqbiżx iż- 0,30;

    (b) zokkor mhux raffinat tax-xitel tal-pitravi għandu jkollu:

    - valur pH li mhux inqas minn 7,9 fil-mument ta’ li tiġi aċċettata l-offerta,

    - kontenut ta’ zokkor invertit li ma jaqbiżx iż-0,07 %,

    - temperatura li ma toħloqx riskju ta’ deterjorazzjoni,

    - fattur ta’ sigurtà li ma jaqbiżx iż-0,45 jekk il-grad ta’ polarizzazzjoni hu ta’, jew aktar minn 97, jew

    - kontenut ta’ umdità li ma’ jaqbiżx il-1,4 % jekk il-grad ta’ polarizzazzjoni hu anqas minn 97.

    Il-fattur ta’ sigurtà ikun determinat billi jiġi diviż il-perċentwal ta’ kontenut ta’ umdità taz-zokkor konċernat bid-differenza bejn 100 u l-grad ta’ polarizzazzjoni ta’ dan iz-zokkor.

    4. Iz-zokkor offrut għall-intervent jitqies li mhux ta’ kwalità tajba u ġusta għas-suq għal-għanijiet tal-paragrafi 2 u 3 jekk jaqbeż il-livelli massimi ta’ radjoattività skond ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87. Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjoattiva tal-prodott jiġi monitorjat biss jekk dan ikun meħtieġ mis-sitwazzjoni u għat-tul tal-perjodu meħtieġ. Meta jkun hemm bżonn, it-tul u l-għan ta’ kontrolli jkunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42,(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

    Artikolu 5

    Iz-zokkor biss li ma jkunx inxtara qabel għal intervent u li jkun tas-sid li qed jagħmel l-offerta jista’ jiġi offrut għal intervent.

    Artikolu 6

    Iz-zokkor kollu offrut għal intervent għandu jkun f’lottijiet.

    Skond dan ir-Regolament, "lott" ifisser 500 tunnellata ta’ zokkor ta’ l-istess kwalità u pakkjar u li jkun kollu kemm hu merfugħ fl-istess post ta’ ħażna. Madankollu, jekk kwantità akbar tkun offruta, l-eċċess fuq il-500 tunnellata jew multiplu ta’ din għandu wkoll ikun ikkunsidrat bħala lott.

    Artikolu 7

    1. Offerti lil xi aġenzija ta’ intervent għandhom jindikaw:

    (a) l-isem u l-indirizz ta’ min jagħmel l-offerta;

    (b) il-maħżen li fih iz-zokkor ikun jinsab fil-ħin ta’ l-offerta;

    (ċ) il-kapaċità ta’ kemm jista’ jitneħħa, u fejn applikabbli, ta’ kemm jista’ jitqiegħed fi xkejjer garantita għat-tneħħija taz-zokkor offrut;

    (d) il-kwantità netta taz-zokkor offrut;

    (e) in-natura u l-kwalità taz-zokkor offrut u s-sena tas-suq li matulha jkun ġie prodott;

    (f) it-tip ta’ pakkjar taz-zokkor.

    2. L-aġenzija ta’ intervent tista’ titlob aktar informazzjoni.

    3. L-offerti jrid ikun hemm magħhom stqarrija mill-partijiet li qed jagħmlu l-offerta li tiċċertifika li z-zokkor ikkonċernat ma kienx inxtara qabel għal intervent, li z-zokkor huwa tagħhom u li jkun jaqbel mal-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 4(1)(a).

    Artikolu 8

    1. L-offerti jibqgħu validi għal tliet ġimgħat mill-jum li jkunu ntbagħtu.

    Madankollu, jistgħu jiġu rtirati matul dan il-perjodu bi ftehim ma’ l-aġenzija ta’ intervent.

    2. L-aġenzija ta’ intervent għandha teżamina l-offerti. Trid taċċettahom mhux aktar tard mill-aħħar tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

    Madankollu, l-aġenzija ta’ intervent għandha tirrifjuta offerti jekk l-eżami juri li xi kondizzjonijiet ma ġewx imħarsa

    3. Kuntratti ta’ xiri għall-ħażna għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ zokkor li jkun ser jinxtara. Jekk meħtieġ, jistgħu anki jinkludu klawsola li tgħid li l-aġenzija ta’ intervent iżżomm id-dritt li titlob għal tip jew tipi ta’ pakkjar li hemm speċifikat fl-Artikolu 18(2) waqt il-ħin tat-tneħħija.

    4. Kuntratti ta’ xiri għall-ħażna jiġu terminati biss bil-kunsens reċiproku u qabel ma jitneħħa z-zokkor

    Il-KAPITOLU IV Kuntratti ta’ ħażna

    Artikolu 9

    1. 1.Bla ħsara għall-Artikolu 17(4), kuntratti ta’ ħażna li jridu jiġu konklużi qabel ix-xiri bejn il-partijiet li qed jagħmlu l-offerti u l-aġenzija ta’ intervent għandhom jiġu konklużi għal perjodu mhux definit.

    2. Kuntratti ta’ ħażna jibdew iseħħu mid-data tal-pagament proviżorju msemmi fl-Artikolu 16(1) u jiskadu fl-aħħar tal-perjodu ta’ għaxart ijiem li matulu it-tneħħija tal-kwantità ta’ zokkor konċernat tkun intemmet.

    3. Kuntratti ta’ ħażna għandhom, partikolarment:

    (a) jiddisponu għall-iskadenza tal-kuntratt skond il-kondizzjonijiet preskritti f’dan ir-Regolament wara li jkun ingħata avviż ta’ mill-inqas għaxart ijiem

    (b) jiddisponu illi meta l-aġenzija ta’ l-intervent jidhrilha li l-parti li qed tagħmel l-offerta ma ħarsitx l-impenn imsemmi fl-Artikolu 2(2), tista’ titlob li l-kuntratt jiġi mtawwal għal wara ż-żmien preskritt għat-tneħħija, f’liema każ il-paaragrafu 4 ma jkunx japplika;

    (ċ) jispeċifikaw l-ammont ta’ l-ispejjeż tal-ħażna li jitħallsu mill-aġenzija ta’ l-intervent,

    (d) jobbligaw lix-xerrej biex jgħabbi z-zokkor fuq mezz ta’ trasport indikat mill-aġenzija ta’ intervent u biex iħallas l-ispejjeż ta’ din it-tagħbija.

    4. L-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas l-ispejjeż għall-ħażna mill-ewwel jum tal-perjodu ta’ għaxart ijiem li fih isir il-ħlas proviżorju għaz-zokkor sakemm jiskadi l-kuntratt tal-ħażna.

    5. Dawn l-ispejjeż ta’ ħażna għaz-zokkor maħżun fis-silos jew fl-imħażen ta’ impriżi taz-zokkor ma jistgħux jaqbżu EUR 0,048 kull 100 kilogramm u għal kull perjodu ta’ għaxart ijiem.

    Madankollu, l-aġenzija ta’ intervent tista tgħolli dak l-ammont b’mhux aktar minn 35 % meta z-zokkor ikun maħżun f’silos jew imħażen mikrija minn min qed jagħmel l-offerta minbarra l-impriżi taz-zokkor u, f’ċirkostanzi speċjali, b’mhux aktar minn 50 %.

    6. "Perjodu ta’ għaxart" ijiem ifisser wieħed minn dawn il-perjodi f’xahar kalendarju: mill-1 sa l-10 tax-xahar, mill-11 sa l-20, jew mill-21 sa l-aħħar tax-xahar.

    Artikolu 10

    1. It-trasferiment tal-pussess taz-zokkor kopert b’kuntratt ta’ ħażna għandu jsir fl-istess ħin li jsir il-ħlas proviżorju għaz-zokkor konċernat.

    2. Sa ma jasal il-ħin tat-tneħħija, il-bejjiegħ jibqa’ risponsabbli għall-kwalit taz-zokkor imsemmi fil-paragrafu ċ1 u għall-ippakkjar taz-zokkor kif aċċettat mill-aġenzija ta’ intervent.

    Artikolu 11

    1. Jekk jinstab li xi kwantità taz-zokkor konċernat ma tkunx skond il-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 4, il-bejjiegħ għandu minnufih jissostitwixxi dik il-kwantità bl-istess kwantità ta’ zokkor tal-kwalità meħtieġa, li jkun maħżun jew fl-istess post jew f’xi post ieħor approvat għal skopijiet ta’ intervent.

    2. Meta z-zokkor konċernat ikun maħżun f’wieħed mit-tipi ta’ pakkjar speċifikati fl-Artikolu 18(2) u jinstab li li l-pakkjar ma baqax konformi ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet, l-aġenzija ta’ intervent għandha titlob lill-bejjiegħ jibdel l-ixkejjer b’ippakkjar skond l-istandard meħtieġ

    Il-KAPITOLU V Prezz tax-xiri għal ħażna

    Artikolu 12

    Iz-zokkor abjad hu maqsum f’erba’ gradi kif ġej:

    (a) Grad 1: zokkor ta’ kwalità superjuri għall-kwalità normali;

    (b) Grad 2: zokkor ta’ kwalità normali;

    (ċ) Gradi 3 u 4: zokkor inferjuri għall-kwalità normali.

    Artikolu 13

    1. Zokkor ta’ Grad 1 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

    (a) kwalità tajba u ġusta għas-suq, xott, fi kristalli żgħar u indaqs, li ma jeħlux;

    (b) kontenut massimu ta’ umdità: 0,06 %;

    (ċ) kontenut massimu ta’ zokkor invertit: 0,04 %;

    (d) barra minn hekk, il-karatteristiċi taz-zokkor tal-Grad 1 għandhom ikunu tali li n-numru tal-punti m’għandux ikun iżjed minn tmienja, jew:

    - sitta għall-kontenut ta’ l-irmied,

    - erba’ għat-tip ta’ kulur determinat skond il-metodu ta’ l-Istitut ta’ Brunswick dwar it-Teknoloġija Agrikola u l-Industrija taz-Zokkor, minn hawn ‘il quddiem imsemmi il-"Metodu Brunswick"

    - tlieta għall-kulur tal-likwidu determinat skond il-Kummissjoni Internazzjonali dwar Metodi Uniformi għall-Analiżi taz-Zokkor minn hawn ‘il quddiem imsemmija l-"metodu KIMUAZ"

    Punt wieħed jikkorrispondi għal:

    (a) 0,0018 % ta’ kontenut ta’ rmied determinat skond il-metodu KIMUAZ fi 28° Brix;

    (b) 0,5 ta’ unità ta’ tip ta’ kulur determinat skond il-Metodu Brunswick;

    (ċ) 7,5 unitàjiet ta’ kulur tal-likwidu determinat skond il-Metodu KIMUAZ.

    2. Iz-zokkor ta’ Grad 3 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

    (a) kwalità tajba u ġusta għas-suq, xott, fi kristalli żgħar u indaqs, u ma jeħlux;

    (b) polarizzazzjoni minima: 99,7° S;

    (ċ) kontenut massimu ta’umdità: 0,06 %:

    (d) kontenut massimu ta’ zokkor invertit: 0,04 %;

    (e) tip ta’ kulur: massimu Nru 6 determinat skond il-Metodu Brunswick.

    3. Iz-zokkor ta’ Grad 4 għandu jinkludi fih zokkor mhux inkluż fil-Gradi 1 sa 3.

    Artikolu 14

    Il-prezz ta’ intervent applikabbli għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad għandu jkun:

    (a) imnaqqas b’EUR 0,73 għal zokkor ta’ Grad 3;

    (b) imnaqqas b’EUR 1,31 għal zokkor ta’ Grad 4

    Artikolu 15

    1. Il-prezz ta’ intervent applikabbli għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor mhux raffinat għandu:

    (a) jiżdied meta l-prodott taz-zokkor jitla’ għal aktar minn 92 %

    (b) jitnaqqas meta l-prodott taz-zokkor jinżel għal inqas minn 92 %

    2. L-ammont ta’ żieda jew tnaqqis, espress f’euro għal kull 100 kilogramma, għandu jkun daqs id-differenza bejn il-prezz ta’ l-intervent għaz-zokkor mhux raffinat u l-istess prezz multiplikat b’koeffiċjent. Il-koeffiċjent jinkiseb billi l-prodott taz-zokkor konċernat jiġi diviż b’92 %.

    3. Il-prodott ta’ zokkor mhux raffinat għandu jinħadem skond il-punt 2 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

    Artikolu 16

    1. Bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, fi żmien tmien ġimgħat mid-data li fiha ssir offerta, l-aġenzija ta’ intervent għandha tagħmel ħlas proviżorju ta’ ammont stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni li jkun fl-offerta u tal-prezz tax-xiri għall-ħażna.

    L-ammont tal-ħlas proviżorju imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal zokkor mhux raffinat għandu jinħadem fuq il-bażi ta’ produzzjoni b’rata waħda ta’ 92 %.

    2. L-ammont proviżorju għandu jsir bil-kondizzjoni li l-bejjiegħ jippreżenta garanzija ta’ 5 % ta’ l-ammont involut bħala garanzija li l-informazzjoni fl-offerta tkun korretta.

    3. L-aġenzija ta’ intervent għandha tagħmel l-aħħar pagament tal-prezz tax-xiri għall-ħażna hekk kif il-piż ikun verifikat u r-riżultati finali ta’ l-analiżi tal-kampjuni msemmijin fl-Artikoplu 19 ikunu magħrufa. L-ispejeż kollha għall-ippakkjar għandhom jitħallsu malli tkun aċċertata l-kondizzjoni ta’ l-ixkejjer hekk kif jitneħħa z-zokkor.

    Kull diskrepanza bejn il-piż kif verifikat u r-riżultati finali ta’ l-analiżi tal-kampjuni, minn naħa waħda, u t-tagħrif korrispondenti fl-offerta, minn naħa l-oħra, għandha tiġi meqjusa meta jsir l-aħħar ħlas għax-xiri tal-ħażna, partikolarment skond l-Artikoli 14 u 15.

    4. Minbarra f’każ ta’ forza maġġuri, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi rilaxxjata biss jekk:

    (a) il-piż kif verifikat u r-riżultati finali ta’ l-analiżi tal-kampjuni ma jkunux jeħtieġu tnaqqis fil-prezz taz-zokkor mixtri għall-ħażna.

    (b) il-bejjiegħ iħallas lura kull ammont ta’ ħlas proviżorju msemmi fil-paragrafu 1 aktar minn dak xieraq li jitħallas, fi żmien tliet ġimgħat wara li jirċievi t-talba għall-ħlas lura.

    Il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata minnufih. Din tintilef jekk dan ir-Regolament ma jkunx ġie mħares.

    Il-KAPITOLU VI Tneħħija

    Artikolu 17

    1. Ħlief jekk jiġi miftiehem mod ieħor bejn l-aġenzija ta’ intervent u l-bejjiegħ, iz-zokkor għandu jibqa’ fis-silo jew maħżen li kien fih meta saret l-offerta sal-ħin li jitneħħa.

    2. It-tneħħija għandha ssir fil-preżenza tal-bejjiegħ jew tar-rappreżentant tiegħu

    3. Meta jitneħħa mis-silo jew maħżen, iz-zokkor mixtri għall-ħażna għandu jitgħabba mill-bejjiegħ fuq mezz ta’ trasport magħżul mill-aġenzija ta’ intervent.

    4. Bla ħsara għall-Artikolu 34, zokkor mixtri għall-ħażna għandu jitneħħa:

    (a) għall-offerti milqugħa bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Marzu ta’ wara, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ wara;

    (b) għall-offerti milqugħa bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Settembru ta’ wara, mhux aktar tard mill-aħħar tas-seba’ xahar wara dak li fih tkun intlaqgħet l-offerta.

    5. Madankollu, l-aġenzija ta’ intervent tista taqbel mal-bejjiegħ li t-tneħħija msemmija fil-paragrafu 4 issir wara l-limiti ta’ żmien imsemmijin f’dak il-paragrafu. F’każi bħal dawn, l-aġenzija ta’ intervent:

    (a) trid tikkonkludi kuntratt ta’ ħażna mal-bejjiegħ għall-perjodu miftiehem;

    (b) għandha, qabel l-aħħar tal-perjodu msemmi u għas-spejjeż tagħha, tordna lill-esperti msemmijin fl-Artikolu 19, biex jagħmlu l-analiżi tal-kampjuni imsemmijin hemmhekk u jaċċertaw il-piż taz-zokkor;

    (ċ) tagħmel l-aħħar pagament tal-prezz tax-xiri għall-ħażna skond l-Artikolu 16;

    d) tista’, fuq talba tal-bejjiegħ, tiftiehem li l-obbligu li tgħabbi z-zokkor mixtri jaqa’ mal-pagament ta’ l-ispejjeż relatati. Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu determinati fuq bażi tar-rati fis-seħħ fil-jum li l-perjodu massimu korrispondenti msemmi fil-paragrafu 4 jiskadi.

    Artikolu 18

    1. Bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, il-bejjiegħ irid jikkunsinna z-zokkor bl-ingrossa.

    2. L-aġenziji ta’ intervent jistgħu jitolbu li z-zokkor ikun ikkunsinnat fit-tip jew tipi ta’ pakkjar li ġejjin:

    (a) xkejjer ġodda tal-ġuta li jifilħu piż nett ta’ 50 kilogramma infurrati bil-politin ta’ ħxuna mhux inqas minn 0,04 mm u li l-piż tal-ġuta u l-politin flimkien ma jkunx inqas minn 450 gramma;

    (b) xkejjer ġodda tal-ġuta li jifilħu piż ta’ 50 kilogramma infurrati bil-politin ta’ ħxuna mhux inqas minn 0,05 mm u li l-piż tal-ġuta u l-politin flimkien ma jkunx inqas minn 420 gramma.

    Aġenziji ta’ intervent jistgħu jaċċettaw zokkor mibjugħ għall-intervent fi xkejjer ġodda tal-ġuta li jifilħu piż nett ta’ 50 kilogramma infurrati bil-politin u bil-piż tal-ġuta u l-politin flimkien ta’ 400 gramma. Biex taċċetta, l-aġenzija ta’ intervent tista’ tispeċifika ħxuna għall-inforra tal-politin u anki xi kwalit partikolari ta’ xkejjer tal-ġuta

    3. Meta aġenzija ta’ intervent titlob jew taċċetta wieħed jew aktar mit-tipi ta’ pakkjar previsti fil-paragrafu 2, għandha tħallas l-ispejjeż għal dan l-ippakkjar. Barra minn hekk,trid tinforma lill-bejjiegħ, fi żmien raġonevoli qabel it-tneħħija, bit-tip jew tipi ta’ pakkjar previsti fil-paragrafu 2 li hi titlob jew taċċetta.

    L-ammont b’rata waħda biex ikopri l-ispejjeż ta’ l-ippakkjar imsemmijin f’(a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 hu dak fiss ta’ EUR 1,70 kull mitt kilogramma ta’ zokkor.

    L-ammont b’rata waħda biex ikopri l-ispejjeż ta’ l-ippakkjar imsemmijin f’(a) u(b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 hu dak fiss ta’ EUR 1,57 kull mitt kilogramma ta’ zokkor.

    4. L-aġenzija ta’ intervent tista taċċetta l-kunsinnar taz-zokkor f’tip ta’ pakkjar għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 2. F’dak il-każ, l-aġenzija ta’ intervent m’għandhiex tħallas l-ispejjeż relatati u l-bejjiegħa jkunu mitluba jikkunsinnaw iz-zokkor bl-ingrossa bl-ispejjeż għalihom waqt it-tneħħija sakemm ma jkunx intlaħaq xi ftehim dwar l-ippakkjar bejn il-bejjiegħ u l-parti l-oħra li wara tkun se tixtri mill-aġenzija ta’ intervent.

    Artikolu 19

    1. Fil-ħin tat-tneħħija, għandhom jittieħdu erba’ kampjuni għall-analiżi minn esperti approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru involut, jew minn esperti li dwarhom ikun hemm ftehim bejn l-aġenzija ta’ intervent u l-bejjiegħ. Għandu jkun hemm kampjun wieħed għal kull parti kontraenti. Iż-żewġ kampjuni l-oħra jinżammu mill-espert jew f’laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti.

    Kull kampjun għandu jiġi analiżżat darbtejn u r-riżultat medju għandu jittieħed bħala r-riżultat ta’ l-analiżi tal-kampjun konċernat.

    2. Jekk tinqala’ xi tilwima bejn il-partijiet kontraenti dwar il-grad taz-zokkor mixtri, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    (a) Meta d-differenza bejn ir-riæultati ta' l-analiæijiet magħmula mix-xerrej u mill-bejjiegħ hija:

    - għal zokkor ta’ Grad 1, mhux aktar minn punt 1 għal kull karatteristika imsemmija fl-Artikolu 13(1)(d), jew

    - għal zokkor ta’ Grad 2, mhux aktar minn żewġ punti għal kull karatteristika li tiddefinixxi dak il-grad li tkun determinata b’punti,

    il-medja aritmetika taż-żewġ riżultati għandha tkun konklużiva biex ikun stabbilit il-grad taz-zokkor konċernat.

    Madankollu, fuq talba ta’ xi wieħed mill-partijiet kontraenti, għandha ssir analiżi arbitrali mill-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. F’dan il-każ, il-medja aritmetika tar-riżultat ta’ l-analiżi arbitrali u r-riżultati ta’ l-analiżi tal-bejjiegħ jew tax-xerrej, liema minnhom tkun l-aktar qrib ta’ l-analiżi arbitrali, għandha tiġi adottata.

    Din il-medja għandha tkun konklużiva biex jiġi stabbilit il-grad taz-zokkor konċernat. Jekk ir-riżultat ta’ l-analiżi arbitrali ikun x’imkien bejn ir-riżultati ta’ l-analiżi miftiehma bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, l-analiżi arbitrali biss għandha tkun konklużiva biex jiġi stabbilit il-grad taz-zokkor konċernat;

    (b) meta d-differenza li toħroġ tkun akbar minn dik fl-ewwel jew it-tieni inċiżi, skond il-każ, ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ (a) t’hawn fuq, għandha ssir analiżi arbitrali minn laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti. F’dak il-każ it-tieni subparagrafu ta’ (a) għandu japplika;

    (ċ) dwar tilwim fuq il-limitu ta’ fuq għat-tip ta’ kulur ta’ zokkor tal-Grad 3, fuq polarizzazzjoni, fuq kontenut ta’ umdità jew kontenut ta’ zokkor invertit, għandha tapplika l-istess proċedura bħal f’(a) u (b).

    Madankollu, id-differenzi li jissemmew f’(a) għandhom jiġu sostitwiti bi:

    - 1,0 ta’ unità ta’ tip ta’ kulur għaz-zokkor ta’ Grad 3,

    - 0,2° S għall-polarizzazzjoni,

    - 0,02 % għall-kontenut ta’ umdità,

    - 0,01 % għall-kontenut ta’ zokkor invertit.

    3. L-ispejjeż ta’ analiżi arbitrali:

    (a) taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2(a), għandhom jitħallsu mill-parti li titlob l-analiżi;

    (b) taħt il-paragrafu 2(b), għandhom jinqasmu ugwalment bejn l-aġenzija ta’ intervent u l-bejjiegħ.

    4. Jekk tinħoloq tilwima fuq dak li ġie prodott miz-zokkor mixtri għal ħażna wara l-applikazzjoni tal-paragrafu (1), għandha ssir analiżi arbitrali mill-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. F’dak il-każ, il-medja aritmetika tar-riżultat tal-laboratorju u r-riżultati ta’ l-analiżi tal-bejjiegħ jew dik tax-xerrej, għandha tkun adottata. Din il-medja għandha tkun konklużiva biex ikun stabbilit il-prodott taz-zokkor mhux raffinat ikkonċernat. Jekk ir-riżultat ta’ l-analiżi arbitrali ikun x-imkien bejn ir-riżultati ta’ l-analiżi miftiehma bejn il-bejjiegħ u x-xerrej, l-analiżi arbitrali biss għandha tkun konklużiva biex tiġi stabbilita l-produzzjoni taz-zokkor mhux raffinat ikkonċernat.

    L-ispejjeż ta’ analiżi arbitrali għandhom jitħallsu mill-parti kontraenti li tkun ikkontestat ir-riżultat ta’ l-analiżi mwettqa taħt il-paragrafu 1.

    Artikolu 20

    1. 1.Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17(5), fil-ħin tat-tneħħija l-esperti msemmijin fl-Artikolu 19 għandhom jivverifikaw il-piż taz-zokkor mibjugħ.

    Il-bejjiegħ għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex iħalli l-esperti jivverifikaw il-piż u jieħdu l-kampjuni.

    2. L-ispejjeż tal-verifika tal-piż għandhom jitħallsu mill-bejjiegħ.

    3. L-ispejjeż ta’ l-esperti li jagħmlu l-verifika tal-piż u t-teħid tal-kampjuni għandhom jitħallsu mill-aġenzija ta’ intervent.

    It-TITOLU II BEJGĦ

    Il-KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 21

    1. Aġenziji ta’ intervent jistgħu ibiegħu zokkor biss wara li deċiżjoni dwar dan tkun ittieħdet skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

    2. Il-bejgħ ta’ zokkor bil-kondizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandu jsir bi proċedura ta’ offerti għal xogħol bl-appalt jew b’xi proċedura oħra ta’ bejgħ.

    Il-bejgħ ta’ zokkor għall-għanijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandu jsir bi proċedura ta’ offerti għal xogħol bl-appalt

    3. L-għan tal-proċedura ta’ offerti għal xogħol bl-appalt hu li jiddetermina l-prezz tal-bejgħ, l-ammont ta’ denaturing premium jew l-ammont ta’ rifużjoni dwar l-esportazzjoni, skond il-każ. It-termini dwar il-proċedura għall-offerti għal xogħol bl-appalt, inkluż l-użu maħsub għaz-zokkor li jkun tneħħa, għandhom ikunu determinati meta tittieħed id-deċiżjoni biex tinħareġ offerta għal xogħol bl-appalt.

    4. It-termini dwar il-proċedura għall-offerti għal xogħol bl-appalt għandhom jiggarantixxu aċċess u trattament ugwali għall-partijiet kollha interessati irrespettivament minn fejn ikunu stabbiliti fil-Komunit.

    Il-KAPITOLU II Bejgħ permezz ta’ offerti għal xogħol bl-appalt

    Artikolu 22

    1. Is-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt għandha toħroġ mill-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata għall-kwantitajiet ta’ zokkor li jkollha

    2. L-aġenzija ta’ intervent għandha tħejji sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt, li tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-aġenzija ta’ intervent tista’ wkoll tippubblika sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt jew tirranġa biex tiġi pubblikata band’oħra.

    3. Il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha ssir mill-anqas għaxart ijiem qabel l-iskadenza taż-żmien stipulat għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

    4. Is-sejħa għandha tinkludi partikolarment:

    (a) l-isem u l-indirzz ta’ l-aġenzija ta’ intervent li qed tagħmel is-sejħa għall-offerti;

    (b) it-termini tal-proċedura dwar is-sejħa għall-offerti;

    (ċ) il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ l-offerti;

    (d) il-lottijiet ta’ zokkor mqiegħed għall-offerti, u għal kull lott:

    b’mod partikolari:

    - in-numru ta’ referenza,

    - ll-kwantità,

    - il-kwalità taz-zokkor involut,

    - il-metodu ta’ pakkjar,

    - il-lokazzjoni tal-maħżen li fih ikun maħżun iz-zokkor,

    - l-istadju li fih issir il-kunsinna,

    - kull faċilitajiet tal-maħżen għat-tagħbija fuq mezzi ta’ trasport minn ġo kanali, bil-baħar jew b’ferrovija.

    Is-sejħa għall-offerti tista’ tinkludi informazzjoni oħra.

    5. L-aġenzija ta’ intervent għandha tagħmel arranġamenti li jidhrilha li jkunu meħtieġa biex tippermetti lil xi partijiet interessati jitolbu biex jeżaminaw iz-zokkor mqiegħed għal bejgħ.

    Artikolu 23

    1. L-għoti ta’ xogħol bl-appalt għandu jkun ekwivalenti għal kuntratt ta’ bejgħ tal-kwantità taz-zokkor mogħtija bl-appalt. L-għoti ta’ xogħol bl-appalt, skond il-każ, għandu jsir fuq il-bażi tal-fatturi fis-sejħa għall-offerti li ġejjin:

    (a) il-prezz li għandu jitħallas minn min jirbaħ l-offerta;

    (b) l-ammont tad-denaturing premium;

    (ċ) l-ammont ta’ rifużjoni għall-esportazzjoni.

    2. Il-prezz li għandu jitħallas minn dak li jkun ħa’ l-offerta, għandu jkun:

    (a) il-prezz indikat fl-offerta, fil-każ tal-paragrafu 2(a);-

    (b) il-prezz indikat fit-termini tas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt, fil-każ tal-paragrafu 2(b) u (c)

    Artikolu 24

    1. Għall-għanijiet ta’ dan il-kapitolu, "użu maħsub" tfisser:

    (a) għalf ta’ l-annimali;

    (b) esportazzjoni;

    (ċ) għanijiet oħra, li jiġu determinati skond il-ħtieġa.

    2. Għall-għanijiet ta’ dan il-kapitolu "lott" tfisser kwantità ta’ zokkor ta’ l-istess kwalità, ippakkjat bl-istess mod u maħżun fl-istess post.

    Artikolu 25

    1. Għall-għanijiet ta’ proċedura għas-sejħa għall-offerti, it-termini li ġejjin għandhom jiġu determinati:

    (a) il-kwantità jew kwantitajiet totali mqiegħda għas-sejħa għall-offerti;

    (b) l-użu maħsub;

    (ċ) il-limitu ta’ żmien biex jintbagħtu l-offerti,

    (d) Il-prezz li għandu jitħallas minn dak li jkun ħa l-offerta jekk iz-zokkor ikun maħsub għall-għalf jew għall-esportazzjoni.

    2. Termini oħra jistgħu jiġu determinati, b’mod partikolari:

    (a) l-anqas prezz għaz-zokkor mqiegħed għall-bejgħ għal xi għan għajr għall-għalf ta’ l-annimali jew għall-esportazzjoni;

    (b) l-akbar ammont ta’ denaturing premium jew ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni, minn hawn ‘l hinn imsejħa "premium" u "rifużjoni" rispettivament;

    (ċ) l-inqas kwantità għal kull wieħed li jitfa’ offerta jew għal kull lott;

    (d) l-ikbar kwantità għal kull wieħed li jitfa’ offerta jew għal kull lott;

    (e) il-perjodu speċifiku tal-validità taċ-ċertifikat tad-denaturing premium jew tal-liċenzja ta’ esportazzjoni, minn hawn ‘l hinn imsejħa "ċertifikat" u "liċenzja" rispettivament.

    Artikolu 26

    1. Jekk is-sitwazzjoni tas-suq taz-zokkor fil-Komunità hekk teħtieġ, tista’ tinħareġ sejħa permanenti għal offerti għal xogħol bl-appalt.

    Matul il-perjodu tal-validità tas-sejħa permanenti għal xogħol bl-appalt, jistgħu jinħarġu sejħiet parzjali għal xogħol bl-appalt.,

    2. Is-sejħa permanenti għal xogħol bl-appalt għandha tiġi pubblikata biss għall-għan tal-ħruġ tagħha. Is-sejħa kif pubblikata tista’ tiġi emendata jew sostitwita matul il-perjodu tal-validità għas-sejħa permanenti għal xogħol bl-appalt. Għandha tiġi emendata jew sostitwita jekk it-termini ta’ proċedura tas-sejħa għall-offerti jinbidlu waqt il-perjodu tal-validità tagħha.

    Artikolu 27

    1. Dawk li jagħmlu l-offerti għandhom jgħaddu l-offerti tagħhom lill-aġenzija ta’ intervent kontra rċevuta jew jindirizzaw l-offerti lill-aġenzija ta’ intervent permezz ta’ ittra reġistrata, telex jew telegramma

    2. L-offerti għal xogħol bl-appalt għandhom jindikaw:

    (a) il-proċedura li għaliha tirrelata l-offerta għax-xogħol bl-appalt;

    (b) l-isem u l-indirizz ta’ min qed jagħmel l-offerta;

    (ċ) in-numru tal-lott;

    (d) l-kwantità li għaliha qed issir l-offerta;

    (e) għal kull 100 kilogramma, kif xierqa, espressi f’euro bi tliet punti deċimali:

    - il-prezz propost, esklużi spejjeż interni,

    - l-ammont tal-premium propost,

    - l-ammont tar-rifużjoni propost.

    L-aġenzija ta’ intervent tista’ titlob iżjed informazzjoni.

    3. Offerta dwar diversi lottijiet għandha titqies li fiha offerti daqs kemm hemm lottijiet.

    4. Offerti jkunu validi biss jekk::

    (a) tingħata prova qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien li fihom jistgħu jintefgħu l-offerti li tkun saret il-garanzija dwar l-offerta;

    (b) ikunu jinkludu dikjarazzjoni minn min qed jagħmel l-offerta li jintrabat, għal kull kwantità ta’ zokkor li jkun ħa bl-offerta għal premium jew għal rifużjoni:

    - li japplika għal ċertifikat u jitfa’ l-garanzija meħtieġa f’dak ir-rigward, meta l-proċedura dwar l-offerti għal xogħol bl-appalt tkun tirrelata għal zokor maħsub għall-għalf ta’ l-annimali,

    - li japplika għal liċenzja u jagħmel il-garanzija meħtieġa għal dak il-għan, meta l-proċedura dwar l-offerti għal xogħol bl-appalt tkun tirrelata għal zokkor maħsub għall-esportazzjoni.

    5. Offerta għal xogħol bl-appalt tista tindika li għandha tiġi meqjusa li ntefgħat jekk l-għotja:

    (a) tirrelata għall-kwantità kollha jew għal parti speċifikata minnha indikata fl-offerta;

    (b) issir mhux aktar tard minn data u ħin speċifikati mill-offerent.

    6. Offerti li ma jkunux mitfugħa skond dan l-Artikolu, jew li jkun fihom termini għajr dawk indikati fis-sejħa għall-offerti, ma jiġux ikkunsidrati.

    7. Darba offerta tkun intbagħtet ma tistax terġa’ tiġi irtirata.

    Artikolu 28

    1. 1Il-garanzija ta’ l-offerta għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad jew mhux raffinat għandha tkun:

    (a) EUR 0,73 għal użi maħsuba kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a) u (c);

    (b) EUR 1,46 għall-użu maħsub kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(b);

    2. Dawk li jagħmlu l-offerti jistgħu jagħmlu l-garanzija bil-flus jew f’għamla ta’ garanzija mogħtija minn istituzzjoni li tħares il-kriterji preskritti mill-Istat Membru li fih tkun intefgħat l-offerta.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-tip ta’ istituzzjoni li tkun ġiet awtorizzata biex tagħmel garanzija bħal din u bil-kriterji msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha imbagħad tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

    Artikolu 29

    1. L-offerti għandhom jiġu eżaminati f’sessjoni privata ta’ l-aġenzija ta’ intervent. Il-persuni li jkunu preżenti waqt l-eżami jintrabtu b’ġurament ta’ segretezza.

    2. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bla dewmien dwar l-offerti li jkunu ntbagħtu.

    Artikolu 30

    Meta t-termini ta’ proċedura ta’ l-offerti ma jispeċifikawx la prezz minimu u l-anqas l-ogħla ammont ta’ premium jew rifużjoni, dawn jiġu ffissati skond l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 wara li jkunu ġew eżaminati l-offerti, fid-dawl tal-kondizzjonijiet tas-suq u l-istabbilimenti potenzjali. Madankollu, tista tittieħed deċiżjoni biex l-offerta ma tingħatax

    Artikolu 31

    1. Ħlief jekk jiġi deċiż li x-xogħol bl-appalt ma jingħatax skond proċedura ta’ offerti jew xi proċedura parzjali ta’ offerti, u bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, ix-xogħol bl-appalt jingħata lil dawk li l-offerta tagħhom ma tkunx inqas mill-prezz minimu jew aktar mill-ogħla ammont ta’ premium jew ta’ rifużjoni.

    2. Għal kull lott wieħed, ix-xogħol bl-appalt jingħata lil dak li jkun offra jew l-ogħla prezz jew l-aktar ammont baxx ta’ premium jew ta’ rifużjoni

    Jekk il-lott ma jkunx kopert kollu kemm hu minn dik l-offerta, il-kwantità li tibqa’ tingħata lill-oħrajn li jkunu għamlu offerta skond l-ammont ta’ l-offerta tagħhom, billi wieħed jibda bl-ogħla prezz li jmiss jew bl-inqas ammont ta’ premium jew rifużjoni.

    3. Jekk diversi minn dawk li jagħmlu l-offerti joffru l-istess prezz jew l-istess ammont għal premium jew rifużjoni għal lott wieħed jew jew parti ta’ lott, l-aġenzija ta’ intervent għandha toffri l-kwantità konċernata:

    (a) jew proporzjonatament għall-kwantitajiet indikati fl-offerti involuti;

    (b) jew billi tqassam dik il-kwantità bi ftehim bejn dawk li għamlu l-offerti;

    (ċ) jew bix-xorti.

    Artikolu 32

    1. Jekk iz-zokkor ikun maħsub għal għalf ta’ l-annimali, l-għotjiet għandhom:

    (a) jagħtu d-dritt għal ħruġ ta’ċertifikat għall-kwantità li għaliha jingħata premium, li juri b’mod partikolari il-premium speċifikat fl-offerta;

    (b) joħolqu l-obbligu li wieħed japplika għal ċertifikat bħal dan għal dik il-kwantità lill-aġenzija ta’ intervent li tkun intbgħatitilha l-offerta

    Jekk iz-zokkor ikun maħsub għall-esportazzjoni, l-għotjiet għandhom

    (a) jagħtu d-dritt għall-ħruġ ta’ liċenzja għall-kwantità li għaliha tkun ingħatat ir-rifużjoni, li turi b’mod partikolari ir-rifużjoni u, fil-każ ta’ zokkor abjad, il-grad speċifikat fis-sejħa għall-offerti;

    (b) toħloq l-obbligu li wieħed japplika għal liċenzja bħal din għal dik il-kwantità u, fil-każ ta’ zokkor abjad, għal dak il-grad, lill-aġenzija ta’ intervent li tkun intbagħtitilha l-offerta.

    2. Id-drittijiet għandhom jitwettqu u l-obbligi jiġu mħarsa fi żmien 18-il jum wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien biex jintbagħtu l-offerti.

    3. Id-drittijiet u l-obbligi li jinħolqu mill-għotjiet ma jistgħux ikunu trasferiti.

    Artikolu 33

    1. L-aġenzija ta’ intervent trid tinforma immedjatament lil dawk kollha li jkunu bagħtu offerti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura dwar l-offerti. Għandha wkoll tibgħat dikjarazzjonijiet dwar l-għotjiet lil dawk li jkunu ħadu l-offerti.

    2. Dikjarazzjonijiet dwar l-għotjiet għandhom jindikaw mill-inqas:

    (a) il-proċedura li għaliha tirrelata l-offerta;

    (b) in-numru tal-lott u l-kwantità li ngħatat;

    (ċ) il-prezz, l-ammont ta’ premium jew l-ammont ta’ rifużjoni, skond il-każ, li jkun aċċettat għall-kwantità msemmija taħt (b).

    Artikolu 34

    1. Minbarra f’każ ta’ forza maġġuri, iz-zokkor mixtri irid jitneħħa mill-ħażna mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara d-data li fiha tkun waslet id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. Minflok li jneħħi z-zokkor mill-ħażna, dak li jkun ħa l-offerta jista’ jaqbel ma’ l-aġenzija ta’ intervent biex jikkonkludu kuntratt ta’ ħażna f’dak il-perjodu ma’ sid il-maħżen fejn hemm iz-zokkor ikkonċernat.

    Madankollu, meta jkun hemm diffikultajiet tekniċi dwar it-tneħħija taz-zokkor mill-ħażna, l-aġenzija ta’ intervent tista’ jekk meħtieġ tħalli perjodu itwal għat-tneħħija ta’ lottijiet partikolari mill-ħażna

    2. F’każ ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent għandha tiddetermina l-miżuri meħtieġa minħabba ċ-ċirkostanzi invokati minn dak li jkun ħa l-offerta.

    Artikolu 35

    1. Dak li jkun ħa l-offerta ma jistax ineħħi z-zokkor mixtri mill-ħażna jew jikkonkludi xi kuntratt taħt l-Artikolu 34(1) qabel ma toħroġ ordni għat-tneħħija tal-kwantità li tkun ingħatat bl-offerta.

    Madankollu, ordnijiet għat-tneħħija jistgħu jinħarġu għal xi partijiet ta’ dik il-kwantità.

    Ordnijiet ta’ tneħħija għandhom jinħarġu mill-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata fuq talba tal-parti interessata.

    2. L-aġenzija ta’ intervent m’għandhiex toħroġ ordni għat-tneħħija ħlief jekk tinġieb prova li min ħa l-offerta ikun jew għamel garanzija li tkopri l-ħlas tal-prezz taz-zokkor li jkun ħa bl-offerta fiż-żmien preskritt, jew ikun ippreżenta xi dokument negozjabbli.

    Il-garanzija jew id-dokument negozjabbli għandhom jikkorrispondu mal-prezz li għandu jitħallas minn dak li jkun ħa l-offerta għall-kwantità ta’ zokkor li għaliha tkun intalbet ordni ta’ tneħħija.

    Artikolu 36

    1. Il-prezz għaz-zokkor li jkun ingħata bl-offerta irid jitħallas fil-kont ta’ l-aġenzija ta’ intervent mhux aktar tard minn 30 jum wara l-ħruġ ta’ ordni ta’ tneħħija.

    2. Minbarra f’każi ta’ forza maġġuri, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 35(2) għandha tiġi rilaxxjata biss għall-kwantità li għaliha min ikun ħa l-offerta ikun ħallas il-prezz tax-xiri fil-kont ta’ l-aġenzija ta’ intervent fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata mill-ewwel.

    3. 3.F’każi ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent għandha tiddetermina l-miżuri neċessarji minħabba ċ-ċirkostanzi invokati minn dak li jkun ħa l-offerta.

    Artikolu 37

    1. Id-drittt tal-pussess taz-zokkor li jkun ingħata bi proċedura ta’ xogħol bl-appalt għandu jiġi trasferit meta z-zokkor jitneħħa mill-ħażna.

    2. Madankollu, l-aġenzija ta’ intervent u min ikun ħa l-offerta jistgħu jiftehmu biex id-dritt għall-pussess jiġi trasferit fi stadju ieħor. Meta l-aġenzija ta’ intervent u dak li jkun ħa l-offerta ikunu waslu fi ftehim skond l-Artikolu 34(1), ikunu jistgħu jiddeterminaw f’liema stadju t-trasferiment tal-pussess għandu jseħħ.

    Il-ftehim dwar it-trasferiment tal-pussess ikun validu biss jekk isir bil-miktub

    Artikolu 38

    1. L-Artikolu 19 għandu japplika għall-għan biex jiġi determinat il-grad jew il-prodott taz-zokkor ikkonċernat meta jitneħħa mill-ħażna.

    2. Madankollu, il-partijiet kontraenti jistgħu jilħqu ftehim, wara li l-offerta tkun ingħatat, li l-grad jew il-prodott determinat meta z-zokkor kien inxtara għall-ħażna mill-aġenzija ta’ intervent għandu japplika għaz-zokkor mibjugħ skond il-proċedura ta’ offerti għal xogħol bl-appalt.

    Artikolu 39

    1. Meta l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 19 tistabbilixxi li zokkor abjad hu ta’ grad aktar baxx minn dak indikat fis-sejħa għall-offerti, il-prezz ta’ dak iz-zokkor maħsub għall-użi msemmijin fl-Artikolu 24(1)(b) u (c) irid jiġi aġġustat billi jkun applikat l-Artikolu 14.

    2. Jekk jinstab illi zokkor abjad maħsub għall-esportazzjoni ikun ta’ grad mhux indikat fis-sejħa għall-offerti, il-grad li jkun jidher fil-liċenzja għandu jiġi rranġat.

    3. Meta l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 19 tistabbilixxi li l-prodott taz-zokkor mhux raffinat ma jkunx dak indikat fis-sejħa għall-offerti

    (a) il-prezz għal dak iz-zokkor għandu jkun aġġustat bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 15;

    (b) l-ammont tal-premium jew rifużjoni għandu jkun aġġustat billi jiġi moltiplikat b’koeffiċjent ugwali għall-prodott stabbilit diviż bil-prodott indikat fis-sejħa għall-offerti.

    L- Artikolu 40

    1. Għajr f’każ ta’ forza maġġuri, il-garanzija ta’ l-offerta tiġi rilaxxjata biss għall-kwantità li għaliha:

    (a) min ikun ħa l-offerta:

    - wara li jkun ħares il-ħtiġijiet, ikun applika għal xi ċertifikat jew għal xi liċenzja,

    - ikun għamel il-garanzija jew ipprovda d-dokument negozjabbli imsemmi fl-Artikolu 35(2),

    - ikun neħħa z-zokkor mill-ħażna fiż-żmien preskritt, jew pprovda s-sigurtà jew id-dokument negozjabbli li jidher fl-Artikolu 35, paragrafu 2,

    - ħa z-zokkor fiż-żmien stipulat, jew

    (b) ma saret ebda għotja

    2. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata immedjatament.

    3. F’każ ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent trid tiddetermina l-miżuri meħtieġa minħabba ċ-ċirkostanzi invokati minn min ikun ħa l-offerta.

    It-TITOLU III DISPOSIZZJONIJIET TA’ L-AĦĦAR

    Artikolu 41

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 258/72 u (KEE) Nru 2103/77 huma hawnhekk imħassra.

    Artikolu 42

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2001.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Ġunju 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 11.

    [3] ĠU L 227, tat-22.7.1989, p. 1.

    [4] ĠU L 163, ta’ l-4.7.1969, p. 1.

    [5] ĠU L 133, tad-19.6.1971, p. 34.

    [6] ĠU L 31, ta’ l-4.2.1972, p. 22.

    [7] ĠU L 34, tat-13.2.1996, p. 16.

    [8] ĠU L 246, tas-27.9.1977, p. 12.

    --------------------------------------------------

    Top