EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0381

Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 381/2001 tas-26 ta' Frar 2001 li joħloq mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida

ĠU L 57, 27.2.2001, p. 5–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1717

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/381/oj

32001R0381



Official Journal L 057 , 27/02/2001 P. 0005 - 0009


Ir-regolament tal-kunsill (KE) Nru 381/2001

tas-26 ta' Frar 2001

li joħloq mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Politiki tal-Komunità f'diversi reġjuni tad-dinja jkopru għajnuna għall-iżvilupp, għajnuna makro-finanzjarja, għajnuna għall-koperazzjoni ekonomika, reġjunali u teknika, għajnuna għar-rikostruzzjoni, għajnuna għar-refuġjati u persuni spjazzati u għajnuna għal operazzjonijiet li jappoġġaw l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali.

(2) L-għanijiet tal-programmi ta' għajnuna u koperazzjoni u/jew kondizzjonijiet għall-esekuzzjoni xierqa jistgħu jkunu mqiegħda fil-perikolu jew affettwati direttament minn, inter alia, l-itfaċċar ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi jew kunflitt, minn theddid imminenti jew li għaddej lid-dritt u l-ordni, lis-sigurtà u s-sikurezza ta' individwi.

(3) Fir-rapport li adotta fuq l-iżvilupp tal-kapaċità mhux militari tal-ġestjoni tal-kriżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fil-Helsinki fl-10 u l-11 ta' Diċembru 1999 enfasizzat partikolarment li mekkaniżmi ta' finanzjament rapidu bħal il-krejazzjoni mill-Kummissjoni ta' Fond għar-Reazzjoni Rapida għandu jiġi stabbilit biex jippermetti l-aċċelerazzjoni tal-proviżjoni ta' finanzjament biex jappoġġa attivitajiet ta' l-UE, biex jikkontribwixxi lill-operazzjonijiet immexxijin minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u biex jagħti fondi għall-attivitajiet ta' organizzazzjoni non-governattiva (NGO), kif xieraq.

(4) Għalhekk, hu importanti li proviżjoni tiġi magħmula għal mekkaniżmu li ser isaħħaħ politiki u programmi tal-Komunità u jagħmel possibbli għall-Komunità li tieħu azzjoni urġenti biex tgħin fl-istabbilixximent mill-ġdid jew biex tissalvagwardja kondizzjonijiet normali għall-esekuzzjoni tal-politiki meħudin, sabiex tipppreservi l-effettività tagħhom.

(5) Mekkaniżmu bħal dan għandu partikolarment, skond il-proċeduri aċċelerati tat-teħid tad-deċiżjonijiet, jiffaċilita l-mobilizazzjoni u l-iskjerament rapidu ta' ċerti riżorsi finanzjarji speċifiċi.

(6) Il-Kunsill u l-Kummissjoni huma responsabbli biex tkun assigurata l-koerenza ta' attivitajiet esteri mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tagħha, politika tas-sigurtà, ekonomiċi, soċjali u ta' l-iżvilupp. Fir-rapport imsemmi hawn fuq, il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll li sabiex tkun tista' tirrispondi aktar malajr u b'mod aktar effettiv għal sitwazzjoniet ta' kriżi emerġenti, l-Unjoni għandha bżonn issaħħaħ ir-reazzjoni u l-effiċjenza tar-riżorsi u għodda tagħha, kif ukoll is-sinerġija tagħhom.

(7) Attivitajiet koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ta' l-20 ta' Ġunju 1996 dwar l-għajnuna umanitarja [3], ("Regolament ta' l-ECHO") m'għandhomx jingħataw fondi taħt dan ir-Regolament.

(8) Hemm bżonn ta' trasparenza massima f'kull kwistjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-assistenza finanzjarja tal-Komunità kif ukoll il-kontroll xieraq ta' l-użu ta' approprjazzjonijiet.

(9) Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet ittieħdu in konsiderazzjoni f'dan ir-Regolament.

(10) It-Trattat ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, poteri barra dawk ta' l-Artikolu 308,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mekkaniżmu qed jinħoloq, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida", maħsub biex jippermetti lill-Komunità li tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli, għal sitwazzjonijiet ta' urġenza jew krizi jew għall-emerġenza ta' kriżi, taħt il-kondizzjonijiet iddefiniti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Il-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida jibni fuq l-istrumenti legali eżistenti kollha tal-Komunità li huma mniżżlin fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2. Azzjonijiet li taħt ċirkostanzi normali jaqgħu taħt ir-regolamenti u programmi kollha mniżżlin fl-Anness jistgħu jiġu meħudin fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jekk:

(a) l-azzjoni hi intiża li tkun immedjata u ma tistax tibda f'limitu ta' ħin raġjonevoli taħt l-istrumenti legali eżistenti, minħabba l-bżonn ta' azzjoni rapida;

(b) l-azzjoni hi limitata fil-ħin, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.

3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-attivitajiet koperti mir-Regolament ta' l-ECHO, u eliġibbli għall-għotja ta' fondi taħt dan, ma jistgħux jiġu mogħtija fondi taħt dan ir-Regolament.

F'ċirkostanzi ta' sigurtà jew ġestjoni ta' kriżi partikolari, il-Kummissjoni tista', madankollu, tiddeċiedi li intervenzjoni permezz tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida hi aktar xierqa jekk magħmula flimkien ma' azzjoni ta' l-ECHO, kif meħtieġ. F'każijiet bħal dan, kordinazzjoni mill-viċin għandha tiġi stabbilita sabiex tintlaħaq koerenza totali bl-aħjar mod.

4. Il-Kunsill jista', billi jaġġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jemenda l-Anness.

Artikolu 3

1. Il-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida jista' jiġi kkawżat jibda meta fil-pajjiżi benefiċarji nvoluti jiġru stiwazzjonijiet ta' kriżi jew kriżi emerġenti, siwazzjonijiet li jimponu thedida lid-dritt u l-ordni, lis-sigurtà u s-sikurezza ta' individwi, sitwazzjonijiet li jheddu li jikbru fi kunflitt armat jew li d-destabbilizzazzjoni tal-pajjiż u fejn dawn is-sitwazzjonijiet x'aktarx ipoġġu fil-periklu l-effetti posittivi tal-politika u programmi ta' assistenza u koperazzjoni, l-effettività tagħhom u/jew kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni xierqa tagħhom.

2. Azzjonijiet ta' natura mhux militari li jaqgħu fl-iskop taż-żoni kollha ta' intervenzjoni ta' strumenti legali mniżżlin fl-Anness jistgħu jiġu meħudin taħt il-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida biex jippreservaw jew jistabbilixxu mill-ġdid f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew kriżi emerġenti, il-kondizzjonijiet ta' stabilità essenzjali għall-implimentazzjoni xierqa u s-suċċess ta' dawn il-politiki u programmi ta' għajnuna, assistenza u koperazzjoni.

Artikolu 4

1. Azzjoni taħt il-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida għandha tkun deċiża mill-Komunità skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni skond il-prċeduri dwar il-budget u proċeduri oħra fis-seħħ, inclużi dawk stabbiliti fl-Artikoli 116 u 118 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli lil budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [4].

2. Fejn il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tieħu azzjoni taħt dan ir_Regolament, u qabel ma tieħu deċiżjoni, għandha tinforma l-Kunsill ta' dan minnufih. Fl-implimentazzjoni sussegwenti ta' l-azzjoni, il-Kummissjoni għandha dovutament tieħu in konsiderazzjoni l-approċċ adottat mill-Kunsill, fl-interessi tal-koeżjoni ta' l-attivitajiet esterni ta' l-UE.

Artikolu 5

1. Il-finanzjament mill-Komunità taħt dan ir-Regolament għandu jieħu l-forma ta' għotjiet.

2. L-intervenzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikunu eżenti minn taxxi, ħlasijiet, u dazji doganali.

Artikolu 6

1. Soċji fl-implementazzjoni eliġibbli taħt dan ir-Regolament jistgħu jinkludu awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew ta' pajjiżi benefiċjarji u l-aġenziji tagħhom, organizzazzjonijiet reġjunali jew internazzjonali u l-aġenziji tagħhom, NGOs u operaturi pubbliċi jew privati b'kompetenza u esperienza speċjalizzata xierqa.

2. Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi xi ftehim finanzjarju jew ftehim kwadru ma' aġenziji tal-gvern rilevanti, organizzazzjonijiet internazzjonali, NGOs u operaturi pubbliċi jew privati fuq il-bażi ta' l-abilità tagħhom li jwettqu intervenzjonijiet rapidi fil-ġestjoni tal-kriżi. F'sitwazzjonijet fejn kompetenza personali unika hi meħtieġa, jew fejn il-kredibbiltà ta' l-operazzjoni u l-kunfidenza tal-partijiet hi konnessa ma' persuna jew organizzazzjoni speċifika, il-Kummissjoni tista' tiffirma kuntratti ma' l-organizzazzjoniet jew operaturi individwali, anki jekk l-ebda ftehim kwadru ma ġie konluż qabel.

3. Wara li Deċiżjoni ta' finanzjament ġiet meħuda mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4 u malajr kemm jista' jkun, ftehim finanzjarju għandu jiġi konkluż ma' l-NGOs u operaturi pubbliċi u/jew privati li ġew magħżula għat-tmexxija ta' l-intervenzjoni, fuq il-bażi ta' xi ftehim kwadru rispettiv.

4. Organizzazzjonijiet non-governattivi eliġibbli għal xi ftehim finanzjarju bil-għan ta' l-implimentazzjoni ta' intervenzjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jilħqu l-kriterji li ġejjin:

(a) ikunu organizzazzjonijiet awtonomi li ma jagħmlux qligħ;

(b) ikollhom il-kwartieri ġenerali prinċipali tagħhom fi Stat Membru tal-Komunità jew f'pajjiż terz li jirċievi għajnuna mill-Komunità.

F'każijiet eċċezzjonali, il-kwartieri ġenerali tagħhom jistgħu jkunu jinsabu f'pajjiż terz ieħor.

5. Meta qed jiġi stabbilit jekk operatur privat jew NGO huwa adattat għall-għoti ta' fondi mill-Komunità, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu meħudin in konsiderazzjoni:

(a) il-kapaċitajiet ta' ġestjoni amministrattivi u finanzjarji tiegħu;

(b) il-kapacità teknika u loġistika tiegħu fir-rigward ta' l-urġenza ta' operazzjonijiet ippjanati;

(ċ) l-esperjenza tiegħu fil-qasam in kwistjoni;

(d) il-prontezza tiegħu li jieħu sehem, jekk meħtieġ, fi kwalunkwe sistema ta' kordinazzjoni speċifika li għandha tiġi stabbilita għat-tmexxija ta' l-intervenzjoni;

(e) ir-rekord u l-garanzija tiegħu ta' imparzjalità fl-implimentazzjoni tal-kompiti mogħtija lilu.

Artikolu 7

1. Kull kuntratt jew ftehim ta' finanzjament konkluż taħt dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri li jmexxu kontrolli fuq il-post skond ir-regoli fis-seħħ.

2. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqin mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Kommunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregularitajiet oħra [5]. Il-miżuri meħudin mill-Kummissjoni għandhom jipprovdu għal protezzjoni adatta ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995, fuq il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [6].

Artikolu 8

1. Kull sena l-awtorità dwar il-budget għandha tistabbilixxi limitu totali annwali għall-għoti ta' fondi ta' intervenzjonijiet previsti taħt dan ir-Regolament, fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

2. Il-perjodu ta' implimentazzjoni ta' kwalunkwe azzjoni taħt dan ir-Regolament għandu jkun għal perjodu limitat li ma jistax ikun aktar minn sitt xhur.

3. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba n-natura speċifika tal-kriżi in kwistjoni jew l-intensità tagħha, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi fuq azzjoni supplimentari. Din l-azzjoni supplimantari għandha tħares l-istess ħtiġijiet ta' l-ewwel azzjoni.

Artikolu 9

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill minnufih, wara d-deċiżjoni tagħha, ta' l-azzjonijiet u proġetti approvati, notevolment billi tindika l-ammonti nvoluti, in-natura tagħhom u s-soċji in kwistjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha żżomm il-Kunsill infurmat ta' l-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet u proġetti u, fejn meħtieġ, tas-segwiment tagħhom.

2. Fit-tmiem tal-perjodu ta' sitt xhur imsejjaħ fl-Artikolu 8(2) u mhux aktar tard mill-kompletar tagħhom, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima ta' l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament biex tistabbilixxi jekk l-għanijiet ġew milquha u jekk meħtieġ biex tadotta linji gwida għat-titjib ta' l-effettività ta' l-intervenzjoni fil-futur. Fejn meħtieġ, din l-istima għandha tkopri wkoll is-segwiment għall-azzjonijiet fil-kuntest ta' regolamenti u programmi eżistenti tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tinforma il-Kunsill bir-riżultati ta' din l-istima mingħajr dewmien.

Artikolu 10

1. Il-Kummissjoni għandha tassigura li azzjoni meħuda taħt il-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida hi kkordinata effetivament, inkluż kordinazzjoni fuq il-post, ma' l-azzjoni mill-Istati Membri, sabiex tiżdied il-koerenza, komplimentarità u effettività ta' l-intervenzjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiskambjaw bejnithom kull informazzjoni utli fuq l-azzjonijiet li huma jimplimentaw jew għandhom il-ħsieb li jimplimentaw.

2. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-kordinazzjoni u koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjunali. Għandha tassigura li l-azzjoni meħuda taħt il-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida hi kkordinata u konsistenti ma' dik ta' l-organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali u reġjunali.

3. Il-miżuri meħtieġa għandhom jiġu meħudin biex tingħata' visibiltà lill-kontribuzzjoni tal-Komunità.

Artikolu 11

Qabel il-31 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill għandu jirrevedi dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, u l-aktar tard sitt xhur minn qabel, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport ta' stima totali ta' l-implimentazzjoni tiegħu, flimkien ma' kwalunkwe proposta għall-futur tar-Regolament, fejn meħtieġ, u, jekk meħtieġ, kwalunkwe proposta għal emendi tiegħu.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 Frar 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Lindh

[1] ĠU Ċ 311 E, tal- 31.10.2000, p. 213

[2] Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Jannar 2001 (għadha ma ġietx ippubblikta fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 163, tat-2.7.1996, p. 1.

[4] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2673/1999 (ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 1).

[5] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.

[6] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Regolamenti/Deċiżjonijiet "Ġeografiċi"

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta’ Diċembru 1989 dwar l-għajnuna ekonomika lir-Repubblika ta’ l-Ungerija u lir-Repubblika Popolari Polakka [1].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-assistenza finanzjarja u teknika lil, u koperazzjoni ekonomika ma’, il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw fl-Asja u l-Amerika Latina [2].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1734/94 tal-11 ta’ Lulju 1994 fuq koperazzjoni finanzjarja u teknika max-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa tal-Gaza [3].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/96 tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar il-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma ta’ l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja [4].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 tad-29 ta’ Diċembru 1999 li jirrigwarda l-proviżjoni ta’ assistenza lill-Istati sħab fl-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali [5].

- Ir-Regolament (KE) Nru 1726/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar koperazzjoni ta’ l-iżvilupp ma’ l-Afrika t’Isfel [6].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 fuq l-assistenza għall-Albania, Bosnia u Herzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali ta’-Jugoslavja, u r-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja, li jħassar ir-regolament (KE) Nru 1628/96 u li tmemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3906/89 u (KEE) Nru 1360/90 u d-Deċiżjonijiet 97/256/KE u 1999/311/KE [7].

- Il-Ftehim ta’ Sħubija ACP iffirmat fil-Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (pendenti r-ratifika)

- Ir-Raba’ Konvenzjoni ACP-KEE [8]: (it-test tal-Ftehim, Protokoll Finanzjarju, Protokolli 1 sa 9 u Dikjarazzjonijiet)

Ir-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet "Settorali" (għajnuna mogħtija f’ikel, rikostruzzjoni, NGOs, eċċ.)

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27 ta’ Ġunju 1996 dwar il-politika ta’ l-għajnuna mogħtija f’ikel u l-ġestjoni ta’ l-għajnuna mogħtija f’ikel u operazzjonijiet speċjali li jappoġġaw is-siġurtà fl-ikel [9]

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2258/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 dwar l-operazzjonijiet ta’ rijabilitazzjoni u ta’ rikostruzzjoni fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw [10].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 443/97 tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar operazzjonijiet sabiex jgħinu lin-nies li kienu mġiegħla jitilqu f’pajjiżi Asjatiċi u Latino-Amerikani li għadhom qed jiżviluppaw [11].

- Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 1658/98 tas-17 ta’ Lulju 1998 dwar operazzjonijiet ta’ ko-finanzjament ma’ organizzazzjonijiet non-governattivi Ewropej (NGOs) f’oqsma ta’ interess għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw [12].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/98 tas-17 ta’ Lulju 1998 dwar koperazzjoni deċentralizzata [13].

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/25/Euratom ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998 li tadotta programm ta’ iżjed minn darbtejn fis-sena (1998 sa 2002) ta’ azzjonijiet fis-settur nukleari, fir-rigward tat-trasport mhux perikoluż ta’ materjali radjoattivi u tas-salvagwardji u l-koperazzjoni industrijali biex tippromovi ċerti aspetti tas-sigurtà ta’ installazzjonijiet nukleari fil-pajjiżi li bħalissa qedgħin jipparteċipaw fil-programm Tacis [14].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 tad-29 ta’ April 1999 li jistipula l-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp li jikkontribwixxu lill-għan ġenerali ta’ l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u lil dak tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali [15].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999 tad-29 ta’ April 1999 li jistipula l-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet tal-Komunità, barra dawk ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp, li, fil-qafas tal-politika ta’ koperazzjoni tal-Komunità, jikkontribwixxu lill-għan ġenerali ta’ l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u lil dak tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali f’pajjiżi terzi [16].

- Ir-Regolament tal_Kunsill (KE) Nru 1080/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 fuq appoġġ għall-Missjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-Bosnia u Herzegovina (OHR) [17].

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/474/KE tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar il-kontribuzzjoni tal-Komunità lil Fond Internazzjonali "Clearance of the Fairway of the Danube" [18].

- Ir-Regolament (KE) Nru 2493/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000 dwar miżuri biex jippromovu l-integrazzjoni sħiħa tad-dimensjoni ambjentali fil-proċess ta’ l-iżvilupp f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw [19].

[1] ĠU L 375, tat-23.12.1989. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 (ĠU L 306, tas-7.12.2000, p. 1

[2] ĠU L 52, tas-27.2.1992, p. 1.

[3] ĠU L 182, tas-16.7.1994, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2840/98 (ĠU L 354, tat-30.12.1998, p. 14).

[4] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2698/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 1).

[5] ĠU L 12, tat-18.1.2000, p. 1.

[6] ĠU L 198, ta’ l-4.8.2000, p. 1.

[7] ĠU L 306, tas-7.12.2000, p. 1.

[8] ĠU L 229, tas-17.8.1991, p. 3. Il-Konvenzjoni kif l-aħħar emendata mill-Ftehim iffirmat il-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (ĠU L 156, tad-29.5.1998, p. 3).

[9] ĠU L 166, tal-5.7.1996, p. 1.

[10] ĠU L 306, tat-28.11.1996, p. 1

[11] ĠU L 68, tat-8.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1880/2000 (ĠU L 227, tas-7.9.2000, p. 1).

[12] ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 1.

[13] ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 6.

[14] ĠU L 7, tat-13.1.1999, p. 31.

[15] ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 1.

[16] ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 8.

[17] ĠU L 122, ta’ l-24.5.2000, p. 27.

[18] ĠU L 187, tas-26.7.2000, p. 45.

[19] ĠU L 288, tal-15.11.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

Top