Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0913

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 913/2001 ta’ l-10 ta’ Mejju 2001 li jemenda l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

ĠU L 129, 11.5.2001, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/913/oj

32001R0913



Official Journal L 129 , 11/05/2001 P. 0008 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 913/2001

ta’ l-10 ta’ Mejju 2001

li jemenda l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 Lulju 92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Gvern Spanjol talab illi l-isem "Mahón", irreġistrat bħala isem ta' l-oriġini protett skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2703/2000 [4], jiġi emendat sabiex isir "Mahón-Menorca".

(2) Wara l-eżami ta' din it-talba, l-emenda ġiet meqjusa li mhix waħda minuri minħabba, ġaladarba hija emenda għall-isem irreġistrat innifsu, tista' taffettwa d-drittijiet tal-pussessuri ta' l-isem u jkollha wkoll impatt fuq id-drittijiet ta' produtturi terzi.

(3) Skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, u billi l-emenda mhix waħda minuri, il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 6 għandha tapplika mutatis mutandis.

(4) L-emenda hija meqjusa illi tħares ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament ma ntbagħtet lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni ta' l-isem fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [5].

(5) B'riżultat ta' dan, l-emenda ta' l-isem "Mahón" biex tinqara "Mahón-Menorca" għandha tiġi rreġistrata b'emenda approprjata fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96.

(6) Skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-emenda ta' l-isem "Mahón" biex tinqara "Mahón-Menorca" għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 huwa emendat kif ġej:

L-isem ta' l-oriġini protett "Mahón" jiġi mibdul bi "Mahón-Menorca".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 324, tal-21.12.2000, p. 26.

[3] ĠU L 148, tal-21.6.1996, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 25.

[5] ĠU C 214, tas-27.7.2000, p. 3.

--------------------------------------------------

Top