EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0213

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Jannar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' metodi għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u prodotti mill-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 2799/1999

ĠU L 37, 7.2.2001, p. 1–99 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/03/2008; Imħassar b' 32008R0273

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/213/oj

32001R0213

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Jannar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' metodi għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u prodotti mill-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 2799/1999

Official Journal L 037 , 07/02/2001 P. 0001 - 0099
CS.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338
ET.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338
HU.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338
LT.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338
LV.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338
MT.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338
PL.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338
SK.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338
SL.ES Chapter 3 Volume 31 P. 240 - 338


Ir-Regolament tal-Kunsill

tad-9 ta' Jannar 2001

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' metodi għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u prodotti mill-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 2799/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti mill-ħalib [1], u b'mod partikolari Artikoli 10 u 15 u Artikoli 26(3), 29(1) u 31(14) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1216/68 u (KEE) Nru 3942/92 u (KE) Nru 86/94, (KE) Nru 2721/95, (KE) Nru 1080/96, (KE) Nru 1081/96, (KE) Nru 1082/96, (KE) Nru 1854/96 (KE) Nru 880/98 u (KE) Nru 1459/98, li r-referenzi sħaħ tagħhom jingħataw f’Anness XXVI ta' dan ir-Regolament, jippreskrivu metodi ta' referenza u rutina għall-analiżi u stima ta' kwalità tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u jistabbilixxu l-iskop u r-regoli għall-applikazzjoni ta' dawn il-metodi. Fl-interess taċ-ċarezza u biex tipprovdi lil dawk li joperaw fis-settur bi grupp wieħed ta' metodi u regoli biex japplikawhom, ir-Regolamenti hawn fuq imsemmija għandhom jerġgħu jissawwru u jinġiebu flimkien ġo test wieħed. Għall-istess raġuni, r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' intervent fis-suq tal-butir u l-krema [2] u (KE) Nru 2799/1999 taż-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' l-għotja ta' għajnuna għall-ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat maħsub bħala għalf għall-annimali u l-bejgħ ta' dan it-tarb tal-ħalib xkumat [3] għandhom jiġu emendati sabiex l-annessi ta' dawn ir-Regolamenti li jirrigwardaw metodi ta' analizi jistgħu jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.

(2) Il-kompożizzjoni u r-rekwiżiti ta' kwalità għall-ħalib u prodotti tal-ħalib preskritti skond l-arranġamenti li għalihom hemm disposizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom jiġu verifikati biex tiżgura li jitħarsu sewwa.

(3) Il-metodi ta’ referenza għal verifiki bħal dawn huma spiss metodi ppublikati minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħal KES, IDF, OIS u AOAC International, li jiġu regolarment aġġornati minn dawn l-organizzazzjonijiet. F'ċerti każijiet metodu komunitarju ta' riferiment huwa preskritt, filwaqt li f'każijiet oħra ebda metodu ta' riferiment m'huwa speċifikat fir-regoli tal-Komunità. Sabiex tiżgura li l-metodi ta' riferiment huma applikati b'mod uniformi, lista ta' metodi ta' riferiment għandha ssir kull sena u dawk il-metodi inklużi fil-lista biss jistgħu jiġu applikati.

(4) L-użu ta' metodi ta' rutina m'għandux jitwarrab għal kollox. Il-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom għandhom għalhekk jiġu speċifikati.

(5) Metodi komuni għandhom ukoll jiġu stabbiliti biex tiżgura taħriġ uniformi fl-istima tar-riżultati ta' l-analiżijiet, fil-valutazzjoni sensorja tal-prodotti interessati u fl-eżami mill-ġdid tar-riżultati li dwarhom kien hemm nuqqas ta' qbil.

(6) Għal xi analiżijiet, m'hemmx bħalissa ebda metodi ta' riferiment aċċettati internazzjonalment li ġew validati u għalhekk m'hemm ebda tagħrif disponibbli dwar il-varjazzjoni bejn il-laboratorji ta' riżultati analitiċi. Metodi Komunitarji għandhom għalhekk ikunu preskritti, li jkunu ġew validati skond regoli stabbiliti internazzjonalment u huma applikati bħala metodi ta' riferiment.

(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 ta’ l-15 ta' Diċembru dwar il-bejgħ ta' butir bi prezzijiet mnaqqsa u l-għoti ta' għajnuna għall-krema, butir u butir ikkonċentrat għall-użu fil-manifattura ta' prodotti ta' l-għaġina, ġelat u prodotti oħra ta' l-ikel [4], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 635/2000 [5], fih disposizzjonijiet għall-intraċċar ta' krema, butir u butir ikkonċentrat f'ċerti ċirkustanzi biex tiżgura użu aħħari sewwa ta' dawn il-prodotti. Peress li l-intraċċar huwa importanti biex l-iskema titħaddem sewwa, u sabiex tiżgura li l-operaturi li jieħdu sehem fiha jirċievu trattament indaqs, metodi komuni għandhom jiġu stabbiliti biex jiġu determinati xi uħud minn dawn it-tracers.

(8) Skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 tal-11 ta' Novembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezzijiet mnaqqsa ta' butir ta' intervent maħsub għall-konsum dirett taħt sura ta' butir [6] ikkonċentrat, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 101/1999 [7], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 ta' l-20 ta' Frar 1990 dwar l-għoti b'sejħa ta' offerti ta' għajnuna għall-butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità [8], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 124/1999 [9], u r-Regolament (KE) Nru 2571/97, il-butir ikkonċentrat għandu jiżdiedulu t-tracers taħt sorveljanza. It-tħaris tar-rekwiżiti għall-intraċċar ta' butir ikkonċentrat għandu jiġi applikat sewwa biex tiżgura li l-prodotti ma jsirilhomx tibdil. Għandu għalhekk ikun preskritt metodu komuni ta' tkixxif ta' dawn it-tracers.

(9) Skond Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-għajnuna għal ħażna privata tista' tingħata għall-ġobnijiet magħmula mill-ħalib ta' ngħaġ. Rifużjoni speċjali għal dawn l-istess prodotti tista' tingħata skond Artikolu 31 ta' dan ir-Regolament. Il-ġobnijiet magħmula mill-ħalib tan-ngħaġ, ħalib tal-mogħoż, ħalib tal-gendus salvaġġ u taħlitiet ta' ħalib tan-ngħaġ, mogħoż u gendus salvaġġ jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità b'arranġamenti preferenzjali minn ċerti pajjiżi terzi. Minħabba d-disposizzjonijiet ta' hawn fuq, kontrolli xierqa jinħtieġu biex jiżguraw li ebda ħalib tal-baqra ma ġie miżjud fil-prodotti msemmija. Metodu ta' riferiment tal-Komunità għandu għalhekk iikun stabbilit għat-tkixxif tal-ħalib tal-baqra, mingħajr ħsara għall-użu ta' metodi ta' rutina, sakemm iħarsu ċerti kriterji.

(10) Skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2921/90 ta' l-10 ta' Ottubru 1990 dwar l-għoti ta' għajnuna għal-ħalib xkumat użat għall-produzzjoni tal-każeina u każeinati [10], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2654/1999 [11], l-assenza tal-koliformi għandha tinkixef. Il-metodu ta' riferiment aċċettat internazzjonalment għat-tkixxif tal-koliformi fil-ħalib u prodotti tal-ħalib huwa Standard Internazzjonali IDF 73 A: 1985. Iżda, dak l-istandard huwa applikabbli biss taħt sura modifikata għat-tkixxif tal-koliformi f'ċerta kwantità ta' prodott. Metodu ta' riferiment tal-Komunità għat-tkixxif tal-koliformi ġiet għalhekk stabbilità fuq il-bażi ta' l-istandard hawn fuq imsemmi.

(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [12], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 254/2000 [13], għandu disposizzjonijiet għal rati differenti ta' dazju għall-prodotti ta' l-ikel kompost li jaqgħu taħt it-titolu tat-tariffa Nru 2309, skond il-kontenut ta' prodott ta' ħalib. Biex tiżgura li r-regoli msemmija jiġu applikati b'mod uniformi, metodu magħruf b'mod ġenerali għall-analiżi ta' kontenut ta' lattożju għandu jkun preskritt għall-użu obbligatorju fl-Istati Membri kollha.

(12) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat maħsuba għall-intervent jew, fil-każ tat-trab tal-ħalib xkumat, għall-użu bħala għalf għall-annimali, għandhom iħarsu ċerti rekwiżiti ta' kwalità. Metodi ta' riferiment għandhom jiġu preskritti biex tivverifika li dawn ir-rekwiżiti jitħarsu.

(13) It-tħaddim ta' xi uħud mill-metodi mdaħħla għall-ewwel darba f'dan ir-Regolament ser jeħtieġ perjodu ta' adattament. L-applikazzjoni ta' dawn il-metodi għandha għalhekk tiġi differita.

(14) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib ma tax l-opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u qasam ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli għall-applikazzjoni ta' metodi ta' analiżi kimika, fiżika u mikrobijoloġika u ta' valutazzjoni sensorja tal-ħalib u prodotti tal-ħalib li jridu jintużaw skond l-arranġamenti li għalihom hemm disposizzjonijiet fl-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1255/1999. Jippreskrivi wkoll xi uħud minn dawn il-metodi.

Artikolu 2

Lista ta' metodi

1. Anness I ta' dan ir-Regolament fih lista ta' metodi ta' riferiment applikabbli għall-analiżijiet kif msemmi f’Artikolu 1.

2. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta' l-anqas darba f'sena bi qbil mal-proċedura preskritta f’Artikolu 42 tar-Regolament (KEE) Nru 1255/1999.

Artikolu 3

Metodi ta' rutina

Metodi ta' rutina jistgħu jintużaw għall-analiżijiet meħtieġa mir-regoli tal-Komunità sakemm ikunu kalibrati sewwa u kkontrollati regolarment mal-metodu ta' riferiment.

Il-proċedura deskritta f’Anness II tista' tiġi applikata għall-kontroll tar-riżultati miksuba b'metodi ta' rutina li huma qrib il-limiti speċifikati fir-Regolamenti msemmija.

F'każijiet ta' nuqqas ta' qbil, ir-riżultati miksuba bil-metodu ta' riferiment għandhom ikunu deċiżivi.

Artikolu 4

Konvalidazzjoni tal-metodi ta' riferiment

1. Il-metodi ta' riferiment għandhom jiġu konvalidati jekk iħarsu kriterji pre-determinati ta' preċiżjoni li jirrigwardaw il-limitu ta' ripetibbilità u riproduċibbilità.

2. Jekk xi metodu ta' riferiment preskritt fir-Regolamenti msemmija ma jkunx ġie konvalidat, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu proviżorju ta' riproduċibbilità.

Il-limitu għandu jinkiseb skond il-proċedura deskritta f’Anness III (b). Iżda, għall-ewwel tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jużaw proċedura ekwivalenti.

It-tharis tal-limitu għandu jiġi kkontrollat ta' l-inqas darba fis-sena.

3. Fejn ir-riżultati ta' applikazzjoni ta' metodi konvalidati ta' riferiment jew metodi b'ċifri proviżorji ta' preċizjoni juru li l-limitu nqabeż, ir-riżultati analitiċi jistgħu jiġu valutati billi jintuża l-metodu deskritt f’Anness IV biex titkejjel id-differenza kritika mill-limitu msemmi.

Artikolu 5

Kemm jistgħu jiġu aċċettati r-riżultati ta' l-analiżi

1. L-analiżijiet għandhom isiru fil-laboratorji li joperaw proċedura interna ta' kontroll ta' kwalità skond dik li hemm deskritta f’Anness V(a) jew xi proċedura ta' standard ekwivalenti.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura applikata għandha tkun disponibbli għall-konsultazzjoni fil-laboratorju.

2. Il-laboratorji għandhom jistabbilixxu l-preċizjoni interna tagħhom ma’ l-ewwel dawra tal-metodi kollha, billi jsegwu:

(a) il-proċedura deskritta f’Anness V(b), jew

(b) proċedura pubblikata u konvalidata b'ripetibbilità stabbilita.

It-tħaris tal-limitu ta' riproduċibbilità għandu jiġi kontrollat ta' l-inqas darba f'sena billi tintuża l-proċedura deskritta f’Anness III(a).

It-tieni subparagrafu m'għandux japplika għall-laboratorji li jkunu ħadu sehem f'iskema ta' ttestjar ta' profiċjenza matul is-sena.

3. Ir-rapporti tal-laboratorju tar-riżultati ta' l-analiżi għandu jkollhom biżżejjed informazzjoni biex issir stima tar-riżultati skond Anness IV u Anness VIII.

4. Ir-riżultati ta' l-analiżi għandhom jitqiesu bħala xierqa jekk jinkisbu skond il-kriterji ta' aċċettabilità deskritti fil-proċedura interna ta' kontroll tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 1 u l-preċiżjoni interna msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 6

Valutazzjoni sensorja

1. Għall-butir, il-proċeduri deskritti f’Anness VI għandhom jiġu applikati għall-kontroll tar-rendiment ta' l-assessuri u ta' kemm wieħed jista' jafda r-riżultati. Il-proċedura deskritta f’Anness VII għandha tiġi applikata bħala metodu ta' riferiment għall-valutazzjoni sensorja.

2. Għall-ħalib u prodotti tal-ħalib ħlief il-butir, il-metodu ta' riferiment li jrid jintuża mill-Istati Membri għall-valutazzjoni sensorja għandu jkun jew IDF standard 99C/1997 jew xi metodi oħra kompatibbli li huma għandhom javżaw bihom lill-Kummissjoni.

Il-proċeduri deskritti f’Anness VI jistgħu jiġu wzati għal kontroll tar-rendiment ta' l-assessuri u ta' kemm wieħed jista' jafda r-riżultati.

Artikolu 7

Kampjonatura u nuqqas ta' qbil dwar ir-riżultati ta' l-analiżijiet

1. Kampjuni duplikati għandhom jittieħdu għall-analiżijiet meħtieġa mir-regoli tal-Komunità.

2. Il-proċedura deskritta f’Anness VIII għandha tintuża f'każijiet fejn ir-riżultati ta' xi analiżi ma jiġux aċċettati mill-operatur:

KAPITOLU II

METODI TA' ANALIŻI

Artikolu 8

Kontenut ta' ilma/solidi-mhux grassi/grassi tal-butir

1. Il-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness IX għandu jintuża bħala l-metodu ta' riferiment biex jitkejjel il-kontenut ta' ilma fil-butir.

2. Il-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness IX għandu jintuża bħala l-metodu ta' riferiment biex jitkejjel il-kontenut ta' solidi-mhux-grassi fil-butir.

3. Il-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness IX għandu jintuża bħala l-metodu ta' riferiment biex jitkejjel il-kontenut ta' grass fil-butir.

Artikolu 9

Tracers

1. Il-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness XII għandu jintuża bħala l-metodu ta' riferiment biex titkejjel il-vanillina fil-butir ikkonċentrat, butir u krema.

2. Il-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness XIII għandu jintuża bħala l-metodu ta' riferiment biex jitkejjel il-kontenut ta' ethyl ester tal-beta-apo-8 ta' l-aċidu karoteniku fil-butir ikkonċentrat u l-butir.

3. Il-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness XIV għandu jintuża bħala l-metodu ta' riferiment biex jitkejjel il-kontenut ta' b-sitosterol jew stigmasterol fil-butir u butir ikkonċentrat.

4. Butir ikkonċentrat, butir u krema ikunu ġew ittraċċjati bi qbil mar-regoli rilevanti tal-Komunità jekk ir-riżultati miksuba huma skond dak li hemm speċifikat fil-paragrafu 8 ta' l-Annessi msemmija fil-paragrafi 1,2 u 3.

Artikolu 10

Tkixxif ta' każeina fil-ħalib tal-baqar

1. Il-metodu ta' riferiment ta' analiżi deskritt f’Anness XV għandu jintuża biex tiżgura li l-ġobon li għandu jkun magħmul esklużivament mill-ħalib tan-ngħaġ, ħalib tal-mogħoż jew ħalib tal-gniedes slavaġġ jew minn taħlita ta' ħalib tan-ngħaġ, mogħoż u gniedes ma jkunx fil-fatt fih każeina tal-ħalib tal-baqar.

Il-każeina tal-ħalib tal-baqar għandha titqies bħala preżenti jekk il-kontenut apparenti ta' każeina fil-ħalib tal-baqar tal-kampjun ta' analiżi huwa daqs jew ogħla mill-kontenut tal-kampjun ta' riferiment li jkollu fih 1 % ħalib tal-baqar kif deskritt f’Anness XV.

2. Metodi ta' rutina għat-tkixxif ta' każeina tal-ħalib tal-baqar fl-ġobnijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw sakemm:

(a) il-limitu ta' tkixxif huwa 0,5 % jew anqas,

(b) m'hemmx riżultati pożittivi foloz,

(ċ) il-każeina tal-ħalib tal-baqar tinħass bis-sensitività rikjesta ukoll wara perjodi twal ta' sajran, kif jista' jiġri matul il-kondizzjonijiet normali fil-kummerċ.

Jekk il-kondizzjoni meħtieġa li għaliha hemm disposizzjonijiet f'(b) ma titħarisx, kull kampjun li jagħti riżultat posittiv għandu jiġi analizzat bl-użu tal-metodu ta' riferiment.

Jekk il-kondizzjoni meħtieġa li għaliha hemm disposizzjonijiet f'(ċ) ma titħarisx għal xi wieħed mit-tipi ta' ġobon imsemmija fil-paragrafu 1, il-ġobon għandu jiġi analizzat bl-użu tal-metodu ta' riferiment.

Artikolu 11

Tkixxif tal-koliformi

1. Il-metodu ta' riferiment ta' analiżi deskritt f’Anness XVI għandu jintuża biex tinkixef il-presenza ta' koliformi fil-butir, trab tal-ħalib xkumat, każeina u każeinati.

2. Metodi ta' rutina għat-tkixxif ta' koliformi jistgħu jintużaw sakemm ir-riżultati miksuba jistgħu jitqabblu mar-riżultati miksuba bil-metodu ta' riferiment deskritt fl-Anness msemmi. Il-metodi ta' rutina għandhom b'mod partikolari jkollhom limitu ta' tkixxif xieraq. Ma jistax ikun hemm riżultati negattivi-foloz. Jekk ir-riżultati negattivi foloz ma jistgħux jiwarrbu għal kollox, kull riżultat pożittiv għandu jiġi kkonfermat bl-użu tal-metodu ta' riferiment.

Artikolu 12

Kontenut ta' lattożju

Il-metodu għall-kejl ta' kontenut ta' lattożju tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċi NM 2309 huwa deskritt f’Anness XVII.

Artikolu 13

Tkixxif tat-tames tax-xorrox

1. Il-metodu ta' tkixxif għat-tames tax-xorrox fit-trab tal-ħalib xkumat maħsub għal-ħażna pubblika huwa deskritt f’Anness XVIII.

2. Il-metodu ta' tkixxif għat-tames tax-xorrox fit-trab tal-ħalib xkumat maħsub għal-ħażna pubblika huwa deskritt f’Anness XVIII.

Artikolu 14

Tkixxif ta' xorrox

Il-metodu ta' tkixxif għax-xorrox fit-trab tal-ħalib xkumat huwa deskritt f’Anness XX.

Artikolu 15

Residwi antimikrobijotiċi

Il-metodu ta' tkixxif għar-residwi antibijotiċi u sulfonamidi/dapson fit-trab tal-ħalib xkumat huwa deskritt f’Anness XXI.

Artikolu 16

Kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat.

Il-metodu għall-kejl ta' kontenut ta' trab tal-ħalib xkumat fl-għalf kompost huwa deskritt f’Anness XXII.

Artikolu 17

Tkixxif tal-lamtu

Il-metodu ta' tkixxif għal tkixxif ta' lamtu fit-trab tal-ħalib xkumat, trab tal-ħalib snaturat u għalf kompost huwa deskritt f’Anness XXIII.

Artikolu 18

Kontenut ta' ilma fit-trab aċidu tax-xorrox

Il-metodu għall-kejl ta' kontenut ta' ilma fit-trab aċidu tax-xorrox maħsub għall-użu bħala għalf kompost huwa deskritt f’Anness XXIV.

Artikolu 19

Tkixxif ta' xaħmijiet barranin

Il-metodu ta' tkixxif tax-xaħmijiet barranin fix-xaħmijiet tal-ħalib huwa deskritt f’Anness XXV.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2771/1999

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 huwa emendat skond dan li ġej:

1. L-ewwel sentenza ta' Artikolu 4 (1) tiġi mibdula b'dan li ġej: "L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw il-kwalità ta' butir billi jużaw il-metodi deskritti f’Anness I u fuq il-bażi ta' kampjuni meħuda skond ir-regoli preskritti f’Anness IV."

2. F’Anness I, in-nota f'qiegħ il-paġna 2 hija mibdula b'dan li ġej: "Ara Anness I tar-Regolament (KE) Nru 213/2001".

3. Annessi II u III jitħassru.

4. Fis-sentenza ta' qabel ta' l-aħħar ta' Anness IV, 2, il-kliem "ma' Anness III" jinbidlu bil-kliem "ma' Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 213/2001".

Artikolu 21

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2799/1999

Ir-Regolament (KE) Nru 2799/1999 huwa emendat skond dan li ġej:

1. Artikolu 20 (1), (2), (3) u (4) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-kontenut ta' trab tal-ħalib xkumat ta' għalf mħallat u kompost għandu jiġi mkejjel bl-ittestjar ta' kull kampjun ta' l-inqas duplikat bl-użu tal-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness XXII tar-Regolament (KE) Nru 213/2001, supplimentat bil-kontrolli li għalihom hemm disposizzjonijiet f’Artikolu 17 (3) ta' dan ir-Regolament. Jekk jkun hemm diskrepanza bejn ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli, ir-riżultat ta' l-ispezzjoni fuq il-post għandha tkun konklużiva.

2. In-nuqqas ta' tames tax-xorrox għandu jiġi ppruvat bl-użu tal-metodu deskritt f’Anness XIX tar-Regolament (KE) Nru 213/2001.

3. Il-kontenut ta' lamtu ta' l-għalf kompost għandu jiġi determinat bil-kontrolli li għalihom hemm disposizzjonijiet f’Artikolu 17 (3) ta' dan ir-Regolament, li għandhom jiġu supplimentati bil-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness XXIII tar-Regolament (KE) Nru 213/2001.

4. Il-kontenut ta' ilma tat-trab aċidu tax-xorrox għandu jiġi determinat bl-użu tal-metodu ta' analiżi deskritt f’Anness XXIV tar-Regolament (KE) Nru 213/2001."

2. Annessi III, IV, V u VI jitħassru.

Artikolu 22

Tħassir

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1216/68, (KEE) Nru 3942/92, (KE) Nru 86/94, (KE) 2721/95, (KE) Nru 1854/96, (KE) Nru 1080/96, (KE) Nru 1081/96, (KE) Nru 1082/96, (KE) Nru 880/98 u (KE) Nru 1458/98 jiġu mħassra.

Ir-riferimenti għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferimenti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Iżda, l-metodi deskritti f’Annessi III, IV.4, V, VI u VIII għandhom japplikaw tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fis-sħiħ u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, id-9 ta' Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 333, ta' l-24.12.1999, p. 11.

[3] ĠU L 340, tal-31.12.1999, p. 3.

[4] ĠU L 350, ta' l-20.12.1997, p. 3.

[5] ĠU L 76, tal-25.3. 2000, p. 9.

[6] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9.

[7] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 14.

[8] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8.

[9] ĠU L 16, tal-21.1.1999, p. 19.

[10] ĠU L 279, tal-11.10.1990, p. 22.

[11] ĠU L 325, tas-17.12.1999, p. 10.

[12] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[13] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 16.

--------------------------------------------------

ANNESS I

(Artikolu 2)

LISTA TA' METODI TA' RIFERIMENT

Indiċi

Min. = minimu

Max. = massimu

Anness = Anness tar-Regolament ikkwotat

SMG = solidi mhux grassi

AGĦ = aċidi grassi ħielsa

VP = valur ta' perossidu

A = apparenza

T = Togħma

K = konsistenza

KTB = kont totali ta' batterji

Term = kont batterjali termofiliku

ST = Stat Membru

FIĦ = Federazzjoni Internazzjonali prodotti tal-Ħalib

OSI = Organizzazzjoni ta' Standards Internazzjonali

UIKPA = Unjoni Internazzjonali ta' Kimika Pura u Applikata

IPĦA = Istitut Prodotti tal-Ħalib Amerikan

ĦKĦ = ħalib ikkondensat ħelu

ĦKE = ħalib jew krema evaporati

SĦMG = soldi tal-ħalib mhux grassi.

Nota 1 : Iżolament tax-xaħam tal-ħalib kif deskritt fl-Istandard FIĦ 6B:1989 (protezzjoni mid-dawl).

Nota 2 : Ebda metodu ta' riferiment ma ġie stabbilit.

Nota 3 : Kampjun li jrid jitħejja skond l-Istandard FIĦ 122C:1996 jew l-Istandard 73A:1985.

Nota 4 : Inkubazzjoni għal 48 siegħa b'temperatura ta' 55 °C, wieħed għandu jieħu ħsieb li fejn titkabbar il-kultura ma jinxifx.

Nota 5 : % SMG = % solidi % xaham.

Nota 6 : Il-butir jrid jaqbel mal-klassi nazzjonali ta' kwalità ta' l-Istat Membru ta' produzzjoni msemmija fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999.

Nota 7 : Direttiva tal-Kummissjoni 84/8/KEE.

Nota 8 : Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1758/94 (ĠU L 183, 19.7.1994, p. 14).

Nota 9 : Direttiva tal-Kummissjoni 78/633/KEE.

PARTI A

Regolament tal-Kummissjoni | Prodott: | Parametru | Limitu | Metodu ta' Riferiment | Rimarka: |

Regolament (KE) Nru 2771/1999 Ħażna Pubblika (ĠU L 333, ta' l-24.12.1999, p. 11) | Butir mhux mielaħ | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 82 % | Anness XI | |

Ilma | Sa 16 % | Anness IX | |

SMG | Sa 2 % | Anness X | |

AGĦ | 1.2 mmole/100 g ta' xaħam | Standard FIĦ 6B:1989 | |

VP (mas.) | 0,3 meq. ossiġenu/1000 g xaħam | Standard (Versjoni Inġliża) | Nota 1 |

Koliformi | Bla tkixxif f'1g | Anness XVII | Nota 3 |

Xaħam mhux tal-ħalib | Mhux rilevabbli bit-trigliċeridaAnaliżi | Anness XXVI | |

Tracers ta' Sterol | Mhux rilevabbli | Annex XIV | |

Tracers oħrajn: | | | |

—vanillina | Mhux rilevabbli | Annex XII | |

—ethyl ester ta' l-aċidu kartoteniku | Mhux rilevabbli | Annex XIII | |

—trigliċeridi ta' l-aċidu enantiku | Mhux rilevabbli | UIKPA 2.301 sub 5 | |

Karatteristiċi sensorji | Għall-anqas 4 minn 5 punti għal A, G and C | Annex VII | |

Tixrid ta' l-ilma | Għall-anqas 4 punti | FIĦ Standard 112A:1989 | |

Regolament (KE) Nru 2771/1999 Ħażna privata | Butir mhux mielaħ | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 82 % | Anness XI | Nota 6 |

Ilma | Sa 16 % | Anness IX | |

Regolament (KE) Nru 2771/1999 Ħażna privata | Butir bil-melħ | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 80 % | Anness XI | Nota 6 |

Ilma | Sa 16 % | Anness IX | |

Melħ | Sa 2 % | Standard FIĦ12B:1988 | |

Regolament (KE) Nru 2571/97 (ĠU L 350, ta' l-20.12.1997, p. 3) | Butir mhux mielaħ | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 82 % | Anness XI | |

Ilma | Sa 16 % | Anness IX | |

Tracers: | | | |

—steroli | | Anness XIV | |

—vanillina | | Anness XII | |

—ethyl ester ta' l-aċidu kartoteniku | | Anness XIII | |

—trigliċeridi ta' l-aċidu enantiku | | UIKPA 2.301 sub 5 | |

Regolament (KE) Nru 2571/97 | Butir bil-melħ | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 80 % | Anness XI | |

Ilma | Sa 16 % | Anness IX | |

Melħ | Sa 2 % | Standard FIĦ12B:1988 | |

Tracers: | | | |

steroli | | Anness XIV | |

vanillina | | Anness XII | |

ethyl ester ta' l-aċidu kartoteniku | | Anness XIII | |

trigliċeridi ta' l-aċidu enantiku | | UIKPA 2.301 sub 5 | |

Regolament (KE) Nru 2571/97 | Butir ikkonċentrat | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 99,8 % | Standard FIĦ 24:1964 | |

Ilma u SĦMG | Sa 0,2 % | Standard FIĦ23A:1988 (ilma) Standard FIĦ 24:1964 | |

AGĦ | Sa 0,35 % (oleiku) | Standard FIĦ 6B:1989 | |

VP (Mas.) | 0,5 meq. ossiġenu/1000 g xaħam | Standard (Versjoni Inġliża) | Nota 1 |

Xaħam mhux tal-ħalib | Nuqqas | Anness XXV | |

Togħma | Nadif | | |

Riħa | Nuqqas ta' rwejjaħ barranin. | | |

Oħrajn | Nuqqas ta' aġenti newtralizzanti, anti-ossidanti u preservattivi | | |

Tracers: | | | |

—steroli | | Anness XIV | |

—vanillina | | Anness XII | |

—ethyl ester ta' l-aċidu kartoteniku | | Anness XIII | |

—trigliċeridi ta' l-aċidu enantiku | | UIKPA 2.301 sub 5 | |

Regolament (KE) Nru 2571/97 | Krema. | Xaħam | 35 % | Standard FIĦ 16C:1987 | |

Tracers: | | | |

—steroli | | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti. | Nota 2 |

—vanillina | | Anness XII | |

—ethyl ester ta' l-aċidu kartoteniku | | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti. | Nota 2 |

—trigliċeridi ta' l-aċidu enantiku | | UIKPA 2.301 sub 5 | |

Regolament (KEE) Nru 429/90 (ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8) | Butir ikkonċentrat | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 96 % | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti. | Nota 2 |

SMG | Sa 2 % | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti. | Nota 2 |

Tracers: | | | |

—stigmasterol (95%) | 15 g/100 kg ta' butir ikkonċentrat | Anness XIV | |

—stigmasterol (85%) | 17 g/100 kg ta' butir ikkonċentrat | Anness XIV | |

—trigliċeridi ta' l-aċidu enantiku | 1,1 kg/100 kg ta' butir ikkonċentrat | UIKPA 2.301 sub 5 | |

—ethyl ester ta' l-aċidu butiriku u | Ara Anness, punt 1 (ċ) | Anness XIV | Nota 2 |

—leċitina (E 322) | Sa 0,5 % | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti. | Nota 2 |

NaCl | Sa 0,75 % | Standard FIĦ12B:1988 | |

AGĦ | Sa 0,35 % (oleiku) | Standard FIĦ 6B:1989 | |

VP (Mas.) | Sa 0,5 meq. ossiġenu/1000 g Xaħam | Standard FIĦ 74A:1991 (Versjoni Inġliża) | Nota 1 |

Togħma | Nadif | | |

Riħa | Nuqqas ta' rwejjaħ barranin. | | |

Oħrajn | Assenza ta' aġenti li jinnewtralizzaw, anti- ossidanti u priżervattivi | | |

Regolament (KEE) Nru 2191/81 (ĠU L 213, ta' l-1.8.1981. p. 20) | Butir mhux mielaħ | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 82 % | Anness XI | |

Ilma | Sa 16 % | Anness IX | |

Regolament (KEE) Nru 2191/81 | Butir bil-melħ | Xaħmijiet tal-ħalib | Min. 80 % | Anness XI | |

Ilma | Sa 16 % | Anness IX | |

Melħ | Sa 2 % | Standard FIĦ12B:1988 | |

Artikolu 9 u Titlu II tar- Regolament (KE) Nru 1255/1999 | Ġobon magħmul mill-ħalib tan-ngħaġ | Ħalib tal-baqar | < 1 % | Anness XV | |

Regolament (KEE) Nru 2921/90 | Anness I - Każeina aċida | Ilma | Sa 12,00 % | Standard FIĦ 78C:1991 | |

Xaħam | Sa 1,75 % | Standard FIĦ127A:1988 | |

Aċidità ħielsa | Sa 0,30 % (lattiku) | Standard FIĦ 91:1979 | |

Regolament (KEE) Nru 2921/90 | Anness I - Każeina tames | Ilma | Sa 12,00 % | Standard FIĦ 78C:1991 | |

Xaħam | Sa 1,00 % | Standard FIĦ127A:1998 | |

Irmied | Min. 7,50 % | Standard FIĦ 90:1979 | |

Regolament (KEE) Nru 2921/90 | Anness I - Każeinati | Ilma | Sa 6,00 % | Standard FIĦ 78C:1991 | |

Proteina tal-ħalib | Min. 88,00 % | Standard FIĦ 92:1979 | |

Xaħam u irmied | Sa 6,00 % | Standard FIĦ 78C:1991 Standard FIĦ127A:1988 Standard FIĦ 91:1979 | |

Regolament (KEE) Nru 2921/90 | Anness II Każeina aċida | Ilma | Sa 10,00 % | Standard FIĦ 78C:1991 | |

Xaħam | Sa 1,50 % | Standard FIĦ127A:1988 | |

Aċidità ħielsa | Sa 0,20 % (lattiku) | Standard FIĦ 91:1979 | |

AGĦ (max.) | 30000 l/g | Standard FIĦ 100B:1991 | Nota 3 |

Koliformi | Nuqqas f'0,1 g | Anness XVI | Nota 3 |

Term. (max.) | 5000 l/g | Standard FIĦ 100B:1991 | Noti 3 u 4 |

Regolament (KEE) Nru 2921/90 | Anness II - Każeina tames | Ilma | Sa 8,00 % | Standard FIĦ 78C:1991 | |

Xaħam | Sa 1,00 % | Standard FIĦ127A:1988 | |

Irmied | Min. 7,50 % | Standard FIĦ 90:1979 | |

AGĦ (max.) | 30000 l/g | Standard FIĦ 100B:1991 | Nota 3 |

Koliformi | Nuqqas f'0,1 g | Anness XVI | Nota 3 |

Term. (max.) | 5000 l/g | Standard FIĦ 100B:1991 | Noti 3 u4 |

Regolament (KEE) Nru 2921/90 | Anness II Każeinati | Ilma | Sa 6,00 % | Standard FIĦ 78C:1991 | |

Proteina tal-ħalib | Min. 88,00 % | Standard FIĦ 92:1979 | |

Xaħam u irmied | Sa 6,00 % | Standard FIĦ 89:1979 Standard FIĦ 90:1979 | |

AGĦ (max.) | 30000 l/g | Standard FIĦ 100B:1991 | Nota 3 |

Koliformi | Nuqqas f'0,1 g | Anness XVI | Nota 3 |

Term. (max.) | 5000 l/g | Standard FIĦ 100B:1991 | Noti 3 u 4 |

Regolament (KEE) Nru 2921/90 | Anness III Każeinati | Ilma | Sa 6,00 % | Standard FIĦ 78C:1991 | |

Proteina tal-ħalib | Min. 85,00 % | Standard FIĦ 92:1979 | |

Xaħam | Sa 1,50 % | Standard FIĦ127A:1988 | |

Lattożju | Sa 1,00 % | Standard FIĦ 106:1982 | |

Irmied | Sa 6,50 % | Standard FIĦ 89:1979 jew 90:1979 | |

AGĦ (max.) | 30000 l/g | Standard FIĦ 100B:1991 | Nota 3 |

Koliformi | Nuqqas f'0,1 g | Anness XVI | Nota 3 |

Term. (max.) | 5000 l/g | Standard FIĦ 100B:1991 | Noti 3 u 4 |

Regolament (KE) Nru 2799/1999 (ĠU L 340, tal-31.112. 1999, p. 3) | Għalf kompost u trab tal-ħalib xkumat (TĦX)(għall-użu fil-għalf) | Ilma (trab aċidu tax-xorrox) | Sa 5 % | | |

Proteini | 31,4 % (min) tal-materja niexfamingħajr xaħam) | Standard FIĦ 20B:1993 | |

Ilma (SMP) | Sa 5 % | Standard FIĦ 26A:1993 | |

Xaħmijiet (SMP) | Sa 11 % | Standard FIĦ 100B:1987 | |

Tames tax-xorrox (SMP) | Nuqqas | Anness XIX | Nota 7 |

Lamtu (SMP) | Nuqqas | Annes XXIII | |

Ilma (taħlitiet) | Sa 5 % tal-materja niexfa mingħajr xaħam | Standard FIĦ 26A:1993 | |

Xaħmijiet (taħlitiet) | __ | Direttiva tal-Kummissjoni 84/4/KEE (ĠU L 15, tat-18.1.1984, p.28) | |

Tames tax-xorrox (taħlitiet) | Nuqqas | Anness XIX | |

Kontenut SMP (tal-prodott finali) | Min. 50 % | Anness XXII | Nota 7 |

Xaħmijiet (fil-prodott finali) | Min 2,5 % jew 5 % | Direttiva tal-Kummissjoni 84/4/KEE | Nota 8 |

Lamtu (tal-prodott finali) | Min. 2 % | Annes XXIII | Nota 9 |

Ramm (tal-prodott finali) | 25 ppm | Direttiva tal-Kummissjoni 78/633/KEE (ĠU L 206, tat-28.7.1998, p. 43.) | |

Regolament (KE) Nru 322/96 (ĠU l 45, tat-23.2.96, p. 5) | SMP (sprej) | Xaħam | Sa 1,0 % | Standard FIĦ 100B:1987 | |

Proteini | 31,4 % (min) tal-materja niexfamingħajr xaħam) | Standard FIĦ 20B:1993 | |

Ilma | Sa 3,5 % | Standard FIĦ 26A:1993 | |

Aċidità (N/10 NaOH) | Sa 19,5 ml | Standard FIĦ 86:1981 | |

Lattati | Sa 150 mg/100 g | Standard FIĦ 69B:1987 | |

Fosfat | Negattiv | Standard OSI 3356:1975 | |

Solubilità | Sa 0,5 ml b'24 °C | Standard FIĦ12B:1988 | |

Partiċelli mnixxfin | Disk B min (15,0 mg) | ADPI:1990 | |

KTB | 40000/lg | Standard FIĦ 100B:1991 | Nota 3 |

Koliformi | Negativa/0,1 g | Anness XVI | Nota 3 |

Xorrox | Negattiv | Anness XX | |

Tames tax-xorrox | Negattiv | Anness XVIII | |

Xorrox aċidu | Negattiv | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti. | Nota 2 |

Aġenti anti-mikrobjali | | Anness XXI | |

PARTI B

Il-metodi ta' riferiment elenkati fil-Parti B jistgħu jintużaw għall-analiżi ta' prodotti koperti minn xi waħda mir-Regolamenti elenkati f'kolonna 1.

Kummissjoni Regolament | Prodott: | Kodiċi NM | Parametru | Limitu | Metodu ta' Riferiment | Rimarka: |

Regolament (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1) Regolament (KE) Nru 2414/98 (ĠU L 299, ta' l-10.11.1998, p. 7) Regolament (KE) Nru 1374/98 (ĠU L 185, tat-30.6.1998, p. 21) Regolament (KE) Nru 2508/97 (ĠU L 345, 16.12.1997, p. 31) Regolament (KE) Nru 174/1999 (ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8.) | Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr zokkor miżjud jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa. | 0401 | Xaħam (≤ 6 %) | Il-limiti huma dawk speċifikati fid-deskrizzjoni tal-Kodiċi NM għall-prodott speċifiku, aktar speċifikat, fejn huwa applikabbli, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/97 (ĠU L 366, ta' l-24,12,1987, p. 1) Parti 9 tan-nomenklatura ta' esportazzjoni jew Regolament (KE) Nru 1374/98 (ĠU L 185, 30.6.1998, p. 21) | Standard FIĦ 1D:1996 | |

Xaħam (> 6 %) | Standard FIĦ 16C:1987 | |

Ħalib u krema, konċen-trati jew li fihom zokkor miżjud jew xi sustanza oħra ta'ħlewwa | 0402 | Xaħmijiet (forma likwida) | Standard FIĦ 13C:1987 | |

Xaħmijiet (forma solida) | Standard FIĦ 9C:1987 | |

Proteina | Standard FIĦ 20B:1993 | |

Zakkarożju (Kontenut normali) | Standard FIĦ 35A:1992 | |

Zakkarożju (Kontenut baxx) | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti | Nota 2 |

Solidi (ĦKĦ) | Standard FIĦ 15B:1991 | |

Solidi (ĦKE) | Standard FIĦ 21B:1987 | |

Ilma (trab tal-ħalib u ) krema) | Standard FIĦ 26A:1993 | |

Xorrox, iffermentat jew ħalib u krema aċidifikati, konċentrati jew mhux konċentrati, li fihom żokkor miżjud jew xi sustanza ta' ħlewwa | 0403 | Xaħam | Standard FIĦ 1D:1996, 9C:1987, 16C:1987,22B:1987, 126 A: 1988 | |

Proteina | Standard FIĦ 20B:1993 | |

Zakkarożju (Kontenut normali) | Standard FIĦ 35A:1992 | |

Zakkarożju (Kontenut baxx) | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti | Nota 2 |

Ilma (trab tax-xorrox aċidu) | Anness XXIV | |

Ilma ( ttab tax-xorrox ħelu) | Standard FIĦ 26A:1993 | |

Solidi (prodotti oħra) | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti0 | |

Xorrox, ikkonċentrat jew mhux) ikkonċentrat jew li fih żokkor miżjud jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa; prodotti li jikkonsistu f'kostiwenti ta' ħalib naturali | 0404 | Xaħam | Standard FIĦ 9C:1987, 16C:1987 22B:1987 | |

Proteina | Standard FIĦ 20B:1993 | |

Zakkarożju (Kontenut normali) | Standard FIĦ 35A:1992 | |

Zakkarożju (Kontenut baxx) | Metodi approvati mill-awtorità kompetenti | Nota 2 |

040490 | Proteina | Standard FIĦ 20B:1993 | |

Ilma | Standard FIĦ 26A:1993 | |

Solidi | Standard FIĦ 15B:1991 | |

(Prodotti ikkonċentrati) | Standard FIĦ 21B:1987 | |

Butir u xaħmijiet oħra miksuba mill-ħalib; prodotti tal-ħalib għaddliek | 0405 | Xaħam (jekk ≤ 85 %) | Anness XI | |

Ilma | Anness IX | |

Butir | SMG | Anness X | |

NaCl | Standard FIĦ12B:1998 | |

Żejt tal-ħalib | Xaħam (jekk > 99 %) | Standard FIĦ 24:1964 | |

Ilma (jekk xaħam < 99 %) | Standard FIĦ 23A:1988 | |

Ġobon u baqta | 0406 | Xaħam | Standard FIĦ 5B:1986 | |

Solidi | Standard FIĦ 4A:1982 | |

Solidi (Rikotta) | Standard FIĦ 58:1970 | |

NaCl | Standard FIĦ88A:1988 | |

Regolament (KEE) Nru 2658/87 | Lattożju | |

Regolament (KEE) Nru 2658/87 | Għalf kompost | 2309 | Lattożju | | Anness XVII | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

(Artikolu 3)

L-IĊĊEKKJAR TAR-RIŻULTATI MIKSUBA BIL-METODI TA' RUTINA LI HUMA QRIB IL-LIMITI SPEĊIFIKATI FIR-REGOLAMENTI GĦALL-KONDIZZJONIJIET MEHTIEĠA TA' KOMPOŻIZZJONI U KWALITÀ

Jekk mo huwa l-limitu għall-kondizzjonijiet meħtieġa ta' komposizzjoni u kwalità speċifikati f'xi-Regolament, il-limitu ta' deċiżjoni (L) huwa

L = m

jekk RRout/RRef ≤1

RRout : Limitu ta' riproduċibbilità tal-metodu ta' rutina

RRef : Limitu ta' riproduċibbilità tal-metodu ta' riferiment

Jekk mo huwa l-limitu ta' fuq u RRout/RRef > 1, dan il-limitu ta' deċiżjoni jinkiseb bl-użu tal-formula

L = m

-

R

/R

· CrD

95

Jekk, taħt l-istess kondizzjonijiet, mo huwa l-limitu t'isfel, il-limitu ta' deċiżjoni jinkiseb bl-użu tal-formula

L = m

-

R

/R

· CrD

95

fejn CrD 95 hija d-differenza kritika tal-metodu ta' riferiment (ara Annex IV).

Fejn mo huwa l-limitu ta' fuq, ir-riżultat finali ‘l fuq mil-limitu ta' deċiżjoni bl-użu ta' metodu ta' rutina għandu jinbidel bir-riżultat finali miksub permezz tal-metodu ta' riferiment. Dan ir-riżultat finali għandu jkun ibbażat fuq ta' l-inqas l-istess numru ta' analiżijiet/kampjuni bħar-riżultat finali miksub bl-użu tal-metodu ta' rutina.

Fejn mo huwa l-limitu t'isfel, l-istess proċedura għandha tinżamm għar-riżultat finali taħt il-limitu ta' deċiżjoni miksub bl-użu ta' metodu ta' rutina.

Rimarka

Il-proċedura deskritta hawn fuq tista' tinżamm jekk ma jkunx hemm ebda ta' effetti rilevabbli tal- matriċi.

Il-kalkolu tad-devjazzjoni standard bl-użu tal-formula

s =

∑ w

i2/2m

m : Numru ta' kampjuni użati għall-kalibratura huwa mqabbel mal-medja aritmetika tad-devjazzjoni standard ta' ripetibilità tal-metodi ta' riferiment u rutina

s

=

s

+ s

rrout2/2

L-effett matriċi ma jistax jitwarrab għal kollox, jekk

+++++ TIFF +++++

meta

f = m (f: numru ta' gradi ta' ħelsien)

a = żball ta' probabbilità; a = 0,05.

F'dan il-każ, jinħtieġu aktar investigazzjonijiet qabel ma jista' jiġi ffissat limitu ta' deċiżjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS III

(Artikoli 4 u 5)

(a) Proċedura biex tkejjel it-tħaris ta' limitu stabbilit ta' riproduċibbilità (Anali żi kimika)

It-tħaris tal-limitu ta' riproduċibbità jiġi kkontrollat billi jitqabblu r-riżultati tal-laboratorju mar-riżultati ta' laboratorju ta' esperienza [1], miksuba minn kampjun identiku. Jitwettaq kejl doppju fiż-żewġ laboratorji u r-riżultati jiġu valutati bl-użu tal-formula:

CrD

|y

y

=

r

2

meta:

CRD

95 : differenza kritika (P = 0.95)

y

-1 : medja aritmetika ta' żewġ riżultati miksuba mill-laboratorju 1

y

-2 : medja aritmetika ta' żewġ riżultati miksuba mill-laboratorju 2

R : limitu ta' riproduċibbilità: jitkejjel bl-interpolazzjoni,

r : limitu ta' ripetibbilità: jekk il-preċiżjoni tvarja mal-livell.

Jekk tinqabeż id-differenza kritika, esperiment ieħor irid isir qabel ma jagħaddu xahrejn. Jekk ir-riżultati tat-tieni esperiment ma jħarsux il-limiti ta' riproduċibbilità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi meħtieġa.

(b) Proċedura għall-ksib ta' limitu proviżorju ta' riproduċibbilità (Analiżi kimika)

Limitu proviżorju ta' riproduċibbilità (Rprov) jinkiseb bl-użu ta l-ekwazzjoni li ġejja:

R

=

y

+

r22

fejn:

y

-1 : il-medja ta' żewġ riżultati miksuba f'laboratorju 1

y

-2 : il-medja ta' żewġ riżultati miksuba f'laboratorju 2 (ara Anness IIIa)

r : limitu ta' ripetibbilità jew limitu ta' ripetibbilità proviżorja

Rimarki:

1. Rprov tista' tintuża għal kalkolu tad-differenzi kritiċi (ara Annex VI).

2. Rprov hija ffissata ma' 2r jekk il-valur ikkalkulat għal Rprov huwa iżgħar minn 2r.

3. RSDR c [2], Rprov hija għolja iż-żejjed u ma' tistax tintuża biex tikkalkola d-differenza kritika.

4. Rprov għandha titkejjel ta' l-inqas darba fis-sena' fuq il-bażi tar-riżultati miksuba f'żewġ laboratorji (ara l-Anness IV).

5. Il-valur medju ta' Rprov għandu jintuża għall-kalkolu ta' differenzi kritiċi. Ir-regoli mgħotija fi 2 u 3 japplikaw għal valur medju ta' Rprov.

Il-limitu ta' riproduċibbilità (Valur R) jinkiseb mill-valur RSDR kif ġej

R = 0.0283

RSD

R

x

- : il-medja aritmetika tar-riżultati miksuba)

Xi ftit valuri RSDR ikkalkolati (eżempji)

Konċentrazzjoni | RSDR (%) |

1 g/100 g | 4 |

0,01 g/100 g | 8 |

1 mg/1 000 g | 16 |

Konċentrazzjoni ta' l-analità ta' 1 g/100 g tikseb:

R = 0,0283 * 1 * 4 = 0,11 g/100 g.

[1] Il-laboratorju ta' esperjenza għandu b'mod ġenerali jkun wieħed li ħa sehem b'suċċess jew fil-konvalidazzjoni tal-metodu ta' test jew f'test ta' profiċjenza.

[2] konċentrazzjoni mfissra bħala frazzjoni deċimali (eżempju: 10 g/100 g = 0,1).Riferiment:Peeler, J.T., Horwitz, W. u Albert, R.J.Ass. Uff. Anal. Kem.72(5), 784-806 (1989).

--------------------------------------------------

ANNESS IV

(Artikolu 4)

IL-VALUTAZZJONI TAR-RIŻULTATI ANALITIĊI MIKSUBA BL-UŻU TA' METODI KONVALIDATI

Jekk ir-riżultat analitiku juri li xi limitu nqabeż, titkejjel il-medja aritmetika ta' żewġ riżultati jew aktar. Għandha tinżamm il-proċedura li ġejja:

1. F'każijiet fejn ir-riżultat analitiku jirrappreżenta riżultat wieħed, għandha titwettaq analiżi oħra taħt kondizzjonijiet ta' ripetibbilità. Jekk iż-żewġ analiżijiet ma jistgħux jitwettqu taħt kondizzjonijiet ta' ripetibbilità, agħmel analiżi oħra duplikata taħt kondizzjonijiet ta' ripetibbilità w uża dawn ir-riżultati għall-valutazzjoni tat-tħaris tad-differenza kritika.

2. Il-valur assolut tad-differenza bejn il-medja aritmetika tar-riżultati miksuba taħt kondizzjonijiet ta' ripetibbilità u l-limitu huma mkejla. Xi valur assolut tad-differenza akbar mid-differenza kritika jfisser li l-kampjun li jkun ġie analiżżat ma jħarisx il-kondizzjonijiet meħtieġa.

Id-differenza kritika titkejjel bl-użu tal-formula li ġejja:

CrD

y

-m

=

2

n

meta:

y

- : il-medja aritmetika tar-riżultati miksuba

mo : Limitu

n : in-numru ta' analiżijiet/kampjun

Jekk il-preċiżjoni tvarja skond il-livell, jista' jinħtieġ li jitkejlu r u R bl-interpolazzjoni.

Normalment, riżultat finali rrappurtat għal xi kampjun għandu juri li xi limitu tħares.

Riżultati finali

- m

u m

+ CRD

jekk il-limitu huwa massimu;

- m

u m

+ CRD

jekk il-limitu huwa manimu

għandhom jitfaċċaw biss b'mod eċċezzjonali.

Riżultati finali fiħ dan il-medded imsemmija huma aċċettabbli biss jekk jiġru mhux aktar minn darba għal kull ħames kampjuni analizzati f'kull kunsinna. Jekk anqas minn ħames kampjuni kull kunsinna huma analizzati, riżultat wieħed fiħ dan il-medda msemmija huwa aċċettabbli. Iżda, r-regola li jinkiseb riżultat wieħed biss fiħ dan il-medded imsemmija għal kull ħames kampjuni analizzati għandha titħares jekk il-kunsinni huma ripetutament offerti minn xi produttur.

3. Jekk ir-riżultat finali x jitkejjel bl-użu ta' xi formula ta' din is-sura x = y 1 ± y2 (eżempju: ilma + solidi kontenut ta' xaħam mhux ta' l-ikel tal-butir biex tikkalkula l-kontenut ta' xaħam) fejn y1 u y2 huma r-riżultati finali ta' tip wieħed ta' analiżi, il-limiti ġenerali ta' ripetibbilità u riproduċibbilità rx u Rx tar-riżultati finali x huma kkalkolati bħala:

r

=

2r12+ r22

R

=

2R12+ R22

fejn rl u r2 huma l-limiti ta' ripetibbilità u R1 u R2 il-limiti ta' riproduċibbilità ta' y1 u y2, rispettivament.

x jitqabbel mal-limitu mo skond ir-regoli speċifikati taħt 1 u 2. Id-differenza kritika titkejjel bl-użu tal-formula:

CrD

x-m

=

2

n

fejn x hija l-medja aritmetika tar-riżultati x 1 miksuba.

4. Jekk ir-riżultat finali jitkejjel bl-użu tal-formula tat-tip

x =

y

y

2

(eżempju: xaħam fil-kontenut ta' sustanza niexfa fil-ġobon)

fejn y1 u y2 huma r-riżultati finali ta' tip wieħed ta' analiżi, il-limiti ta' ripetibbilità u riproduċibbilità ġenerali rx u Rx jistgħu jiġu kkalkolati bħala:

r

= μ

x2r*12+ r*22

R

= μ

x2R*12+ R*22

μ

= μ

I μ

2

μ1 : l-limitu jew valur mixtieq għal y1 (eżempju: xaħam)

μ2 : l-limitu jew valur mixtieq għal y2 (eżempju: materja xotta)

r

=

r

μ

≤ 0,15.

r

=

r

μ

≤ 0,15.

fejn

r1 : limitu ta' ripetibbilità, y1

r2 : limitu ta' ripetibbilità, y2

R

=

R

μ

≤ 0,15

R

=

R

μ

≤ 0,15

meta

R1 : limitu ta' riproduċibbilità, y1

R2 : limitu ta' ripetibbilità, y2

Il-proċeduri għall-kalkolu ta' rx u Rx huma applikabbli biss jekk il-limiti relativi ta' ripetibbilità u riproduċibbilità (r*1, r*2; R*1; R*2) huma izgħar jew ugwali għal 0,15.

jitqabbel mal-limitu μx skond ir-regoli speċifikati f'1 u 2. Id-differenza kritika titkejjel bl-użu tal-formula:

CrD

x

- μ

=

2

n

meta

x

Meta hija medja aritmetika ta' riżultati miksuba f'ordni kronoloġiku [1].

[1] NotaJekk, per eżempju, jinkisbu r-riżultati y11, y12, y21, il-medja aritmetika ta' y22, y11/y21 u y12/y22 trid tiġi kkalkulata.

--------------------------------------------------

ANNESS V

KONTROL INTERN

(Artikolu 5)

(a) Proċedura ta' kontrol intern ta' kwalità (PKI) (analiżi kimika)

Definizzjoni ta' materjal ta' kontrol

Materjal użat għall-iskop ta' PKI jgħaddi mill-istess, jew parti mill-istess, proċedura bħal materjali ttestjati.

Materjal ta' kontrol jista' jkun:

- materjal ċertifikat ta' riferiment,

- materjal intern ta' riferiment,

- materjal konvalidat b'test interlaboratorjali,

- materjal msaħħaħ.

Proċedura biex tistabbilixxi l-PKI

Il-laboratorju għandu jdaħħal l-PKI skond il-proċedura deskritta fid-dokument UIKPA "Linja ta' Gwida Armonizzati għall-Kontrol Intern ta' Kwalità fil-laboratorji analitiċi" [1].

Il-KIK jinvolvi l-inklużjoni ta’ materjali ta' kontroll fis-sekwenza analitika jew li tirreplika l-analiżi tal-kampjun tat-test. Il-materjali ta' kontroll għandhom jkunu simili fil-komposizzjoni kimika għall-kampjuni tat-testijiet u jkunu stabbli b'mod xieraq matul il-perjodu ta' interess. Irid jintwera' li jistgħu jkunu maqsuma b'mod xieraq f'żewġ porżjonijiet identiċi għall-analiżi, u jkunu ta' konċentrazzjoni ta' l-analità xierqa għall-medda ta' interess.

Il-materjal ta' kontroll għandu jidaħħal ta' l-inqas darba f'kull dawra analitika u l-valur miksub ipplottjat fuq ċart ta' kontroll biex jitkejlu l-isbalji fit-tul. Barra minn hekk, il-laboratorju għandu minn żmien għal żmien juri tħaris tal-kondizzjonijiet ta' ripetibbilità fiħ dan id-dawra. Dan jista' jinkiseb b'analiżi doppja tal-kontroll u/jew materjali ta' testijiet. Ir-riżultati ta' dawn l-analiżijiet għandhom jitqabblu ma’ kull limitu ta' ripetibbilità ppublikat u data eżistenti fuq il-preċiżjoni interna.

Fejn jintużaw materjali ta' kontroll, il-valuri miksuba għall-analiżi ta' bejn id-dawriet tal-materjal ta' kontroll għandhom jiġu pplotjati fuq Shewart chart (OSI 8258 (1991)) b'limiti xierqa ta' kontroll. Il-limiti ta' azzjoni għandhom jitqegħdu ma'

x+-3s

,

fejn st hija d-devjazzjoni standard totali

il-limiti ta' twiddib ma'

x+2s

t

Devjazzjoni standard totali:

s

=

2sb2+ sw2/n

li fih:

sb : devjazzjoni standard bejn it-tidwir

sw : devjazzjoni standard fiħ dan it-tidwir

n : numru ta' kalkoli

F'każijiet fejn il-materjali ta' kontroll ma jintużawx (e.g. minħabba nuqqas ta' stabbilità), ta' l-inqas wieħed mill-materjali tat-test għandu jiġi analizzat darbtejn f'kull dawra.

Id-differenza assoluta miksuba mill-analiżijiet duplikati fiħ dan dawra (ara Anness III) għandha tiġi pplotjata. Il-linja ċentrali hi 1.128 sw, il-limitu aktar baxx huwa 0, l-ogħla limitu (limitu ta' azzjoni) huwa 3.686 sw, fejn sw, hija d-devjazzjoni standard fiħ dan id-dawra.

Il-proċedura ta' kontroll għandha tinkludi materjali ta' livelli baxxi u għolja meta l-medda ta' konċentrazzjoni hija kbira.

Jekk il-materjali tat-test ikopru medda wiesgħa ta' konċentrazzjonijiet ta' analita, il-laboratorju għandu jistabbilixxi r-relazzjoni bejn preċiżjoni u livell. Jekk il-preċiżjoni hija proporzjonali mal-livell, il-kontroll suċċessiv għandu jitqiegħed fuq il-preċiżjoni relattiva (i.e. id-differenza assoluta bħala perċentwali tal-valur medju).

Kondizzjoni ta' barra mill-kontroll fis-sistema analitika tiġi senjalata jekk tiġri xi waħda minn dawn:

A. il-valur kurrenti tal-plot jaqa' barra mill-limiti ta' azzjoni,

B. il-valur kurrenti u l-valur ta' qabel jaqgħu barra mil-limiti ta' twiddib iżda fiħ dan il-limiti ta' azzjoni,

C. fejn jintużaw materjali ta' kontroll, disa' valuri suċċessivi jaqgħu fuq l-istess naħa tal-linja medja.

Il-laboratorju għandu jirrispondi għal kondizzjoni ta' barra mill-kontroll billi:

A. iwaqqaf l-analiżi sakemm jkun hemm testijiet dianjostiċi u azzjoni riparatriċi, u

B. jiċħad id-dawra ta' riżultati u jerġa janalizza l-materjali tat-test.

(b) Proċedura għall-għażla ta' materjal ta' kontroll intern u għall-kejl ta' limiti interni ta' preċiżjoni (analiżi kimika)

Data fuq il-preċiżjoni fiħ dan il-laboratorju tista' tinkiseb b'analiżi replikata tal-materjali ta' kontroll u/jew b'analiżi replikati tal-kampjuni tat-test.

Il-laboratorji għandhom jużaw il-proċedura li ġejja biex jistabbilixxu parametri ta' preċiżjoni għall-varjazzjoni fiħ dan it-tidwir u bejn it-tidwir għall-użu suċċessiv fil-bini ta' ċarts ta' kontroll. Il-laboratorji jistgħu jħaddnu proċeduri alternattivi sakemm jistgħu juru b'mod xieraq li nkisbet data ta' preċiżjoni ta' min joqgħod fuqha.

1. Għażla ta' materjal ta' kontroll

Fejn huwa xieraq għal-laboratorju li juża materjal ta' kontroll, id-data għandha l-ewwel tinġabar sabiex jitqegħdu l-limiti. Fejn hu possibbli, materjali ċertifikati ta' riferiment (MAR) għandhom jintużaw. Il-materjali kandidati ta' kontroll għandhom jiġu analizzati taħt kondizzjonijiet ta' ripetibbilità fiħ dan dawra inklużi l-MAR xierqa bir-replika u l-każwalizzazzjoni. Meta dan il-metodu mhux possibbli, il-laboratorji għandhom ifittxu li jieħdu sehem fl-ittestjar ta' profiċjenza u li jistabbilixxu mezzi ta' kunsens (valuri assenjati) li jistgħu jitqiesu bħala mezz veru konvenzjonali li miegħu tista' titwaħħal inċertezza b'tifsira. Proċeduri oħra jinkludu l-għoti ta' valur veru permezz ta' formulazzjoni jew l-użu ta' materjali ta' kontroll bil-ponot.

Barra minn hekk, fejn il-laboratorju regolarment iwettaq dan it-tip ta' analiżi u jkun diġa stabbilixxa kontroll statistiku, kull materjal ġdid ta' kontroll (e.g. meħtieġ għax spiċċaw l-ħażniet) għandu jinkiseb b'riferiment għall-analiżijiet li jkunu taħt kontroll bl-użu ta' materjali eżistenti.

2. L-għoti tal-limiti

Wara li jkun għażel materjal ta' kontroll, il-laboratorju għandu jużah biex jistabbilixxi figuri ta' preċiżjoni fiħ dan it-tidwir u bejn it-tidwir.

Bħala kondizzjoni meħtieġa minima għat-twaqqif ta' preċiżjoni fiħ dan it-tidwir, il-materjal ta' kontroll għandu jkun analizzat darbtejn għal tnax il-darba. L-analiżi duplikata għandha ssir taħt kondizzjonijiet ta' ripetibbilità, i.e. l-istess operatur, l-istess reaġenti eċċ. L-analiżi duplikata tal-materjal ta' kontroll għandha tkun każwalizzata fiħ dan dawra analitika. Kull analiżi duplikata għandha titwettaq f'jum differenti fuq perjodu ta' żmien biex tirrifletti l-varjazzjoni raġjonevoli minn dawra għal dawra, filwaqt li jitqiesu l--varjazzjonijiet normali e.g. reaġenti, rikalibratura ta' l-għodda u, jekk jinħtieġ, analisti differenti.

Nota

L-użu tad-data li mhix rappreżenttativa fis-sħiħ ta' l-varjazzjoni ta' bejn id-dawriet jista' jwassal għal replika mhux meħtieġa ta' analiżi minħabba li jkunu tqiegħdu limiti iebsa ż-żejjed. Mill-banda l-oħra, laboratorju li jippreżenta data ta' preċiżjoni li tkun wisq mhux preċiża jista' ma' jkunx iħares il-limiti preskritti fil-metodi ta' riferiment, jista' juri rendiment fqir meta jitqabbel ma' laboratorji bħalu u jista' ma' jkunx qed jipproduċi data xierqa għall-iskop maħsub.

2.1. Kejl ta' preċiżjoni fiħ dan id-dawriet

2.1.1. Preċiżjoni ta' bejn id-dawriet fejn hemm materjal ta' kontroll disponibbli

Id-data duplikata (minimu ta' 12-il duplikat) għandu jsirilha l-ewwel it-test ta' varjazzjoni massima ta' Cochran. Dan jinvolvi t-tqabbil tal-medda kwadrata massima duplikata mas-somma ta' medded kwadrati.

c =

d

max

d

i2

meta

di = d-differenza bejn id-duplikati.

Il-valur tal-kriterju ta' Cochran, C, jitqabbel mal-valuri tabulati (OSI 5725 (1994)). Meta xi valur jista' jiġi klassifikat bħala mitluf jew maqtuħ, ir-riżultat għandu jiġi investigat għal spjegazzjoni, e.g. żball tekniku, żball ta' komputazzjoni, żvista matul it-twettieq tat-test, analiżi tal-kampjun żbaljat. Jekk l-ispjegazzjoni ta' l-iżball tekniku hija waħda li jkun impossibbli li tibdel ir-riżultat suspettuż, għandha titwarrab bħala veru maqtugħa. Meta jibqgħu xi mitlufa jew maqtugħa li m'għandhomx spjegazzjoni, l-mitlufin jinżammu bħala tajbin u l-maqtugħin mill-istatistika jitwarrbu. Il-laboratorju għandu jfittex jikseb valuri ta' tibdil.

Meta l-laboratorju jkun sodisfatt li d-data ma fihomx maqtugħin, id-devjazzjoni standard ta' fiħ dan id-tidwir sw tinkiseb kif ġej: għal kull par x11, xi2 tad-data duplikata p, is-somma tad-duplikati,

s

= x

+ x

i2

u d-differenza tad-duplikati,

d

= x

- x

i2

huma komputati u mgħodda ma'

A = ∑

s

i

B = ∑

d

i2

C = ∑

s

i2

Stima tad-devjazzjoni standard ta' fiħ dan it-tidwir hija

s

=

2B2p

Il-limitu intern ta' preċiżjoni huwa 2.8 sw.

Jekk jintuża xi metodu ta' riferiment, il-limitu intern ta' preċiżjoni għandu jitqabbel mal-limitu pubblikat ta' ripetibbilità. Il-laboratorju għandu jħares il-kondizzjoni meħtieġa tal-metodu ta' riferiment. Xi nuqqas ta' tħaris ta' din il-kondizzjoni meħtieġa għandu jiġi investigat.

Il-limiti mwaqqfa għandhom jitqiesu bħala proviżorji u soġġetti għal reviżjoni.

2.1.2. Preċiżjoni ta' bejn id-dawriet fejn m'hemmx materjal ta' kontroll disponibbli

Il-laboratorju jista' jagħżel li jistabbilixxi preċiżjoni ta' fiħ dan it-tidwir b'analiżi duplikata ta' kampjuni rappreżentativi tat-testijiet (Minimu ta' 12-il analiżi duplikata). F'każijiet fejn mhux possibbli tuża materjali ta' kontroll, e.g. minħabba nuqqas ta' stabbilita, id-data duplikata għandha tiġi akkumulata b'dan il-metodu.

Nota

Wieħed jassumi li l-analiżijiet ikopru medda relativament baxxa ta' valuri u għalhekk valur wieħed jista' jiġi applikat għall-kampjuni kollha. F'każijiet fejn il-medda ta' riżultati hija usa’, eż. fuq xi ordni ta' kobor, u l-preċiżjoni hija dipendenti fuq il-livell, il-laboratorji għandhom jinvestigaw l-użu ta' devjazzjonijiet standard relattivi.

Id-data għandu jsirilha t-test ta' Cochran, kif hemm f'2.1.1. Meta l-laboratorju jkun sodisfatt li d-data ma fihomx maqtugħin, id-devjazzjoni standard ta' fiħ dan id-tidwir u l-limiti intern ta' preċiżjoni jistgħu jinkisbu kif hemm fis-sezzjoni 2.1.1.

Id-devjazzjoni standard ta' fiħ dan it-tidwir sw tista' tintuża biex biha tibni ċarts ta' kontroll (ara l-Anness II). Il-limiti mwaqqfa għandhom jitqiesu bħala proviżorji u soġġetti għal reviżjoni.

2.2. Kejl ta' preċiżjoni ta' bejn id-dawriet

Ikkomputa l-valur medju (s1/2) għal kull par u għamilhom it-test ta' Grubbs (OSI 5725 (1994)). Il-kriterji ta' ċaħda/aċċettazzjoni għall-maqtugħin jew mitlufin huma kif hemm deskritt f'2.1.1. Il-laboratorju għandu jfittex li jikseb valur ta' tibdil għal kull riżultat mwarrab. Meta l-laboratorju jkun sodisfatt li d-data ma fihomx maqtugħin, id-devjazzjoni standard ta' bejn id-tidwir sb tinkiseb:

s

=

1

C -

B -

A

2p

jew 0 jekk l-espressjoni taħt is-sinjal ta' l-għerq kwadrat hija negattiva.

Id-devjazzjoni standard totali st tintuża biex biha tibni ċarts ta' kontroll għall-medja ta' n kalkolazzjonijiet (are l-Anness II). Il-limiti stabbiliti għandhom jitqiesu bħala proviżorji u soġġetti għal reviżjoni.

3. Ħarsa mill-ġdid lejn il-limiti inizzjali

Il-limiti ta' kontroll stabbiliti kif deskritt hawn fuq għandhom jitqiesu bħala estimi inizzjali.

Sabiex wieħed jaġġorna l-limiti mwaqqfa fuq il-bażi ta' preċiżjoni aċċettabbli fiħ dan it-tidwir (sezzjoni 2.1.2), aktar data duplikata fuq kampjuni tat-test għandha tinġabar. L-intervall qabel il-ħarsa mill-ġdid ser jiddependi fuq il-frekwenza ta' l-analiżi. Bħala linja ta' gwida, d-data għandha tingħata ħarsa mill-ġdid wara li jinkisbu 10 duplikati oħra. Id-data kollha għandha ssirilha t-test ta' Cochran u l-limiti jitwaqqfu mill-ġdid fuq il-bażi taċ-ċifra ġdida ta' devjazzjoni standard. Deċiżjonijiet oħra fuq il-validità tal-limiti ta' kontrolli għandhom isiru fid-dawl ta' aktar data.

Ħarsa mill-gdid lejn id-data inizjali miksuba għall-preċizjoni ta' bejn id-tidwir tiddependi wkoll fuq il-frekwenza ta' analiżi. Bħala linja ta' gwida, wara li jinkisbu għaxar punti oħra ta' data mill-analiżi tal-materjal ta' kontroll, bi frekwenza ta' analiżi waħda f'kull ġabra, s-supposizzjonijiet tal-bidu magħmula fuq id-devjazzjoni standard u medja għandhom jitqiesu mill-ġdid.

Id-data kollha għandha ssirilha t-test ta' Grubbs għall-maqtugħin. Id-devjazzjoni standard u medja għandhom jergħġu jitkejlu fuq il-bażi tad-data ġdida.

Barra minn hekk, f'dan l-istadju, l-laboratorju għandu japplika iċ-ċart Cusum (BS S700: (1984) u l-emenda 5480 (1987) biex jiġu investigati xi problemi li huma marbuta ma' e.g.. it-tiqdim tar-reaġenti. Kull riżultat wieħed li jaqa' barra l- "V-mask" ta' Cusum għandu jiġi investigat.

Il-limiti l-ġodda (id-devjazzjoni standard u medja) għandha ssirilhom ispezzjoni regolari bl-użu tat-teknika Cusum. Kull indikazzjoni li l-validità ta' materjal ta' kontroll qed tiġi dubitata għandha tiġi investigata sewwa.

4. L-irrappurtar ta' data ta' preċiżjoni

Il-laboratorji għandhom jibagħtu t-tagħrif li ġej lill-awtorità nazzjonali kompetenti:

- il-metodu wżat,

- id-devjazzjoni standard ta' fiħ dan it-tidwir sw, u l-limiti intern ta' preċiżjoni,

- id-devjazzjoni standard bejn it-tidwir sb,

- id-devjazzjoni standard totali sl,

- in-numru ta' analiżijiet koinvolti fil-kisba tad-data ta' preċiżjoni.

[1] M. Thompson u R. Wood: "Pure and Applied Chemistry" 67 (4), 649-666 (1995).

--------------------------------------------------

ANNESS VI

(Artikolu 6)

IL-VALUTAZZJONI TA' L-ASSESSURI U D-DIPENDIBBILITÀ TAR-RIŻULTATI FL-ANALIŻIJIET SENSORJI

Il-proċeduri li ġejjin huma applikabbli jekk jintużaw metodi ta' punteġġ (Standard FIĦ 99C/1997).

a) (a) Kejl ta' l-"indiċi ta' ripetibbilità".

Ta' l-inqas għaxar kampjuni għandhom jiġu analizzati bħala duplikati għomja minn assessur f'perjodu ta' 12-ilxahar. Dan jiġri normalment f'bosta sessjonijiet. Ir-riżultati għall-karatteristiċi individwali ta' prodott huma valutati bl-użu ta' l-formula li ġejja:

w

=

n

meta:

w

1 : l-indiċi ta' ripetibbilità

x

i1 : punteġġ għall-ewwel valutazzjoni tal-kampjun xi

x

i2 : punteġġ għat-tieni valutazzjoni tal-kampjun xi

n : numru ta' kampjuni

Il-kampjuni li jridu jiġu valutati għandhom jirriflettu medda wiesgħa ta' kwalità. w1 m'għandiex taqbeż 1.5 (skala ta' 5 punti).

b) Il-kejl ta' l-"indiċi ta' devjazzjoni"

Dan l-indiċi jista' jintuża biex tikkontrolla jekk xi assessur jużax l-istess skala għall-valutazzjoni ta' kwalità bħal xi grupp ta' assessuri ta' esperjenza. Il-punteġġi miksuba mill-assessur jitqabblu mal-medja tal-punteġġi miksuba mill-grupp ta' assessuri.

Il-formula li ġejja tintuża għall-valutazzjoni tar-riżultati:

D

= 1 +

x

-x

x

-x

-i222n

fejn:

xi1; xi2 : ara taqsima (a)

; x

-i2 : il-medja tal-punteġġi tal-grupp ta' assessuri għall-ewwel u t-tieni valutazzjoni rispettivament tal-kampjun xi

n : in-numru ta' kampjuni (ta' l-inqas għaxra kull 12 il-xahar).

Il-kampjuni li jridu jiġu valutati għandhom jirriflettu medda ta' kwalità wiesgħa. DI m'għandiex taqbeż 1.5 (skala ta 5 punti).

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu b'xi diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom meta japplikaw din il-proċedura.

(ċ) Tqabbil tar-riżultati miksuba f'reġjunijiet differenti ta' xi Stat Membru u fi Stati Membri differenti

Fejn hu applikabbli, għandu jiġi organizzat test ta' l-inqas darba f'sena biex jitqabblu r-riżultati miksuba minn assessuri minn reġjunijet differenti. Jekk jinstabu differenzi sinifikanti, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex wieħed jidentifika r-raġunijiet u jasal għal riżultati paragunabbli.

L-Istati Membri jistgħu jorganizzaw testijiet biex iqabblu r-riżultati miksuba mill-assessuri tagħhom u minn assessuri minn Stati Membri qrib. Differenzi sinjifikanti għandhom jwasslu għal investigazzjoni fil-fond bil-iskop li wieħed jasal għal riżultati paragunabbli.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawn il-paraguni.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

(Artikolu 6)

IL-VALUTAZZJONI SENSORJA TAL-BUTIR

1. Għan

L-iskop ta' din il-proċedura għall-valutazzjoni sensorja tal-butir huwa li tipprovdi metodu uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha.

2. Definizzjonijiet

Valutazzjoni sensorja (stima) tfisser eżami ta' l-attributi ta' xi prodott bl-organi tas-sensi.

Bord ifisser grupp ta' assessuri magħżula li jaħdmu, matul l-istima, mingħajr interkomunikazzjoni, u mingħajr ma' jinfluwenzaw lil xulxin.

Punteġġ ifisser valutazzjoni sensorja minn bord, bl-użu ta' skala numerika. Nomenklatura ta' difetti għandha tintuża.

Il-gradazzjoni tfisser klassifika ta' kwalità li titwettaq fuq bażi ta' punteġġ.

Dokumenti ta' kontroll: dokumenti wżati biex jinżammu l-punteġġi individwali għal kull attribut u l-grad finali tal-prodott. (Dan id-dokument jista' jintuża biex jinżamm rekord tal-komposizzjoni kimika.)

3. Kamra tat-testijiet

3.1. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex l-assessuri fil-kamra tat-testijiet ma jiġux inflwenzati minn fatturi esterni.

3.2. Il-kamra tat-testijiet għandha tkun ħielsa minn irwejjaħ barranin u faċli li titnaddaf. Il-ħitan għandhom ikunu ta' kulur ċar.

3.3. Il-kamra tat-testijiet u d-dawl għandhom jkunu b'mod li l-propjetajiet tal-prodotti li tagħhom jrid jingħata punteġġ ma jiġux effettwati. Il-kamra jrid ikollha kontroll xieraq ta' temperatura.

4. L-għażla ta' l-assessuri

L-assessur jrid ikun midħla tal-prodotti tal-butir u jkun kompetenti biex iwettaq gradazzjoni sensorja. Il-kompetenza tiegħu għandha titkejjel fuq bażi regolari (ta' l-inqas darba fis-sena) mill-awtorità kompetenti.

5. Kondizzjonijiet meħtieġa għall-bord

In-numru ta' assessuri fil-bord għandu jkun bil-fard, bl-iċken numru tlieta. Il-maġġjoranza għandha tkun impjegata ma' l-awtorità kompetenti jew persuni awtorizzati mhux impjegati fl-industrija tal-ħalib.

Għandhom jitqiesu numru ta' fatturi qabel il-valutazzjoni biex jinkiseb l-aqwa rendiment mis-suġġetti:

- is-suġġetti m'għandhomx ikunu qegħdin ibatu minn xi mard li jista' jeffettwa r-rendiment tagħhom. F'dan il-każ, l-assessur interessat għandu jinbidel fuq il-bord b'ieħor

- is-suġġetti għandhom jaslu fil-ħin biex jieħdu sehem fil-valutazzjoni u jaraw li għandhom biżżejjed ħin biex jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom

- is-suġġetti m'għandhomx jużaw sustanzi b'riħa qawwija bħal fwieħa, lozzjoni ta' wara l-leħja, deodorant, eċċ u għandhom jevitaw li jieklu ikel b'togħma qawwija (e.g. b'ħafna ħwawar) eċċ

- is-suġġetti ma' jistawx ipejpu, jieklu jew jixorbu ħlief ilma matul l-ewwel nofs siegħa qabel il-valutazzjoni.

6. Stima tal-valur ta' kull attribut

6.1. Il-valutazzjoni sensorja għandha titwettaq b'rabta mat-tliet attributi li ġejjin: dehra, konsistenza u togħma.

Id-dehra tinvolvi l-karatteristiċi li ġejjin: kulur, safa viżibbli, trobbija ta' moffa u telf ta' ilma. It-telf ta' ilma jiġi ttestjat skond l-Istandard-FIĦ 112A/1989.

Il-konsistenza tinvolvi l-karetteristiċi li ġejjin: sodizza u kemm jista' jindilek.

Metodi fiżiċi jistgħu jiġu applikati għall-valutazzjoni tal-konsistenza tal-butir. Il-Kummissjoni tipprevedi l-armonizzazzjoni fil-ġejjieni ta' dawn il-metodi.

It-togħma tinvolvi l-karetteristiċi li ġejjin: togħma u riħa.

Devjazzjoni sinifikanti mit-temperatura rakkmandata xxekkel valutazzjoni ta' min joqgħod fuqha tal-konsistenza u t-togħma. It-temperatura hija ta' importanza kbira.

6.2. Kull attribut għandu jkun valutat b'mod sensorju separatament. Il-punteġġ jrid isir skond it-tabella 1.

6.3. Jista' jkun mixtieq għall-assessuri li jagħtu punteġġ flimkien, qabel ma jibdew stima, ta' kampjun wieħed jew aktar ta' riferiment għad-deħra, konsistenza u togħma, biex tinkiseb uniformità.

6.4. Il-punteġġ għall-aċċettazzjoni huwa kif ġej:

| Massimu | Meħtieġ |

Deħra | 5 | 4 |

Konsistenza | 5 | 4 |

Togħma | 5 | 4 |

Meta il-punteġġ meħtieġ ma jinkisibx, għandha tingħata deskrizzjoni tad-difett. Il-punteġġ mogħti minn kull assessur għal kull attribut għandu jitniżżel fid-dokument ta' kontroll. Il-prodott jiġi aċċettat jew mwarrab fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-maġġjoranza. Każijiet fejn differenzi bejn il-punteġġ individwali għal kull attribut huma usa’ mill-punteġġ ta' ħdejħ m'għandhomx jiġru spiss (mhux aktar minn darba kull 20 kampjun). Jekk le l-kompetenza tal-bord għandha tiġi kkontrollata mill-kap tal-bord.

7. Sorveljanza

Kap tal-bord li għandu jkun impjegat uffiċjali ta' l-awtorità kompetenti u jista' jkun membru tal-bord għandu jkun responsabbli b'mod ġenerali għall-proċedura sħiħa. Għandu jżomm il-punteġġ individwali għal kull attribut fid-dokument ta' kontroll u jiċċertifika jekk il-prodott hux aċċettat jew imwarrab.

8. Kampjunatura u tħejjija tal-kampjun

8.1. - Huwa mixtieq li l-identità tal-kampjuni tinħeba matul l-istima biex jiġi evitat kull preġudizzju possibbli.

- Dan għandu jiġi organizzat mill-kap tal-bord qabel il-valutazzjoni mingħajr il-preżenza tal-membri l-oħra tal-bord.

8.2. Meta titwettaq il-valutazzjoni sensorja fil-maħżen imkessaħ, l-kampjun jittieħed bl-użu ta' dewwieq tal-butir. Jekk il-valutazzjoni sensorja titwettaq f'xi post ieħor li mhux maħżen imkessaħ, allura għandu jittieħed ta' l-inqas kampjun ta' 500 g.

8.3. Waqt il-valutazzjoni, l-butir għandu jkollu temperatura ta' 10 sa 12°ċ. Devjazzjonijiet kbar għandhom jiġu evitati għall-aħħar.

9. Nomenklatura

Ara it-tabella 2 mehmuża.

Tabella 1: Punteġġi tal-butir

Dehra | Konsistenza | Togħma + aroma |

Punti | Nru [1] | Rimarki | Punti (kwalità | Nru [1] | Rimarki | Pu nti | Nru (1) | Rimarki |

5 | | Tajjeb ħafna tip idejali l-ogħla kwalità (niexef ugwali) | 5 | | Tajjeb ħafna tip idejali l-ogħla kwalità (jista' jindilek sewwa) | 5 | | Tajjeb ħafna tip idejali l-ogħla kwalità (assolutament l-ifjen pur pura) |

4 | | Tajjeb [2] | 4 | | Tajjeb [2] | 4 | | Tajjeb [2] |

| Ebda difetti evidenti | 17 | Iebes | | Ebda difetti evidenti |

| | 18 | artab | | |

3 | | Mhux ħażin (difetti żgħar) | 3 | | Mhux ħażin (difetti żgħar) | 3 | | Mhux ħażin (difetti żgħar) |

1 | Ilma ħieles (liberu) | 14 | qasir, dgħajjef, jitfarrak | 21 | mhux ċar |

2 | mhux uniformi, b'żewġ Ilwien | 15 | pastuż, artab, żejtni | 22 | togħma barranija |

3 | bl-istrixxi | 16 | iwaħħal | 25 | Aċida |

4 | varjegat, qisu rħam | 17 | iebes | 27 | togħma ta' sajran, maħruq togħma |

5 | bit-tikek | 18 | artab | 33 | togħma ta' għalf |

6 | separazzjoni taż-żejt | | | 34 | rozz, morr |

7 | lewn żejjed | | | 35 | mielaħ iż-żejjed |

8 | għamla, dgħajfa miftuħa | | | | |

2 | | Fqir (difetti evidenti) | 2 | | Fqir (difetti evidenti) | 2 | | Fqir (difetti evidenti) |

1 | Ilma ħieles (liberu) | 14 | qasir, dgħajjef, jitfarrak | 21 | mhux nadif |

3 | bl-istrixxi | 15 | pastuż, artab, żejtni | 22 | togħma barranija |

4 | varjegat, kiesu rħam | 16 | iwaħħal | 23 | Maqtuħ |

5 | bit-tikek | 17 | iebes | 25 | Aċidu |

6 | separazzjoni taż-żejt | 18 | artab | 32 | togħma ossiġenata, togħma metallika |

10 | materja barranija | | | 33 | togħma ta' għalf |

11 | bil-moffa | | | 34 | rozz, morr |

12 | melħ mhux imdewweb | | | 35 | mielaħ iż-żejjed |

| | | | 36 | togħma qarsa, maqtugħ |

| | | | 38 | togħma ta' kimika |

1 | | Fqir ħafna (difetti qawwija) | 1 | | Fqir ħafna (difetti qawwija) | 1 | | Fqir ħafna (difetti qawwija) |

1 | Ilma ħieles (liberu) | 14 | qasir, dgħajjef, jitfarrak | 22 | togħma barranija |

3 | bl-istrixxi | 15 | pastuż, artab, żejtni | 24 | togħma ta' ġobon, togħma ta' ġobon lattiku |

4 | varjegat, kiesu rħam | 16 | iwaħħal | 25 | Aċidu |

5 | bit-tikek | 17 | iebes | 26 | togħma ta' ħmira |

6 | separazzjoni taż-żejt | 18 | artab | 28 | togħma ta' moffa |

7 | lewn żejjed | | | 29 | mranġat: |

9 | ramli | | | 30 | żejtni, togħma ta' ħut |

10 | materja barranija | | | 31 | Safrani |

11 | bil-moffa | | | 32 | togħma ossiġenata, metallika togħma |

12 | melħ mhux imdewweb | | | 34 | rozz, morr |

| | | | 36 | togħma qarsa, maqtugħ |

| | | | 37 | maltuż |

| | | | 38 | togħma ta' kimika |

Tabella 2: Tabella ta' difetti tal-butir

I. Dehra

1. Ilma ħieles (liberu)

2. mhux uniformi, b'æewġ ilwien

3. bl-istrixxi

4. varjegat, kiesu rħam

5. bit-tikek

6. separazzjoni taæ-æejt

7. lewn æejjed

8. dgħajjef (għamla miftuħa)

9. ramli

10. materja barranija

11. bil-moffa

12. melħ mhux imdewweb

II. Konsistenza

14. qasir, dgħajjef, jitfarrak

15. pastuæ, artab, æejtni

16. iwaħħal

17. iebes

18. tab

III. Togħma & Aroma

20. mingħajr togħma

21. mhux nadif [3]

22. togħma barranija

23. maqtugħ

24. togħma ta' ġobon, togħma ta' ġobon lattiku

25. aċidu

26. togħma ta' ħmira

27. (a) (a) togħma ta' sajran

(b) togħma ta' ħruq

28. togħma ta' moffa

29. mranġat:

30. æejtni, togħma ta' ħut

31. safrani

32. (a) (a) togħma ossiġenata

(b) togħma ta' metall

33. togħma ta' għalf

34. rozz, morr

35. mielaħ iæ-æejjed

36. togħma qarsa, maqtugħ

37. maltuæ

38. togħma ta' kimika

[1] Tabella 2.

[2] Id-difetti msemmija taħt …tajjeb… huma biss devjazzjonijiet żgħar ħafna mit-tip idejali.

[3] li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' metodi għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u prodotti mill-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 2799/1999

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

(Artikolu 7)

IL-PROĊEDURA APPLIKABBLI META JKUN HEMM DUBJU DWAR IR-RIŻULTATI TA' XI ANALIŻI (analiżi kimika)

1. Analiżi oħra tista' issir fuq talba ta' l-operatur, sa sebgħat ijiem tax-xogħol minn meta jiġu mgħarrfa r-riżultati ta' l-ewwel analiżi, sakemm il-kampjuni ssiġilati duplikati tal-prodott huma disponibbli u ġew maħżuna b'mod xieraq ma' l-awtoritajiet kompetenti.

2. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat dawn il-kampjuni f'laboratorju ieħor, fuq talba ta' l-operatur u bi ħlas. Dan il-laboratorju għandu jkun awtorizzat biex iwettaq analiżijiet uffiċjali u għandu jkollu kompetenza ppruvata fl-analiżijiet msemmija. Din il-kompetenza għandha tkun dokumentata b'sehem siewi fi studji kollaborativi, testijiet ta' profiċjenza jew tqabbil bejn laboratorji. It-tieni laboratorju għandu juża l-metodu ta' riferiment. Ir-riżultati miksuba miż-żewġ laboratorji għandhom jiġu valutati kif ġej:

(a) Meta ż-żewġ laboratorji jħarsu r-rekwiżit ta' ripetibbilità u r-rekwiżit ta' riproduċibbilità

Il-medja aritmetika tar-riżultati tat-test miksuba miż-żewġ laboratorji titniżżel bħala r-riżultat finali. Dan ir-riżultat finali jiġi valutat billi titqies id-differenza kritika, bl-użu tal-formula li ġejja:

CrD

y

- m

=

2

1 -

2n

-

2n

2

fejn

y

- : il-medja aritmetika tar-riżultati kollha miksuba miż-żewġ laboratorji

mo : limitu

R : riproduċibbilità

r : ripetibbilità

n1 : in-numru ta' riżultati miksuba mill-laboratorju 1

n2 : in-numru ta' riżultati miksuba mil-laboratorju 2

Nota:

Jekk ir-riżultat finali jitkejjel bl-użu tal-formuli

x = y

± y

jew

x = y

/y

(ara l-Anness IV(3) u (4), rispettivament), R2x u r2x għandhom jiddaħħlu fil-formuli minnflok R2 u r2.

(b) Meta ż-żewġ laboratorji jħarsu r-rekwiżit ta' ripetibbilità iżda mhux r-rekwiżit ta' riproduċibbilità

Jekk it-tieni analiżi tikkonferma dik ta' l-ewwel, il-kwalità analizzata għandha titwarrab bħala mhux konformi. Inkella, l-kwalità għandha tiġi aċċettata.

(ċ) Meta laboratorju wieħed biss jħares ir-rekwiżit ta' ripetibbilità

Ir-riżultat finali tal-laboratorju li jħares ir-rekwiżit ta' ripetibbilità għandu jintuża biex wieħed jiddeċidi jekk jaċċettax il-kwalità analizzata.

(d) Meta ebda laboratorji ma jħares r-rekwiżit ta' ripetibbilità iżda r-rekwiżit ta' riproduċibbilità jitħares

(a) japplika.

(e) Meta ebda laboratorju ma jħares jew r-rekwiżit ta' ripetibbilità jew r-rekwiżit ta' riproduċibbilità

Il-kwantità analizzata għandha tiġi aċċettata jekk ir-riżultati miksuba minn laboratorju wieħed iwasslu għal din il-konklużjoni.

(f) Meta ir-riżultati jkunu nkisbu bl-użu ta' metodi mhux konvalidati

Il-kwantità analizzata għandha tiġi aċċettata jekk ir-riżultati miksuba minn laboratorju wieħed iwasslu għal din il-konklużjoni.

3. Ir-riżultati tat-tieni analiżi għandhom jiġu mgħarrfa mill-awtorità kompetenti lill-operatur kemm jista' jkun malajr. L-ispejjeżtat-tieni analiżi għandhom jitħallsu mill-operatur jekk il-kwantità analizzata titwarrab.

4. Jekk l-operatur jista' jipprova, fi żmien ħamest ijiem mill-kampjunatura, li l-proċedura ta' kampjunatura ma saritx sewwa, l-kampjunatura għandha terġa’ ssir fejn hu possibbli. Jekk il-kampjunatura ma tistax terġa’ ssir, il-kwantità analizzata għandha tiġi aċċettata.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

(Artikolu 8)

IL-KEJL TAL-KONTENUT TA' ILMA FIL-BUTIR

1. Għan u qasam ta' applikazzjoni

Dan il-metodu ta' riferiment jispeċifika metodu ta' kejl tal-kontenut ta' ilma tal-butir.

2. Riferiment

Standard FIĦ 50 C: 1995 - Ħalib u prodotti tal-ħalib - Metodi ta' kampjunatura

3. Definizzjoni

Kontenut ta' ilma tal-butir: it-telf ta' massa wara t-tmiem tal-proċess ta' sħana speċifikat f'dan l-istandard. Jitfisser fi grammi kull 100 gramma.

4. Prinċipju

L-evaporazzjoni ta' l-ilma minn porzjon tat-test fil-preżenza tal-ħaffiefa b'temperatura ta' 102 °C f'forn li jnixxef.

5. Apparat u materjal

Apparat tal-laboratorju tas-soltu u, b'mod partikolari:

5.1. Miżien analitiku, b'sensitività ta' 1 mg.

5.2. Dessikatur li jkollu aġent effiċjenti ta' tnixxif (pereżempju, "silica gel" mnixxfa friska b'indikatur idroskopiku).

5.3. Forn tat-tnixxif, ventilat, ikkontrollat termostatikament, li jaħdem b'tempreatura ta' 102 ± 2 °C matul il-wisa' kollu ta' fejn isir ix-xogħol.

5.4. Ħġieġ, porċellana jew dixxijiet tal-metal li ma jitmermrux, għoli ta' bejn wieħed u ieħor 20 mm, dijametru ta' bejn 60 u 80 mm.

5.5. Ħaffiefa, mrammla, maħsula b'dijametru ta' 0,8 -10 mm.

6. Kampjunatura

Ara FIĦ 50 C: 1995

7. Proċedura

7.1. Tħejjija tal-kampjun tat-test.

Saħħan il-kampjun tal-laboratorju fil-ħġieġa magħluqa jew kontenitur tal-plastika xieraq, li għandu jkun bejn nofs u żewġ terzi mimli, sa temperatura li fiha l-kampjun ikun biżżejjed artab biex jippermetti taħlit sewwa sa stat ta' omoġenejita (jew b'xaker mekkaniku jew bl-idejn). It-temperatura tat-taħliet m'għandiex normalment taqbeż 35 °C. Kessaħ il-kampjun sat-temperatura ta' l-ambjent. Kemm jista' jkun malajr wara t-tkessiħ iftaħ il-kontenitur tal-kampjun u ħawwad għal ftit (mhux aktar minn 10 sekondi) b'mezz xieraq, per eżempju kuċċarina jew spatula, qabel ma tiżen.

7.2. Kejl tal-kontenut ta' ilma

7.2.1. Qiegħed bejn wieħed u ieħor 10 g tal-ħaffiefa fid-dixx (5.4).

7.2.2. Nixxef id-dixx bil-pomiċi fil-forn (5.3) b'tempertura ta' 102 ± 2 °C għal ta' l-inqas siegħa.

Nota:

il-perjodi ta' tnixxif imsemmija fi 7.2.2, 7.2.5 u 7.2.7 jibdew meta t-temperatura tal-forn tilħaq 102 ± 2 °C.

7.2.3. Ħalli d-dixx jiksaħ fid-dessikatur (5.2) sat-temperatura tal-kamra ta' l-użin u iżen sa l-eqreb 1 mg.

7.2.4. Iżen fid-dixx, sa l-eqreb 1 mg, porzjon tat-test ta' bejn wieħed u ieħor 5 g tal-kampjun tat-test.

7.2.5. Qiegħed il-kampjun fil-forn b'temperatura ta'102 ± 2 °C ċ u ħallieh għal tliet siegħat.

7.2.6. Ħalli d-dixx jiksaħ fid-dessikatur sat-temperatura tal-kamra ta' l-użin u iżen sa l-eqreb 1 mg.

7.2.7. Irrepeti l-proċess ta' tnixxif għal perjodi addizzjonali ta' siegħa, billi tkessaħ u tiżen kull darba kif speċifikat fi 7.2.6 sakemm massa kostanti (bidla ta' massa li ma taqbiżx 1 mg) tintlaħaq.

F'każta' żieda fil-massa, ħu għall-kalkolu l-anqas massa reġistrata.

8. L-espressjoni tar-riżultati

8.1. Metodu ta' kalkolu u l-formula

Ikkalkola l-kontenut ta' ilma, W, bħala perċentwali ta' massa bl-użu tal-formula li ġejja:

W =

m

- m

m

- m

× 0

Meta

mo hija l-massa fi grammi tad-dixx bil-pomiċi (7.2.3)

m1 hija l-massa fi grammi, tal-poræjon tat-test, d-dixx u l-pomiċi qabel it-tnixxif (7.2.4)

m2 hija l-massa fi grammi, tal-poræjon tat-test, d-dixx u l-pomiċi wara t-tnixxif (7.2.7)

Agħti r-riżultat sa punt wieħed deċimali.

8.2. Ripetibbilità

Id-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli singoli, mwettqa fl-istess ħin jew wieħed eżatt wara l-ieħor mill-istess operatur taħt l-istess kondizzjonijiet fuq materjal tat-test identiku, m'għandiex taqbeż 0,2 %

8.3. Riproduċibbilità

Id-differenza assoluta bejn żewġ riżultati singoli u indipendenti, miksuba minn żewġ operaturi li qed jaħdmu f'laboratorji differenti fuq materjal ta' test identiku, m'għandiex taqbeż 0,3 %.

9. Ir-rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jispeċifika l-metodu użat u r-riżultati miksuba. Għandu wkoll isemmi d-dettalji kollha ta' tħaddim mhux speċifikati f'dan l-istandard internazzjonali jew meqjusa bħala fakoltattivi, flimkien ma' dettalji ta' xi inċidenti li setgħu kellhom influwenza fuq ir-riżultati. Ir-rapport tat-test għandu jinkludi t-tagħrif kollu meħtieġ għall-identifikazzjoni sħiħa tal-kampjun.

--------------------------------------------------

ANNESS X

(Artikolu 8)

BUTIR: IL-KEJL TAL-KONTENUT TA' SOLIDI MINGĦAJR XAĦAM

1. Għan u qasam ta' applikazzjoni

Dan l-istandard jispeċifika metodu ta' kejl tal-kontenut ta' solidi mingħajr xaħam fil-butir.

2. Riferimenti

FIĦ 50 C: 1995 - Ħalib u prodotti tal-Ħalib - Metodi ta' kampjunatura

3. Definizzjonijiet

Kontenut ta' solidi mingħajr xaħam fil-butir: Il-perċentwali ta' massa ta' sustanzi kif mkejla bil-proċedura speċifikata. Titfisser fi grammi kull 100 gramma.

4. Prinċipju

Evaporazzjoni ta' l-ilma minn massa magħrufa ta' butir, estrazzjoni tax-xaħam b'petroleum ħafif u l-użin tal-fdal.

5. Reaġent

Petroleum ħafif b'medda ta' togħlija bejn 30 u 60 °C. Ir-reaġent m'għandux iħalli aktar minn 1 mg ta' fdal wara l-evaporazzjoni ta' 100 ml.

6. Apparat u materjal

6.1. Sensitività ta' l-użin analitiku ta' 1 mg.

6.2. Desikkatur provdut b'aġent ta' tnixxif effiċjenti (per eżempju, silica gel mnixxef frisk b'indikatur idroskopiku).

6.3. Forn tat-tnixxif, ventilat, ikkontrollat termostatikament, li jaħdem b'temperatura ta' 102 ± 2 °C matul il-wisgħa kollha ta' fejn isir ix-xogħol.

6.4. Ħġieġ, porċellana jew dixxijiet tal-metal li ma jitmermrux, b'żennuna għolja madwar 20 mm, dijametru 60 sa 80 mm, provdut b'qasba tal-ħġieġ biex tħawwad.

6.5. Kroċjolu bil-filter, ħġieġ sinterizzat, dijametru tal-pori 16 sa 40 mm, bi flixkun aspiratur.

7. Kampjunatura

Ara l- Istandard FIĦ 50 C: 1995

8. Proċedura

8.1. Tħejjija tal-kampjun tat-test:

Saħħan il-kampjun tal-laboratorju fil-ħġieġ magħluq jew kontenitur tal-plastika xieraq, li għandu jkun minn nofs sa żewġ terzi mimli, sa temperatura li fiha l-kampjun ikun artab biżżejjed biex jippermetti taħliet sewwa sa stat omoġeneju (jew b'xaker mekkaniku jew bl-idejn). It-temperatura tat-taħliet m'għandiex normalment taqbeż 35 °C. Kessaħ il-kampjun sat-temperatura ta' l-ambjent. Kemm jista' jkun malajr wara t-tkessiħ iftaħ il-kontenitur tal-kampjun u ħawwad għal ftit (mhux aktar minn 10 sekondi) b'mezz xieraq, per eżempju kuċċarina jew spatula, qabel ma tiżen.

8.2. Kalkolu

8.2.1. Nixxef id-dixx bil-qasba (6.4) u l-kroġjolu (6.5) fil-forn (6.3) għal siegħa. Ħalli dawn l-oġġetti jiksħu fid-dessikatur u iżinhom flimkien (i.e. dixx, qasba u kroċjolu) sa l-eqreb 1 mg (m0).

Noti:

- Bħala regola, 45 minuta ta' tkessiħ huma biżżejjed,

- Huwa importanti li l-istess kombinazzjoni ta' dixx, qasba u kroġjolu tintuża għal kull porzjon tat-test jekk aktar minn porzjon wieħed ta' test qed jiġi analizzat fil-grupp.

8.2.2. Neħħi l-kroġjolu, ikteb il-piżtad-dixx u l-qasba flimkien, sa l-eqreb 1 mg (m1).

8.2.3. Iżen fid-dixx, sa l-eqreb 1 mg, porzjon tat-test ta' madwar 5 g tal-kampjun tat-test. (8.1) (m2).

8.2.4. Qiegħed id-dixx (bil-qasba u l-butir) fil-forn b'temperatura ta' 102 ± 2 °C u ħallih lejl.

8.2.5. Ħalli d-dixx (8.2.3) jiksaħ sat-temperatura tal-kamra.

8.2.6. Żid 15 ml ta' petroleum ħafif fietel (madwar 25 °C) fid-dixx u neħħi kemm jista' jkun mis-sediment li jeħel mad-dixx bil-qasba tal-ħġieġ. Ferra’ is-solvent għal ġol kroġjolu u erħilu jiffiltra fil-flixkun aspiratur.

8.2.7. Agħmel l-operazzjoni 8.2.6. għal erba' darbiet oħra. Jekk m'hemmx traċċi ta' xaħam fil-wiċċ tad-dixx, erfa' kwantitativament, matul ir-raba' tlaħlieħa, kemm jista' jkun mis-sediment għal ġol kroġjolu. Inkella, irripeti l-operazzjoni 8.2.6 sakemm twarrab għal kollox kull traċċja ta' xaħam.

8.2.8. Laħlaħ is-sediment fil-kroġjolu b'25 ml ta' pertroleum ħafif fietel.

8.2.9. Nixxef id-dixx u l-qasba, u l-kroġjolu flimkien fil-forn b'temperatura ta' 102 ± 2 °C għal tletin minuta.

8.2.10. Ħallihom jiksħu fid-dessikatur sat-temperatura tal-kamra u iżen sa l-eqreb 1 mg.

8.2.11. Ħalli l-operazzjonijiet 8.2.9 u 8.2.10 sakemm massa kostanti (bidla fil-massa mhux aktar minn 1 mg) tintleħaq għad-dixx, qasba u kroġjolu flimkien (m3).

9. Tfissir tar-riżultati

9.1. Kalkolu tal-kontenut ta' solidi mingħajr xaħam

Ikkalkola l-kontenut ta' solidi mingħajr xaħam, SMX, bħala perċentwali ta' massa bl-użu tal-formula li ġejja:

SNF =

m

- m

m

- m

× 100

meta

m0 hija l-massa, fi grammi, tad-dixx vojt bil-qasba tal-ħġieġ u l-kroġjolu (8.2.1)

m1 hija l-massa, fi grammi, tad-dixx vojt bil-qasba tal-ħġieġ (8.2.2)

m2 hija l-massa, fi grammi, tal-porzjon tat-test u d-dixx bil-qasba tal-ħġieġ (8.2.3)

m3 hija l-massa finali, fi grammi, fidd-dixx bil-qasba u l-kroġjolu bis-sediment fiħ (8.2.11)

Agħti r-riżultat sa punt wieħed deċimali.

9.2. Ripetibbilità

Id-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli singoli, mwettqa fl-istess ħin jew wieħed eżatt wara l-ieħor mill-istess operatur taħt l-istess kondizzjonijiet fuq materjal tat-test identiku, m'għandiex taqbeż 0,1 %.

9.3. Riproduċibbilità

Id-differenza assoluta bejn żewġ riżultati singoli u indipendenti, miksuba minn żewġ operaturi li qed jaħdmu f'laboratorji differenti fuq materjal ta' test identiku, m'għandiex taqbeż 0,2 %.

10. Ir-rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jispeċifika l-metodu użat u r-riżultati miksuba. Għandu wkoll isemmi d-dettalji kollha ta' tħaddim mhux speċifikati f'dan l-istandard internazzjonali jew meqjusa bħala fakoltattivi, flimkien ma' dettalji ta' xi inċidenti li setgħu kellhom influwenza fuq ir-riżultati. Ir-rapport tat-test għandu jinkludi t-tagħrif kollu meħtieġ għall-identifikazzjoni sħiħa tal-kampjun.

Nota:

Jekk jiġi analizzat il-butir mielaħ, il-melħ miæjud jitkejjel bħala solidi mingħajr xaħam. Għall-kejl tal-kontenut ta' solidi mingħajr xaħam fil-ħalib, il-kontenut ta' melħ miæjud għandu jitnaqqas mill-kontenut ta' solidi mingħajr xaħam. Il-figuri ta' preċiæjoni kkalkulati għall-kejl tas-solidi mingħajr xaħam fil-ħalib huma:

Ripetibbilità : r = 0,104%

Riproduċibbilità : R = 0,206%.

Wieħed jista' jikkonkludi li l-figuri ta' preċiżjoni miksuba għall-kejl ta' solidi mingħajr xaħam huma validi għall-kejl tal-kontenut ta' solidi mingħajr xaħam fil-ħalib.

--------------------------------------------------

ANNESS XI

(Artikolu 8)

IL-KEJL TAL-KONTENUT TA' XAĦAM FIL-BUTIR

Il-kontenut ta' xaħam jinkiseb indirettament bil-kejl tal-kontenut ta' ilma u l-kontenut ta' solidi mingħajr xaħam skond l-Anness IX u l-Anness X, rispettivament. Il-perċentwali, bil-massa, ta' xaħam huwa ugwali għal

100 -

W+SMG

meta

W : hija l-perċentwali, bil-massa, ta' ilma

SMX : hija l-perċentwali, bil-massa, ta' solidi mingħajr xaħam

Il-figuri ta' preċiżjoni kkalkulati għall-kejl tax-xaħam huma:

Ripetibbilità: | r = 0,22 %. |

Riproduċibbilità: | R = 0,36 %. |

--------------------------------------------------

ANNESS XII

(Artikolu 9)

IL-KEJL TAL-KONTENUT TA' VANILLINA FIL-BUTIR IKKONĊENTRAT, BUTIR JEW KREMA PERMEZZ TA' KROMATOGRAFIJA LIKWIDA TA' RENDIMENT GĦOLI

1. Għan u qasam ta' applikazzjoni

Il-metodu jiddeskrivi proċedura għall-kejl kwantitattiv ta' vanillina fil-butir ikkonċentrat, butir jew krema.

2. Prinċipju

Estrazzjoni ta' kwantità magħrufa ta' kampjun b'taħlita ta' isopropanol/ethanol/acetonitrile (1:1:2). Preċipitazzjoni tal-parti l-kbira ta' xaħam permezz ta' tkessiħ bejn –15 °C u –20 °C, segwita miċ-ċentrifugazzjoni.

Wara ż-żieda ta' ilma, kejl tal-kontenut ta' vanillina permezz ta' kromatografia likwida ta' rendiment għoli (KLRG)

3. Apparat

Apparat tal-laboratorju tas-soltu u, b'mod partikolari, dan li ġej:

3.1. friża, li taħdem f'medda ta' temperatura –15 °C sa –20 °C,

3.2. siringi, li jintużaw darba ta' 2 ml kapaċità;

3.3. mikrofiltri b'membrana bid-daqs tal-pori ta' 0,45 mm, li jifilħu għal soluzzjoni ta' 5 % ta' soluzzjoni ta' estrazzjoni (4.4);

3.4. sistema likwida ta' kromatografija li tikkonsisti f'pompa (b'saħħa ta' 1,0 ml/min), injettur (injezzjoni ta' 20 ml, awtomatika jew bl-idejn), rilevatur UV (li jaħdem fuq 306 nm, 0,01 skala sħiħa AU), rikorder jew integrejter u termostat kolonna li jaħdem fuq 25 °C;

3.5. kolonna analitika (250 mm x 4,6 mm ID) ippakkjata b’LiChrospher RP 18 (Merck, 5 mm) jew l-ekwivalenti;

3.6. kolonna ta' għassa (ca. 20 mm x 3 mm ID) ippakkjata xotta b’Perisorb RP 18 (30 sa 40 mm) jew l-ekwivalenti.

4. Reaġenti

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' kwalità analitika rikonoxxuta.

4.1. Isopropanol

4.2. Ethanol 96 % (v/v)

4.3. Acetonitrile.

4.4. Soluzzjoni ta' estrazzjoni

Ħallat l-isopropanol (4.1), l-ethanol (4.2) u l-acetonitrile (4.3) fi-proporzjon ta' 1:1:2 (v/v).

4.5. Vanillina (4-hydroxy-3-methoxybenzaldehyde)

4.5.1. Vanillina soluzzjoni ta' provista (= 500 mg/ml)

Iżen sewwa sa 0,1 mg madwar 50 mg (CM mg) vanillina (4.5) fi flixkun volumetriku ta' 100 ml, żied 25 ml ta' soluzzjoni ta' estrazzjoni (4.4) u kompli bl-ilma.

4.5.2. Vanillina soluzzjoni ta' provvista (= 10 mg/ml).

Tella’ bil-pipetta 5ml ta' soluzzjoni ta' provvista ta' vanillina (4.5.1) għal ġo flixkun volumetriku ta' 250 ml u kompli imla bl-ilma.

4.6. Metanol, kwalità HPLC

4.7. Aċidu aċetiku, glaċjali

4.8. Ilma, kwalità HPLC

4.9. Fażi mobbli HPLC

Ħallat 300 ml metanol (4.6) ma' madwar 500 ml ilma (4.8) u 20 ml aċidu aċetiku (4.7) fi flixkun volumetriku ta' 1000 ml u kompli bl-ilma (4.8). Iffiltra minn ġo filtru ta' 0,45 mm (3.3).

5. Proċedura

5.1. Tħejjija tal-kampjun tat-test.

5.1.1. Butir

Saħħan il-kampjun sa kemm jibda' jdub. Evita sħana żejda lokali ‘l fuq minn 40 °C. Meta l-kampjun isir biżżejjed plastiċizzat, omoġeneizzah billi tħawdu. Ħawwad il-butir għal 15 s qabel ma tiehu kampjun. Iżen sa' l-eqreb 1 mg, madwar 5 g (SM g) ta' butir ġo flixkun volumetriku ta'100 ml.

5.1.2. Butir ikkonċentrat

Immedjatament qabel il-kampjunatura qiegħed il-kontenitur, bil-butir ikkonċentrat, ġewwa forn madwar 40 sa 50 °C sa kemm idub kompletament. Ħawwad il-kampjun billi ddawwru jew tħawdu, filwqat li tevita li jissawwru bżieżaq ta' l-arja b'taħwid qawwi wisq. Iżen, sa' l-eqreb 1 mg, madwar 4 g (SM g) ta' butir ikkonċentrat ġo flixkun volumetriku ta'100 ml.

5.1.3. Krema.

Saħħan il-kampjun f'banju ta' ilma jew inkubatur madwar temperatura ta' 35 sa 40 °C. Qassam ix-xaħam b'mod omoġeneju billi ddawar u, jekk jinħtieġ, billi tħawwad. Kessaħ il-kampjun malajr sa 20 ± 2 °C. Il-kampjun għandu jidher omoġeneju, inkella l-proċedura għandha terġa’ ssir. Iżen, sa' l-eqreb 1 mg, madwar 10 g (SM g) ta' krema ġo flixkun volumetriku ta'100 ml.

5.2. Tħejjija tas-soluzzjoni tat-test

Żid madwar 75 ml ta' soluzzjoni ta' estrazzjoni (4.4) mal-porzjon tat-test (5.1.1, 5.1.2 jew 5.1.3), ħawwad, jew ċaqlaq bis-saħħa, għal madwar 15-il minuta u kompli bis-soluzzjoni ta' estrazzjoni (4.4). Ferra’ madwar 10 ml ta' dan l-estratt ġewwa tubu tat-testijiet bit-tapp. Qiegħed it-tubu tat-testijiet ġewwa l-friża (3.1) u ħallih hekk għal madwar 30 minuta. Iċċentrifuga l-estratt kiesaħ għal 5 minuti fuq madwar 2000 rpm u ferra’ minnufih. Ħalli s-soluzzjoni mferragħ (8.2.3) tiksaħ sat-temperatura tal-kamra. Tella’ bil-pipetta 5ml tas-soluzzjoni mferrgħagħal ġo flixkun volumetriku ta' 100 ml u kompli imla bl-ilma. Iffiltra alikwota minn ġewwa mikrofiltru tal-membrana (3.3). L-iffiltrat huwa lest għal kejl bl-HPLC

5.3. Kalibratura

Tella’ bill-pipetta 5 ml ta' soluzzjoni standard ta' vanillina (4.5.2) ġewwa flixkun volumetriku ta' 100ml. Żid 5 ml ta' soluzzjoni ta' estrazzjoni (4.4) u kompli sal-marka bl-ilma. Din is-soluzzjoni fiha 0,5 mg/ml ta' vanillina.

5.4. Kejl bl-HPLC

Ħalli s-sistema kromatografika ssir stabbli għal madwar 30 minuta. Injetta s-soluzzjoni standard (5.3). Erġa agħmel dan sa kemm id-differenza fl-arja tal-quċċata jew l-għoli tal-quċċata bejn żewġ injezzjonijiet wara xulxin hija anqas minn 2 %. Taħt il-kondizzjonijiet deskritti ż-żmien ta' ritenzjoni ta' vanillina huwa madwar 9 minuti. Analizza s-soluzzjoni standard (5.3) b'mod duplikat billi tinjetta 20 ml. Injetta 20 ml. tas-soluzzjonijiet tat-test (5.2). Kejjel l-arja jew l-għoli tal-quċċata ta' vanillina miksuba. Erġa agħmel l-injezzjoni duplikata tas-soluzzjoni standard (5.3) biddel 10 injezzjonijiet tal-kampjuni tat-test (5.2).

6. Il-kalkolu tar-riżultati

Ikkalkola l-arja (jew għoli) medja ta' quċċata (AC), tal-quċċati ta' vanellina assoċjati ma' l-injezzjonijiet duplikati bracketing għal kull grupp ta' soluzzjonijiet ta' test (erbgħa arji jew għolijiet b'kollox).

Ikkalkola l-fattur ta' respons (R ):

R = AC/CM

meta CM hija l-massa ta' vanillina f'mg (4.5.1).

Il-kontenut (mg/kg) ta' vanillina (C) fil-kampjun tat-test jitkejjel bi:

C =

AS × 20 × 0,96SM × R

meta:

AS = arja ta' quċċata tal-quċċata ta' vanillina tal-kampjun tat-test

SM =

massa tal-kampjum tat-test fi g (5.1.1, 5.1.2 jew 5.1.3).

Fejn il-krema tiġi analizzata għall-vanillina, il-konċentrazzjoni tracer għandha titfisser bħala mg tracer/kg ta' xaħam fil-ħalib. Dan isir bil-moltiplikazzjoni ta' C b'100/f. f huwa l-kontenut ta' xaħam fil-krema f'perċentwali (m/m).

20 = fattur li jżomm kont tad-diluwizzjonijiet ta' l-istandard u l-kampjun tat-test

0,96 = fattur ta' korrezzjoni għal kontenut ta' xaħam fl-ewwel diluwizzjoni tal-kampjun tat-test

Nota:

Minnflok arja ta' quċċata, jistgħu jintużaw għolijiet ta' quċċata (ara 8.3).

7. Preċiżjoni tal-metodu

7.1. Ripetibbilità (r)

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa ġewwa l-iqsar intervall ta' ħin possibbli, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 16 mg/kg.

7.2. Riproduċibbilità (R)

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi f'laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 27 mg/kg.

8. Limiti ta' tollerenza

8.1. Tliet kampjuni għandhom jittieħdu mill-prodott ittraċċjat sabiex tiġi kkontrollata l-omoġeneità.

8.2. Tracer miksub jew mill-vanilla jew mill-vanillina sintetika:

8.2.1. Ir-rata ta' inkorporazzjoni għal 4-hydroxy-3-methoxybenzaldehyde hija ta' 250 g kull tunnellata ta' butir ikkonċentrat jew butir. Fejn tiġi ttraċċjata l-krema, r-rata ta' inkorporazzjoni hija 250 g kull tunnellata ta' xaħam tal-ħalib.

8.2.2. Ir-riżultati għat-tliet kampjuni miksuba mill-analiżi tal-prodott jintużaw biex tikkontrolla r-rata u l-omoġeneità ta' l-inkorporazzjoni tat-tracer u l-anqas minn dawn ir-riżultati jitqabbel mal-limiti li ġejjin (differenza kritika għal 95 % ta' livell ta' probabbilità (DCr95) meqjusa):

- 221,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni),

- 159,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni).

Il-konċentrazzjoni tracer tal-kampjun bl-anqas riżultat tintuża flimkien ma' l-interpolazzjoni bejn 221,0 mg/kg u 159,0 mg/kg.

8.3. Tracer miksub esklużivament minn żibeġ tal-vanilla jew estratti integrali minnhom:

8.3.1. Ir-rata ta' inkorporazzjoni għal 4-hydroxy-3-methoxybenzaldehyde hija ta' 100 g kull tunnellata ta' butir ikkonċentrat jew butir. Fejn tiġi ttraċċjata l-krema, ir-rata ta' inkorporazzjoni hija 100 g kull tunnellata ta' xaħam tal-ħalib.

8.3.2. Ir-riżultati għat-tliet kampjuni miksuba mill-analiżi tal-prodott jintużaw biex tikkontrolla r-rata u l-omoġeneità ta' l-inkorporazzjoni tat-tracer u l-anqas minn dawn ir-riżultati jitqabbel mal-limiti li ġejjin (differenza kritika għal 95 % ta' livell ta' probabbilità (DCr95) meqjusa):

- 79,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni),

- 54,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni).

Il-konċentrazzjoni tracer tal-kampjun bl-anqas riżultat tintuża flimkien ma' l-interpolazzjoni bejn 79,0 mg/kg u 54,0 mg/kg.

9. Noti

9.1. Ir-ripetibbilità r hija l-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn żewġ riżultati singoli ta' testijiet miksuba bl-istess metodu fuq materjal identiku ta' test, taħt l-istess kondizzjonijiet (l-istess apparat, l-istess laboratorju, u f'intervall qasir ta' ħin), wieħed jista' jistenna li taqa' bi probabbilità speċifikata; fin-nuqqas ta' indikazzjonijiet oħra, il-probabbilità hija ta' 95 %.

9.2. Ir-riproduċibbilità R hija l-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn żewġ riżultati singoli ta' testijiet miksuba bl-istess metodu fuq materjal identiku ta' test, taħt kondizzjonijiet differenti (operaturi differenti, apparat differenti, laboratorji differenti, u/jew ħin differenti), wieħed jista' jistenna li taqa' bi probabbilità speċifikata; fin-nuqqas ta' indikazzjonijiet oħra, il-probabbilità hija ta' 95 %.

9.3. Ir-rikupru ta' vanillina miżjuda fuq livell ta' 250 mg/kg żejt tal-butir ivarja minn 97,0 sa 103,8. Il-kontenut medju misjub kien 99,9 % b'devjazzjoni standard ta' 2,7 %.

9.4. Is-soluzzjoni standard fiha 5 % soluzzjoni ta' estrazzjoni biex tpatti għat-twessigħ tal-quċċata kkawżat mill-preżenza ta' 5 % tas-soluzzjoni ta' estrazzjoni tal-kampjuni tat-test. Dan jippermetti l-kwantifikazzjoni permezz ta' l-għoli tal-quċċata.

9.5. L-analiżi hija bbażata fuq linja ta' kalibratura lineari b'interċettazzjoni ta' żero.

Bl-użu ta' dilwizjonijiet xierqa tas-soluzzjoni standard (4.5.2), il-linearità għandha tiġi kkontrollata l-ewwel darba li titwettaq l-analiżi imbagħad f’intervalli regolari u wara tibdil ta' jew tiswija fl-apparat ta' l-HPLC.

--------------------------------------------------

ANNESS XIII

(Artikolu 9)

IL-KEJL TA' L-ETHYL ESTER TAL-BETA-APO-8'-CAROTENIC ACID FIL-BUTIR IKKONĊENTRAT U L-BUTIR BL-ISPETTROMETRIJA

1. Għan u qasam ta' applikazzjoni

Il-metodu jiddeskrivi proċedura għall-kejl kwantitattiv ta' ethyl ester ta’ l-aċidu beta-apo-8'-carotenic (apo-carotenic ester) fil-butir ikkonċentrat u l-butir. L-apo-carotenic ester hija l-għadd ta' sustanzi preżenti f‘estratt ta' kampjuni miksuba taħt il-kondizzjonijiet deskritti fil-metodu li jassorbu d-dawl fuq 440 nm.

2. Prinċipju

Ix-xaħam tal-butir jiddewweb fil-petroleum ħafif u l-assorbenza mkejla fuq 440 nm. Il-kontenut ta' apo-carotenic ester huwa mkejjel b'riferiment għal standard estern.

3. Apparat

3.1. Pipetti - kalibrati, ta' kapaċità ta' 0.25, 0.50, 0.75 u 1.0 ml

3.2. Spettrofotometru - xieraq għall-użu fuq 440 nm (u 447 - 449 nm) u attrezzat b'ċelluli ta' trajettorja ottika ta' 1ċm tul.

3.3. Flixken volumetriċi, 20 ml u 100 ml

3.4. Użin analitiku, sensitività ta' 0.1 mg.

4. Reaġenti

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' grad analitiku magħruf.

4.1. Sospensjoni apo-carotenic ester (madwar 20 %)

4.1.1. Sib il-kontenut tas-sospensjoni kif ġej:

Iżen madwar 400 mg fi flixkun volumetriku (100 ml), ħollhom f'20 ml kloroforma (4.4) u żied il-volum bis-Cyclohexane (4.5). Dewweb 5 ml ta' din is-soluzzjoni sa 100 ml bis-Cyclohexane (soluzzjoni A). Dewweb 5 ml tas-soluzzjoni A sa 100 ml bis-Cyclohexane. Kejjel l-assorbenza fuq 447-449 nm (kejjel il-massimu kontra s-Cyclohexane bħala vojt bl-użu ta' ċelluli ta' trajettorja ottika ta' 1 ċm tul).

Apo-carotenic ester content

=

A max · 40000A · 2250

Amax = assorbenza tas-soluzzjoni ta' kejl fil-massimu

A = piżtal-kampjun (g)

2250 = valur ta' riferiment A (1 %, 1 ċm)

Is-safa tas-sospensjoni hija P ( %).

Nota:

Is-sospensjoni ta' apo-carotenic ester hija sensitiva għall-arja, sħana u dawl. Fil-kontenitur mhux miftuħ oriġinali (issiġillat taħt in-nitroġenu) u f'post frisk tista' tinżamm għal madwar 12-il xahar. Wara l-ftuħ il-kontenut għandu jintuża f'qasir żmien.

4.1.2. Soluzzjoni ta' Apo-carotenic ester, madwar 0,2 mg/ml

Iżen sa l-eqreb 0.1 mg madwar 0.100 g ta' sospensjoni ta' apo-carotenic ester (4.1.1) (Wg), ħoll fl-ispirtu tal-petroleum (4.2), ittrasferixxi kwantitativament ġewwa flixkun volumetriku ta' kapaċità ta' 100 ml, u żid sal-marka bl-ispirtu tal-petroleum.

Din is-soluzzjoni fiha (W.P)/10 mg/ml ta' apo-carotenic ester.

Nota:

Din is-soluzzjoni għandha tinżamm f'post frisk fid-dlam. Armi xi soluzzjoni mhux użata wara xahar.

4.2. Spirtu tal-petroleum (40 - 60 °ċ).

4.3. Sulfat tas-sodju, anidrus, ramli, mnixxef minn qabel madwar 102 °C għal sagħtejn.

4.4. Kloroforma.

4.5. Cyclohexane.

5. Proċedura

5.1. Tħejjija tal-kampjun tat-test.

5.1.1. Butir ikkonċentrat

Ħoll il-kampjun ġewwa forn madwar 45 °C.

5.1.2. Butir

Ħoll il-kampjun ġewwa forn madwar 45 °C u ffiltra porzjon rappreżentattiv minn ġo filtru li jkollu madwar 10 g ta' sulfat tas-sodju anidrus (4.3) f'ambjent mħares minn dawl qawwi naturali u artifiċjali u miżmum f'temperatura ta' 45 °C. Iġbor ammont xieraq ta' xaħam tal-butir.

5.2. Kalkolu

Iżen, sa' l-eqreb 1 mg madwar 1 g ta' butir ikkonċentrat (jew xaħam tal-butir estratt (5.1.2)), (Mg). Ittrasferixxi kwantitivament ġewwa flixkun volumetriku ta' 20 ml (Vml) billi tuża l-ispirtu tal-petroleum (4.2), żid sal-marka u ħawwad sewwa.

Ittrasferixxi alikwota f'ċellula ta' 1 ċm u kejjel l-assorbenza fuq 440 nm, kontra vojt ta' spiritu ta' petroleum. Ikseb il-konċentrazzjoni ta’ l-apo-carotenic ester fis-soluzzjoni b'riferiment għall-graff ta' kalibratura (C m/μl).

5.3. Graff ta' kalibratura

Tella’ bil-pipetta 0, 0.25, 0.5, 0.75 u 1.0 ml ta' soluzzjoni standard ta' apo-carotenic ester (4.1.2) ġewwa ħames flixken volumetriċi ta' 100 ml. Dewweb sal-volum bl-ispirtu tal-petroleum (4.2) u ħallat.

Il-konċentrazzjonijiet bejn wieħed u ieħor tas-soluzzjonijiet għandhom medda ta' bejn 0 to 2 μg/ml u huma kkalkolati bl-eżatt b'riferiment għall-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni standard (4.1.2) (W.P)/10 mg/ml. Kejjel l-assorbenzi fuq 440 nm kontra vojt ta' spiritu ta' pertroleum (4.2).

Ipplottja l-valuri ta' assorbenza fuq l-assi y kontra konċentrazzjoni ta' apo-carotenic ester fuq l-assi x.

6. Il-kalkolu tar-riżultati

6.1. Il-kontenut ta' apo-carotenic ester, imfisser bħala prodott mg/kg, jitkejjel bi:

Butir ikkonċentrat: (C.V)/M

Butir: 0.82 (C.V)M

fejn:

C = kontenut ta' apo-carotenic ester, mg/ml, moqri mill-graff ta' kalibratura (5.3)

V = volum (ml) tas-soluzzjoni tat-test (5.2)

M = massa (g) tal-porzjon tat-test (5.2)

0.82 = fattur ta' korrezzjoni għall-kontenut ta' xaħam tal-butir tal-butir.

7. Preċiżjoni tal-metodu

7.1. Ripetibbilità

7.1.1. Analiżi tal-butir

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa ġewwa l-iqsar intervall ta' ħin possibbli, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 1.4 mg/kg.

7.1.2. Analiżi ta' butir ikkonċentrat

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa ġewwa l-iqsar intervall ta' ħin possibbli, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 1.6 mg/kg.

7.2. Riproduċibbilità

7.2.1. Analiżi tal-butir

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi f'laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 4.7 mg/kg.

7.2.2. Analiżi ta' butir ikkonċentrat

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi f'laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 5.3 mg/kg.

7.3. L-għajn ta' data ta' preċiżjoni

Id-data ta' preċiżjoni kienu mkejla minn esperiment magħmul fl-1995 li involva 11-il laboratorju u 12-il kampjun ittraċċjat (sitt duplikati għomja) għall-butir u 12 ittraċċjati (sitt duplikati għomja) għall-butir ikkonċentrat.

8. Limiti ta' tollerenza

8.1. Tliet kampjuni għandhom jittieħdu mill-prodott ittraċċjat sabiex jiġi kkontrollat l-itraċċjar sewwa tal-prodott.

8.2. Butir

8.2.1. Ir-rata ta' inkorporazzjoni għall-butir, filwaqt li jttieħed kont ta' l-assorbenza fl-isfond, hija ta' 22 mg/kg.

8.2.2. Ir-riżultati għat-tliet kampjuni miksuba mill-analiżi tal-prodott jintużaw biex tikkontrolla r-rata u l-omoġeneità ta' l-inkorporazzjoni tat-tracer u l-anqas minn dawn ir-riżultati jitqabbel mal-limiti li ġejjin (differenza kritika għal 95 % ta' livell ta' probabbilità (DCr95) meqjusa):

- 18,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni),

- 13,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni).

Il-konċentrazzjoni tracer tal-kampjun bl-anqas riżultat tintuża flimkien ma' l-interpolazzjoni bejn 18,0 mg/kg u 13,0 mg/kg.

8.3. Butir ikkonċentrat

8.3.1. Ir-rata ta' inkorporazzjoni għall-butir ikkonċentrat, filwaqt li jttieħed kont ta' l-assorbenza fl-isfond, hija ta' 24 mg/kg.

8.3.2. Ir-riżultati għat-tliet kampjuni miksuba mill-analiżi tal-prodott jintużaw biex ikunu ikkontrollati r-rata u l-omoġenejita ta' l-inkorporazzjoni tat-tracer u l-anqas minn dawn ir-riżultati jitqabbel mal-limiti li ġejjin (differenza kritika għal 95 % ta' livell ta' probabbilità (DCr95) meqjusa):

- 20,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni),

- 14,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni).

Il-konċentrazzjoni tracer tal-kampjun bl-anqas riżultat tintuża flimkien ma' l-interpolazzjoni bejn 20,0 mg/kg u 14,0 mg/kg.

--------------------------------------------------

ANNESS XIV

(Artikolu 9)

IL-KEJL TA' SITOSTEROL JEW STIGMASTEROL FIL-BUTIR JEW BUTIR IKKONĊENTRAT PERMEZZ TAL-KROMATOGRAFIA TAL-GASS TAL-KOLONNA KAPILLARI

1. GĦAN U QASAM TA' APPLIKAZZJONI

Il-metodu jiddeskrivi proċedura għall-kejl kwantitattiv ta' sitosterol jew stigmasterol fil-butir u butir ikkonċentrat. L-isitosterol huwa meqjus bħala l-għadd ta' β-sitosterol u 22 dihydro-β-sitosterol, sitosteroli oħra jitqiesu bħala insinifikanti.

2. PRINĊIPJU

Il-butir jew butir ikkonċentrat jiġi saponifikat bil-potassium hydroxide f'soluzzjoni etanolika u l-insaponifikabbli jiġu estratti bid-diethyl ether.

L-isteroli jinbidlu f'trimethyl-silyl ethers u huma anlizzati bil-kromatografija tal-gass tal-kolonna kapillari b'riferiment għal standard/betulina intern.

3. APPARAT

3.1. Flixkun ta' 150 ml ta' saponifikazzjoni attrezzat b'kondenser reflux b'ġonot ta' ħġieġ immolat.

3.2. Nbiebet li jifirdu ta' 500 ml.

3.3. Flixken ta' 250 ml.

3.4. Nbiebet ta' ekwilibriju ta' pressjoni, ta' 250 ml jew simili, biex tiġbor id-diethyl ether li jibqa’.

3.5. Kolonna tal-ħġieġ, 350 mm × 20 mm attrezzata b'tapp ta' ħġieġ sinterizzat.

3.6. Banju ta' l-ilma jew isomantle.

3.7. Flixken żgħar ta' reazzjoni, ta' 2ml.

3.8. Kromatografu tal-gass biex jintuża ma' kolonna kapillari, armat b'sistema ta' qsim magħmul minn:

3.8.1. 3.8.1. kamra termostatika għall-kolonni li jistgħu jżommu t-temperatura mixtieqa bi preċiżjoni ta' ± 1 °C;

3.8.2. 3.8.2. unità ta' vaporizzazzjoni b'temperatura regolabbli;

3.8.3. 3.8.3. rilevatur ta' l-ionizzazzjoni tal-fjamma u amplifijer konverter;

3.8.4. 3.8.4. rikorder-integrater xieraq għall-użu mal-konverter-amplifijer (3.8.3).

3.9. Kolonna kapillari bil-fuse tas-silika miksija kollha bil-BP1 jew l-ekwivalenti bi ħxuna ta' 0,25 μm; il-kolonna għandha tkun tista' tieħu derivattivi ta' trimethyl-silyl tal-lanesterol u s-sitosterol. Dijametru intern ta' 0,2 mm tal-BP1, tul ta' 12 m, huwa xieraq.

3.10. Mikrosiringa tal-kromatografija tal-gass ta' 1 μl b'labra mwebbsa.

4. REAGENTI

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' grad analitiku magħruf. L-ilma wżat għandu jkun ilma distillat jew ilma ta' safa ta' l-inqas ekwivalenti.

4.1. Etanol, ta' l-inqas 95 % safi.

4.2. Soluzzjoni 60 % ta' Potassium hydroxide, ħoll 600 g potassium hydroxide (minimu 85 %) fl-ilma u żied sa litru bl-ilma.

4.3. Betulina ta' l-inqas 99 % safa.

4.3.1. Soluzzjonijiet ta' betulina fid-diethyl ether (4.4).

4.3.1.1. Il-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni ta' betulina użata għall-kejl tas-sitosterol għandha tkun ta' 1,0 mg/ml.

4.3.1.2. Il-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni ta' betulina użata għall-kejl tas-stigmasterol għandha tkun ta' 0,4 mg/ml.

4.4. Diethyl ether, safa analitika (ħieles mill-perossidi jew fdal).

4.5. Sulfat tas-sodju, anidrus, ramli, mnixxef minn qabel madwar 102 °C għal sagħtejn.

4.6. Reaġent silylating, per eżempju TRI-SIL (disponibbli minn Pierce Chemical Co, Cat No 49001) jew l-ekwivalenti (Importanti: TRI-SIL huwa infjammabbli, tossiku, korrużiv u possibbilment karċinoġeniku. L-impjegati tal-laboratorju għandhom ikunu familjari mad-data ta' sigurtà TRI-SIL u jieħdu l-prekawzjonijiet xierqa.)

4.7. Lanosterol.

4.8. Sitosterol, ta' safa magħrufa mhux anqas minn 90 % safi (P).

Nota 1:

Is-safa ta' materjali standard użati għall-kalibratura għandha tiġi mkejla bl-użu tal-metodu ta' normalizzazzjoni. Assumi li l-isteroli preżenti fil-kampjun huma rappreżentati fuq il-kromatogramma, l-arja totali tal-quċċati tirrapreżenta 100 % tal-kostitwenti ta' l-isterol u li l-isteroli jagħtu l-istess rispons tar-rilevatur. Il-linearità tas-sistema għandha tiġi konvalidata fuq il-medda ta' konċentrazzjonijiet ta' interess.

4.8.1. Soluzzjoni standard ta' Sitosterol - ħejji soluzzjoni li fiha, sa l-eqreb 0,001 mg/ml, madwar 0,5 mg/ml (W1) sitosterol (4.8) fid-diethyl ether (4.4).

4.9. Sitosterol, ta' safa magħrufa mhux anqas minn 90 % safi (P).

4.9.1. Soluzzjoni standard ta' Stigmasterol - ħejji soluzzjoni li fiha, sa l-eqreb 0,001 mg/m, madwar 0,2 mg/ml (W1) stigmasterol (4.9) fid-diethyl ether (4.4).

4.10. Taħlita ta' risoluzzjoni tat-test. Ħejji soluzzjoni li fiha 0,05 mg/ml lanosterol (4.7) u 0,5 mg/ml sitosterol (4.8) fid-diethyl ether (4.4).

5. METODU

5.1. Tħejjija ta' soluzzjonijiet standard għall-kromatografija. Is-soluzzjoni standard interna (4.3.1) għandha tiżdied mas-soluzzjoni standard xierqa ta' sterol fl-istess ħin li tiżdied mal-kampjun saponifikat (ara 5.2.2).

5.1.1. Soluzzjoni kromatografika standard ta' sitosterol: ittrasferixxi 1 ml ta' soluzzjoni standard ta' sitosterol (4.8.1) f'kull wieħed miż-żewġ flixken żgħar ta' reazzjoni (3.7) u neħħi d-diethyl ether b'kurrent ta' nitroġenu. Żid 1 ml ta' soluzzjoni interna (4.3.1.1) u neħħi d-diethyl ether b'kurrent ta' nitroġenu.

5.1.2. Soluzzjoni kromatografika standard ta' stigmasterol: ittrasferixxi 1 ml ta' soluzzjoni standard ta' stigmasterol (4.9.1) f'kull wieħed miż-żewġ flixken żgħar ta' reazzjoni (3.7) u neħħi d-diethyl ether b'kurrent ta' nitroġenu. Żid 1 ml ta' soluzzjoni standard interna (4.3.1.2) u neħħi d-diethyl ether b'kurrent ta' nitroġenu.

5.2. Tħejjija ta' l-insapunifikabbli

5.2.1. Ħoll il-kampjun tal-butir fuq temperatura li ma taqbiżx il-35 °C, ħallat il-kampjun sewwa billi tħawwad.

Iżen, sa' l-eqreb 1 mg, madwar 1 g ta' butir (W2) jew butir ikkonċentrat (W2) u qegħdha ġewwa flixkun ta' 150 ml (3.1). Żid 50 ml ta' ethanol (4.1) u 10 ml ta' soluzzjoni ta' potassium hydroxide (4.2). Qiegħed ir-reflux kondenser u saħħan b'temperatura ta' madwar 75 °C għal 30 minuta. Aqla' l-kondenser u kessaħ il-flixkun għal bejn wieħed u ieħor t-temperatura ambjentali

5.2.2. Żid 1,0 ml ta' soluzzjoni interna standard (4.3.1.1) fil-flixkun jekk is-sitosterol jrid jitkejjel, jew (4.3.1.2) jekk l-istigmasterol irid jitkejjel. Ħawwad sewwa. Ittrasferixxi l-kontenut tal-flixkun kwantitativament ġewwa lenbut li jifired ta' 500 ml (3.2), filwaqt li tlaħlaħ darba wara l-oħra l-flixkun b'50 ml ilma u 250 ml diethyl ether (4.4). Ċaqlaq il-lenbut li jifred bis-saħħa għal żewġ minuti u ħalli l-fażijiet jinfirdu. Ferra’ is-saff ilmi ta' taħt u laħlaħ is-saff ta' etere billi iċċaqalqu b'erbgħa alikwoti suċċessivi ta' 100 ml ta' ilma.

Nota 2:

Biex tevita t-trobbija ta' xi emulsjoni, huwa essenzjali li l-ewwel żewġ tlaħliħiet ta' ilma isiru bil-galbu (10 inversjonijiet). It-tielet tlaħlieħa tista' tiġi mċaqalqa bis-saħħa għal 30 sekonda. Jekk titrabba xi emulsjoni tista' tiġi distrutta biż-żieda ta' 5-10 ml ta' ethanol. Jekk jiżdied l-etanol huwa essenzjali li jsiru żewġ tlaħliħiet ilma oħra bis-saħħa.

5.2.3. Għaddi s-saff ta' etere ċar mingħajr sapun minn ġo kolonna tal-ħġieġ (3.5) li fiha 30 g ta' sulfat tas-sodju anidrus (4.5). Iġbor l-etere ġo flixkun ta' 250 ml (3.3). Żid granell anti-bumping wieħed u evapora sa kważi nixfa f'banju ta' ilma jew isomantle, filwaqt li tħares li tiġbor is-solventi li jifdal.

Nota 3:

Jekk l-estratti ta' kampjuni jitnixxfu għall-aħħar fuq temperatura għolja wisq jista' jkun hemm telf ta' sterol.

5.3. It-tħejjija tat-trimethyl silyl ethers.

5.3.1. Ittrasferixxi s-soluzzjoni ta' etere li tkun baqgħet fil-flixkun għal ġo flixkun żgħir ta' reazzjoni ta' 2 ml (3.7) flimkien ma' 2ml diethyl ether u neħħi l-etere bl-użu ta' kurrent ta' nitroġenu. Laħlaħ il-flixkun b'żewġ alikwoti oħra ta' 2 ml ta' diethyl ether, billi titrasferixxi għal ġol flixkun żgħir u tneħħi l-etere bin-nitroġenu kull darba.

5.3.2. Issililatja l-kampjun biż-żieda ta' 1 ml TRI-SIL (4.6). Agħlaq il-flixkun żgħir u ċaqalqu bis-saħħa biex tħoll. Jekk id-dissoluzzjoni hija inkompleta, saħħan sa 65 - 70 °C. Erħilha għal ħames minuti mill-anqas qabel ma tinjetta fil-kromatografu tal-gass. Issliatja l-istandards bl-istess mod tal-kampjuni. Issliatja t-taħlita tat-test tar-riżoluzzjoni (4.10) bl-istess mod tal-kampjuni.

Nota 4:

Is-sililazzjoni trid titwettaq f'ambjent ħieles mill-ilma. Is-sililazzjoni inkompleta tal-betulina hija indikata b'quċċata oħra qrib dik tal-betulina.

Il-preżenza ta' l-ethanol fl-istadju tas-sililazzjoni tfixkel is-sililazzjoni. Dan jista' jiġri minħabba tlaħliħ ħażin fl-istadju ta' estrazzjoni. Jekk din il-problema tibqa', tista' tiddaħħal il-ħames tlaħlieħa fl-istadju ta' estrazzjoni, filwaqt li ċċaqlaq bil-qawwa għal 30 sekonda.

5.4. Analiżi bil-kromatografija tal-gass.

5.4.1. Għażla ta' kondizzjonijiet ta' operazzjoni.

Arma l-kromatografu tal-gass skond l-istruzzjonijiet tal-produttur.

Il-kondizzjonijiet ta' operazzjoni ta' gwida huma dawn:

- temperatura tal-kolonna: 265 °C

- temperatura ta' l-injettur: 265 °C

- temperatura tar-rilevatur: 300 °C

- ir-rata tal-kurrent ta' gass li jġorr: 0,6 ml/min.

- pressjoni ta' idroġenu: 84 kPa

- pressjoni ta' arja: 155 kPa

- qasma tal-kampjun: 10:1 sa 50:1; il-proporzjon tal-qasma għandu jiġi ottimizzat skond l-istruzzjonijiet tal-produttur u l-linearità tar-rispons tar-rilevatur, imbagħad konvalidata fuq il-medda ta' konċentrazzjoni ta' interess.

Nota 5:

Huwa speċjalment importanti li l-linejatur ta' injezzjoni jitnaffaf regolarment.

- ammont ta' sustanza injettata: 1 μl ta' soluzzjoni TMSE.

Erħi s-sistema tilħaq ekwilibriju u ikseb rispons stabbli sodisfaċenti qabel ma tibda xi analiżi.

Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinbidlu fid-dawl tal-karatteristiċi tal-kromatografija tal-kolonna u tal-gass sabiex jinkisbu kromatogrammi li jħarrsu l-kondizzjonijiet meħtieġa li ġejjin:

- il-quċċata ta' sitosterol għandha tinfired b'mod xieraq mill-lanosterol. Figura 1 turi kromatogramma tipika li għandha tinkiseb minn taħlita tat-test ta' risoluzzjoni silylizzata (4.10),

- il-ħinijiet ta' ritenzjoni relattivi ta' l-isteroli li ġejjin għandhom ikunu madwar:

kolesterol: 1.0

stigmasterol: 1.3

sitosterol: 1.5

betulina: 2.5

- iż-żmien ta' ritenzjoni għall-beyulina għandu jkun 24 minuta.

5.4.2. Proċedura analitika

Injetta 1 μl ta' soluzzjoni silylizzata standard (stigmasterol jew sitosterol) u rregola l-parametri ta' kalibratura ta’ l-integratur

Injetta 1 μl ieħor ta' soluzzjoni standard sililizzata biex tkejjel il-fatturi ta' rispons b'riferiment għall-betulina.

Injetta 1 μl ta' soluzzjoni ta' kampjun sililizzata u kejjel l-arji ta' quċċata. Kull dawra kromatografika għandha tinqasam b'injezzjoni ta' standards.

Bħala gwida, sitt injezzjonijiet ta' kampjun għandhom jiġu inklużi f'kull dawra maqsuma.

Nota 6:

L-integrazzjoni tal-quċċata ta' stigmasterol għandha tinkludi kull tailing kif definit fil-punti 1, 2 u 3 u fil-figura 2b.

L-integrazzjoni tal-quċċata ta' sitosterol għandha tinkludi l-arja tal-quċċata tat-22 dihydro-β-sitosterol (stigmastanol) li telwixxi minnufiħ wara s-sitosterol (ara Figura 3b) meta tivvaluta s-sitosterol totali.

6. KALKOLU TAR-RIŻULTATI

6.1. Kejjel l-arja tal-quċċati ta' sterol u l-quċċati ta' betulina fiż-żewġ standards li jaqsmu xi grupp, u kkalkula R1:

R

=

arja medja tal-quċċata ta'sterol fl-istandardarja medja tal-quċċata ta'betulina fl-istandard

Kejjel l-arja tal-quċċata ta' sterol (stigmasterol u sitosterol) u l-quċċata ta' betulina fil-kampjun u kkalkola R2:

R

=

arja medja tal-quċċata ta'sterol fil-kampjunarja medja tal-quċċata ta'betulina fil-kampjun

W1 = kontenut ta' sterol ta' l-istandard (mg) li jinsab f'1ml ta' soluzzjoni standard (4.8.1 or 4.9.1)

W2 = piżtal-kampjun (g) (5.2.1)

P = safa ta' sterol standard (4.8 jew 4.9)

Kontenut ta’ sterol fil kampjun

=

R

R

×

W

W

× P × 10

7. PREĊIŻJONI TAL-METODU

7.1 7.1. Butir

7.1.1. Ripetibbilità

7.1.1.1. Stigmasterol

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa ġewwa l-iqsar intervall ta' ħin possibbli, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 19,3 mg/kg.

7.1.1.2. Sitosterol

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa ġewwa l-iqsar intervall ta' ħin possibbli, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 23,0 mg/kg.

7.1.2. Riproduċibbilità

7.1.2.1. Stigmasterol

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi f'laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 31,9 mg/kg.

7.1.2.2. Sitosterol

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi f'laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 8,7 % b'relazzjoni mal-medja tal-kalkolu.

7.1.3. L-għajn ta' data ta' preċiżjoni

Id-data ta' preċiżjoni kienu mkejla minn esperiment magħmul fl-1992 li involva tmien laboratorji u sitt kampjuni (tliet duplikati għomja) għall-istigmasterol u sitt kampjuni (tliet duplikati għomja) għall-isitosterol.

7.2. Butir ikkonċentrat

7.2.1. Ripetibbilità

7.2.1.1. Stigmasterol

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa ġewwa l-iqsar intervall ta' ħin possibbli, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 10,2 mg/kg.

7.2.1.2. Sitosterol

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa ġewwa l-iqsar intervall ta' ħin possibbli, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 3,6 % b'relazzjoni mal-medja tal-kalkoli.

7.2.2. Riproduċibbilità

7.2.2.1. Stigmasterol

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi f'laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 25,3 mg/kg.

7.2.2.2. Sitosterol

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi f'laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 8,9 % b'relazzjoni mal-medja tal-kalkoli.

7.2.3. L-għajn ta' data ta' preċiżjoni

Id-data ta' preċiżjoni kienu mkejla minn esperiment magħmul fl-1991 li involva disa' laboratorji u sitt kampjuni (tliet duplikati għomja) għall-istigmasterol u sitt kampjuni (tliet duplikati għomja) għall-isitosterol.

8. LIMITI TA' TOLLERANZA

8.1. Tliet kampjuni għandhom jittieħdu mill-prodott ittraċċjat sabiex jiġi kkontrollat l-itraċċjar sewwa tal-prodott.

8.2. Butir

8.2.1. Stigmasterol

8.2.1.1. Ir-rata ta' inkorporazzjoni għall-istigmasterol hija ta' 150 g ta' mill-anqas 95 % stigmasterol safi kull tunnellata ta' butir, i.e. 142,5 mg/kg, jew 170 g ta' mill-inqas 85 % stigmasterol safi kull tunnellata ta' butir, i.e 144,5 mg/kg.

8.2.1.2. Ir-riżultati għat-tliet kampjuni miksuba mill-analiżi tal-prodott jintużaw biex tikkontrolla r-rata u l-omoġeneità ta' l-inkorporazzjoni tat-tracer u l-anqas minn dawn ir-riżultati jitqabbel mal-limiti li ġejjin (differenza kritika għal 95 % ta' livell ta' probabbilità (DCr95) meqjusa):

- 116,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 95 % stigmasterol safi),

- 118,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 85 % stigmasterol safi),

- 81,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 95 % stigmasterol safi),

- 82,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 85 % stigmasterol safi).

Il-konċentrazzjoni tracer tal-kampjun bl-anqas riżultat tintuża flimkien ma' l-interpolazzjoni rispettivament bejn 116,0 mg/kg u 81,0 mg/kg jew 118,0 mg/kg u 82,0 mg/kg.

8.2.2. Sitosterol

8.2.2.1. Ir-rata ta' inkorporazzjoni għas-sitosterol hija ta' 600 g ta' 90 % ta' l-inqas ta' sitosterol safi kull tunnellata butir, i.e. 540 mg/kg.

8.2.2.2. Ir-riżultati għat-tliet kampjuni miksuba mill-analiżi tal-prodott jintużaw biex tikkontrolla r-rata u l-omoġeneità ta' l-inkorporazzjoni tat-tracer u l-anqas minn dawn ir-riżultati jitqabbel mal-limiti li ġejjin (differenza kritika għal 95 % ta' livell ta' probabbilità (DCr95) meqjusa):

- 486,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 90 % sitosterol safi),

- 358,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 90 % sitosterol safi).

Il-konċentrazzjoni tracer tal-kampjun bl-anqas riżultat tintuża flimkien ma' l-interpolazzjoni bejn 486,0 mg/kg u 358,0 mg/kg.

8.3. Butir ikkonċentrat

8.3.1. Stigmasterol

8.3.1.1. Ir-rata ta' inkorporazzjoni għall-istigmasterol hija ta' 150 g ta' mill-anqas 95 % stigmasterol safi kull tunnellata ta' butir ikkonċentrat, i.e. 142,5 mg/kg; jew 170 g ta' mill-inqas 85 % stigmasterol safi kull tunnellata ta' butir ikkonċentrat, i.e 144,5 mg/kg.

8.3.1.2. Ir-riżultati għat-tliet kampjuni miksuba mill-analiżi tal-prodott jintużaw biex tikkontrolla r-rata u l-omoġeneità ta' l-inkorporazzjoni tat-tracer u l-anqas minn dawn ir-riżultati jitqabbel mal-limiti li ġejjin (differenza kritika għal 95 % ta' livell ta' probabbilità (DCr95) meqjusa):

- 120,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 95 % stigmasterol safi),

- 122,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 85 % stigmasterol safi),

- 84,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 95 % stigmasterol safi),

- 86,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 85 % stigmasterol safi).

Il-konċentrazzjoni tracer tal-kampjun bl-anqas riżultat tintuża flimkien ma' l-interpolazzjoni rispettivament bejn 120,0 mg/kg u 84,0 mg/kg jew 122,0 mg/kg u 86,0 mg/kg.

8.3.2 Sitosterol

8.3.2.1. Ir-rata ta' inkorporazzjoni għas-sitosterol hija ta' 600 g ta' 90 % ta' l-inqas ta' sitosterol safi kull tunnellata butir ikkonċentrat, i.e. 540 mg/kg.

8.3.2.2. Ir-riżultati għat-tliet kampjuni miksuba mill-analiżi tal-prodott jintużaw biex tikkontrolla r-rata u l-omoġeneità ta' l-inkorporazzjoni tat-tracer u l-anqas minn dawn ir-riżultati jitqabbel mal-limiti li ġejjin (differenza kritika għal 95 % ta' livell ta' probabbilità (DCr95) meqjusa):

- 486,0 mg/kg (95 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 90 % sitosterol safi),

- 358,0 mg/kg (70 % tar-rata minima ta' inkorporazzjoni għal 90 % sitosterol safi).

Il-konċentrazzjoni tracer fil-kampjun bl-anqas riżultat tintuża flimkien ma' l-interpolazzjoni bejn 486,0 mg/kg u 358,0 mg/kg.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XV

(Artikolu 10)

IL-METODU TA' RIFERIMENT GĦALL-TKIXXIF TA' ĦALIB TAL-BAQAR U KAŻEINAT FIL-ĠOBNIJIET MILL-ĦALIB TAN-NGĦAĠ, ĦALIB TAL-MOGĦOŻ JEW ĦALIB TAL-GNIEDES SALVAĠĠI JEW TAĦLITIET TA' ĦALIB TAN-NGĦAĠ, MOGĦOŻ U GNIEDES SALVAĠĠI.

1. Għan

Tkixxif ta' ħalib tal-baqar u każeinat fl-ġobnijiet magħmula mill-ħalib tan-ngħaġ, ħalib tal-mogħoż, ħalib tal-gniedes salvaġġi jew taħlitiet ta' ħalib tan-ngħaġ, mogħożu gniedes salvaġġi bil-fokalizzazzjoni isoeletrika ta' γ-każeini wara il-plasminolosi.

2. Qasam ta' applikazzjoni

Dan il-metodu huwa xieraq għall-tkixxif sensittiv u speċifiku tal-ħalib tal-baqar nativ u ttrattat bis-sħana u każeinat fl-ġobnijiet friski u misjura magħmula mill-ħalib tan-ngħaġ, ħalib tal-mogħoż, ħalib tal-gniedes salvaġġi jew taħlitiet ta' ħalib tan-ngħaġ, mogħożu gniedeżsalvaġġi. Mhux xieraq għall-tkixxif ta' adulterazzjoni ta' ħalib u ġobon permezz ta' konċentrati ta' proteina tax-xorrox bovina ttrattata bis-sħana.

3. Prinċipju tal-metodu

3.1. Isolament ta' każeini mill-ġobon u l-istandards ta' riferiment.

3.2. Jinħallu il-każeini iżolati u s-sottomissjoni għall-qasma tal-plasmina (KE.3.4.21.7)

3.3. Fokalizzazzjoni isoelettrika tal-każeini ttrattati bil-plasmina fil-preżenza ta' l-urea u ż-żbiegħ tal-proteini.

3.4. Valutazzjoni tal-mudelli ta' każeina mtebbgħin γ3 u γ2 (xhieda ta' ħalib tal-baqar) permezz ta' tqabbil tal-mudell miksub mill-kampjun ma' dawk miksuba fl-istess ġell mill-istandards ta' riferiment li fihom 0 % u 1 % ħalib tal-baqar.

4. Reaġenti

Sakemm ma jkunx muri mod ieħor, kimika ta' grad analitiku għandha tintuża. L-ilma jrid ikun distillat doppjament jew ta' safa ekwivalenti.

Nota:

Id-dettalji li ġejjin japplikaw għall-polyacrylamide gels li fihom l-urea mħejjijin fil-laboratorju, tad-daqs 265 × 125 × 0,25 mm. Fejn jintużaw daqsijiet oħra u tipi ta' ġell, il-kondizzjonijiet ta' tifrid jistgħu jiġu regolati.

Fokalizzazzjoni isoelettrika

4.1. Reaġenti għall-produzzjoni ta' urea li fiha il-polyacrylamide gels

4.1.1. Soluzzjoni ta' provvista ta' ġell

Ħoll:

4,85 g acrylamide

0,15 g N, N'-methylene-bis-acrylamide (BIS)

48,05 g urea

15,00 g glycerol (87 % w/w),

fl-ilma u żied sa 100 ml u qiegħedhom ġewwa flixkun tal-ħġieġ kannella fil-friġġ.

Nota:

Soluzzjoni ta' acrylamide/BIS mħallta minn qabel disponibbli kommerċjalment tista' tintuża bi preferenza għall-piżijiet fissi kkwotati tan-neurotoxic acrylamides. Meta soluzzjoni bħal din jkun fiha 30 % w/v acrylamide u 0,8 % w/v BIS, volum ta' 16,2 ml għandu jintuża għall-formulazzjoni minnflok il-piżijiet fissi. Is-soluzzjoni ta' stokk tibqa' tajba sa massimu ta' 10 ijiem; jekk il-konduttività hija aktar minn 5 mS, iddejonizza billi tħawwad flimkien ma' 2 g Amberlite MB-3 għal 30 minuta, imbagħad iffiltra minn ġo membrana ta' 0,45 μm.

4.1.2. Soluzzjoni ta' ġell

Ħejji soluzzjoni ta' ġell billi tħallat addittivi u amfoliti mas-soluzzjoni ta' ġell ta' provvista (ara 4.1.1).

9,0 ml soluzzjoni ta' provvista

24 mg β-alanine

500 μl ampholyte pH 3,5 - 9,5 [1]

250 μl ampholyte pH 5-7 [2]

250 μl ampholyte pH 6-8 [3]

Ħallat is-soluzzjoni ta' ġell u neħħi l-gass għal żewġ jew tliet minuti f'banju ultrasoniku jew ġewwa vakum.

Nota:

Ħejji s-soluzzjoni ta' ġell minnufiħ qabel ma tferrgħa (ara 6.2).

4.1.3. Soluzzjonijiet katalizzatur

4.1.3.1. N, N, N' N' - tetramethylethylenediamine (Temed).

4.1.3.2. 40 % w/v persulfat ta' l-ammonju (PER):

Ħoll 800 mg PER fl-ilma u żied sa 2ml.

Nota:

Uża dejjem soluzzjoni PER mħejjija friska.

4.2. Fluwidu ta' kuntatt

Pitrolju u paraffina likwida

4.3. Soluzzjoni anodika

Ħoll 5,77 g ta' aċidu fosforiku (85 % w/w) fl-ilma u ddilwixxi sa 100 ml.

4.4. Soluzzjoni katodika

Ħoll 2,00 g ta' idrossidu ta' sodju fl-ilma u ddilwixxi sa 100 ml bl-ilma.

Tħejjija tal-kampjun

4.5. Reaġenti għall-isolament tal-proteina

4.5.1. Dewweb l-aċidu aċetiku (25,0 ml ta' aċidu aċetiku glaċjali miżjud sa 100 ml bl-ilma)

4.5.2. Dichloromethane

4.5.3. Acetone

4.6. Stabilizzatur tat-tiħliel ta' proteina.

Ħoll

5,75 g glycerol (87 % w/w)

24,03 g urea

250 mg dithiothreitol,fl-ilma u żied sa 50 ml

Nota:

Qiegħed fil-friġġ, jibqa’ tajjeb sa gimgħa l-aktar.

4.7. Reaġenti għall-qasma ta' plasmina ta' każeini

4.7.1. Stabbilizzatur tal-karbonat ta' ammonju

Ittitra 0,2 mol/l ta' soluzzjoni ta' ammonium hydrogencarbonate (1,58 g/100 ml ilma) li fiha 0,05 mol/l ethylenediaminetetraacetic acid(EDTA, 1,46 g/100 ml b'soluzzjoni ta' 0,2 mol/l ammonium carbonate (1,92 g/100 ml ilma) li fiha 0,05 mol/l EDTA sa ph 8.

4.7.2. Plasmina bovina (KE. 3.4.21.7), attività ta' l-inqas 5 U/ml.

4.7.3. e- soluzzjoni ta' aminocaproic acid għall-inibizzjoni ta' l-enżima

Ħoll 2,624 g aċidu ε-aminokaproiku (6 amino-aċidu n-exanoiku) f'100 ml ta' 40 % (v/v) ta' etanolu.

4.8. Standards

4.8.1. Standards attestati ta' riferiment ta' taħlita ta' kaljat ta' ħalib xkumat tan-ngħaġ u mogħożli fiħ 0 % u 1 % ta' ħalib tal-baqar huma disponibbli mill-Istitut tal-Kummissjoni għal Materjal ta' Riferiment u Kejl, B-2440 Geel; il-Belġju.

4.8.2. Tħejjija ta' standards-proviżorji tal-laboratorju tal-ħalib kaljat tal-gniedes salvaġġi li fiħ 0 % u 1 % ta' ħalib tal-baqar

Il-ħalib xkumat jitħejja billi tiċċentrifuga jew ħalib tal-gendus salvaġġ jew ħalib mhux proċessat bovin bl-ingrossa b'temperatura ta' 37 °C fuq 2500 g għal 20 minuta. Wara li tkessaħ malajr it-tubu u l-kontenut sa minn 6 sa 8 °C, is-saff ta' fuq ta' xaħam jitneħħa għal kollox. Għat-tħejjija ta' l-istandard ta' 1 % żied 5,00 ml ta' ħalib bovin xkumat ma' 495 ml ta' ħalib skumat tal-gniedes f'buqar ta' 11, irregola l-pH sa 6,4 biż-żieda ta' l-aċidu lattiku dilwit (10 % w/v). Irregola t-temperatura sa 35 °C u żied 100 ml ta' tames ta' l-għoġol (attività ta' tames 1: 10000, ċ. 3000 U/ml), ħawwad għal minuta imbagħad ħalli l-buqar mgħotti b'fojl ta' l-aluminju b'temperatura ta' 35 °C għal siegħa biex tista' tifforma l-baqta. Wara li tkun iffurmat il-baqta, l-ħalib kaljat kollu jitnixxef fil-friża mingħajr ma jiġi omoġenizzat minn qabel jew mnixxef mix-xorrox. Wara t-tnixxif fil-friża jindaħan fin biex tipproduċi trab omoġeneju. Għat-tħejjija ta' l-istandard 0 %, wettaq l-istess proċedura bl-użu ta' ħalib xkumat ġenwin tal-gendus. L-istandards għandhom jinżammu f'temperatura ta' - 20°C.

Nota:

Ta' min li wieħed jikkontrolla s-safa tal-ħalib tal-gniedes bil-fokalizzazzjoni isoelettrika tal-każeini ttrattati bil-plasmina qabel it-tħejjija ta' l-istandards.

Reaġenti għat-tisfija tal-proteina

4.9. Fissattiv

Ħoll 150 g ta' aċidu trikloroaċetiku fl-ilma u żied sa 1000 ml.

4.10. Soluzzjoni li toqrod

Dewweb 500 ml metanolu u 200 ml aċidu aċetiku glaċjali sa 2000 ml bl-ilma ddistillat.

Nota:

Ħejji s-soluzzjoni li toqrod kuljum friska; tista' titħejja billi tħallat volumi ugwali ta' soluzzjonijiet ta' provvista ta' 50 % (v/v) metanolu u 20 % (v/v) aċidu aċetiku glaċjali.

4.11. Soluzzjonijiet taż-żebgħa

4.11.1. Soluzzjoni taż-żebgħa (soluzzjoni ta' provvista 1)

Ħoll 3,0 g Coomassie Brilliant Blue G-250 (CI. 42655) f'1000ml 90 % (v/v) ta' metanolu bl-użu ta' aġitatur mekkaniku (madwar 45 minuta), iffiltra minn ġo żewġ filtri mitwija ta' veloċità medja.

4.11.2. Soluzzjoni taż- zebgħa (soluzzjoni ta' provvista 2)

Ħoll 5,0 g pentaidrat ta' sulfat tar-ramm f'1000ml 20 % (v/v) aċidu aċetiku.

4.11.3. Soluzzjoni taż-zebgħa (soluzzjoni biex taħdem biha 1)

Ħallat flimkien 125 ml minn kull waħda tas-soluzzjonijiet ta' provvista (4.11.1, 4.11.2) minnufiħ qabel ma' ssir iż-zebgħa.

Nota:

Is-soluzzjoni taż-zebgħa għandha titħejja fil-jum li fiħ tkun ser tintuża.

5. Tagħmir

5.1. Pjanċi tal-ħġieġ (265 × 125 × 4mm); roller tal-gomma (wisa' 15 ċm); mejda tal-livellar

5.2. Folja fejn jitqiegħed il-ġell (265 × 125 mm).

5.3. Folja biex tgħatti (280 × 125 mm). Waħħal strippa ta' tejp adeżiv (280 × 6 × 0,25 mm) ma' kull tarf twiel (ara Figura 1).

5.4. Kamra ta’ l-elettrofokalizzazzjoni bil-pjanċa tat-tkessih (e.g. 265 x 125 mm) u provvista xierqa ta' l-elettriku (≥ 2,5 kV) jew strument awtomatiku ta' elettroforesi

5.5. Krijostatu taċ-ċirkolazzjoni, kkontrollat termostatikament madwar 12 ± 0,5 °C.

5.6. Ċentrifuga, regolabbli sa 3000 g.

5.7. Strippi elettrodi (twal ≥ 265 mm).

5.8. Flixken tal-plastika għas-soluzzjonijiet anodiċi u katodiċi.

5.9. Applikaturi kampjuni (10 × 5 mm, karta filtranti tal-viskożju jew ta' assorbiment ta' proteina baxx).

5.10. Imqass ta' l-istejnless stijl, bisturi u pinżetti.

5.11. Dixxijiet ta' l-istejnless stijl jew tal-ħġieġ għaż-zebgħa u t-tneħħija (e.g. 280 × 150 mm trejs għall-għodda).

5.12. Omoġenizzatur regolabbli bil-qasba (dijametru tax-xaft 10 mm) medda ta' rkm ta' 8000 sa 20000.

5.13. Aġitatur manjetiku

5.14. Banju ultrasoniku.

5.15. Welder ta' l-istrati.

5.16. 25 μl mikropipetta.

5.17. Konċentratur ta' vakum jew friża għat-tnixxif.

5.18. Banju ta' l-ilma kkontrollat termostatikament regolabbli sa 35 u 40 ± 1 °C bix-xejker.

5.19. Apparat densitometru li jaqra fuq λ = 634 nm.

6. Proċedura

6.1. Tħejjija tal-kampjun

6.1.1. Iżolament ta' każeini

Iżen ammont ekwivalenti għal 5 g ta' massa nixfa ta' ġobon jew l-istandards ta' riferiment ġewwa tubu ċentrifugu ta' 100 ml, żid 60 ilma distillat u omoġenizza b'omoġenizzatur tal-qasba (8000 to 10000 rpm). Irregola sa pH 4,6 bl-aċidu aċetiku dil. (4.5.1) u ċċentrifuga (5 minuti, 3000 g). Ferra’ x-xaħam u x-xorrox, omoġeneizza r-residwu fuq 20000 rkm f'40 ml ilma ddistillat regolat għal pH ta' 4,5 bl-aċidu aċetiku dil. (4.5.1), żid 20 ml dichloromethane (4.5.2), erġa' omoġenizza u ċċentrifuga (5 minuti, 3000 g). Neħħi s-saff ta' każeina li hemm bejn il-fażijiet ilmija u organiċi (ara Figura 2) bi spatula u ferra’ ‘l barra ż-żewġ fażijiet. Irriomoġeniżża l-każeina f'40 ml ilma ddistillat (ara fuq) u 20 ml dichloromethane (4.5.2) u ċċentrifuga. Irrepeti din il-proċedura sa kemm iż-żewġ fażijiet ta' estrazzjoni huma bla kulur (darbtejn jew tlieta). Omogenizza r-residwu ta' proteina b'50 ml aċetone (4.5.3) u ffiltra minn ġo karta filtranti mitwija ta' veloċità medja. Laħlaħ ir-residwu fuq il-filter b'żewġ porzjonijiet separati ta' 25 ml ta' aċetone kull darba u ħallih jinxef fl-arja jew kurrent ta' nitoġenu, imbagħad idħnu fin f'merież.

Nota:

Il-każeini xotti iżolati għandhom jinżammu f’- 20 °C.

6.1.2. Qasma plasmina tal- b-każeini biex tintensifika l-g-każeini

Xerred 25 mg ta' każeini iżolati (6.1.1) f'0,5 ml stabbilizzant ta' karbonat ta' ammonju (4.7.1) u omoġenizza għal 20 minuta billi e.g. tuża trattament ultrasoniku. Saħħan sa 40 °C u żid 10 μl ta' plasmina (4.7.2), ħallat u inkuba għal siegħa f'40 °C b'ċaqliq kontinwu. Biex tinibixxi l-enżima żid 20 μl ta' soluzzjoni ta' aċidu ε-aminoproiku (4.7.3), imbagħad żid 200 mg ta' urea solida u 2 mg ta' dithiothreitol.

Nota:

Biex tikseb aktar simetrija fil-faxxi ta' każeina fokalizzata ikun aħjar li jnixxef bil-friża s-soluzzjoni wara ż-żieda ta' l-aċidu ε-aminokaproiku mbagħad iħoll ir-residwi f’0,5 ml stabbilizzant li jħoll il-proteina (4.6).

6.2. Tħejjija ta’ l-urea li fiha polyacrylamide gels

Bl-għajnuna ta' ftit qatriet ilma gerbeb il-folja li żżomm il-ġell (5.2) għal fuq pjanċa tal-ħġieġ (5.1), billi tneħħi kull ilma barrani bix-xugaman jew maktur tal-karta. Gerbeb il-folja li tgħatti biha (5.3) bl-ispejsers (0,25mm) għal fuq pjanċa oħra tal-ħġieġ bl-istess mod. Qiegħed il-pjanċa orizzontalment fuq mejda tal-livellar.

Żid 10 μl Temed (4.1.3.1 ) mas-soluzzjoni ta' ġell mħejjija u mingħajr arja (4.1.2), ħawwad u żid 10 μl ta' soluzzjoni PER (4.13.2), ħallat sewwa u minnufiħ ferra’ ‘l barra b'mod unit għal fuq iċ-ċentru tal-folja li biha tgħatti. Qiegħed tarf wieħed tal-pjanċa li żżomm il-ġell (in-naħa tal-folja wiċċa l-isfel) fuq il-pjanċa li tgħatti u niżżilha l-isfel bil-mod sabiex jifforma strat ta' ġell bejn il-folji u jinfirex b'mod regolari u mingħajr bżieżaq (Figura 3). Għatti sewwa l-pjanċa li żżomm il-ġell kompletament billi tuża spatula u qiegħed tliet pjanċi oħra tal-ħġieġ fuqha biex iservu ta' piż. Wara li tiġi fi tmiem il-polimerizzazzjoni (madwar 60 minuta) neħħi l-ġell polimerizzat għal fuq il-folja li żżomm il-ġell flimkien mal-folja li tgħatti billi taqleb naqra l-pjanċi tal-ħġieġ. Naddaf sewwa n-naħa l-oħra tal-folja li ġġorr biex tneħħi r-residwi ta' ġell u urea. Waħħal is-sandwiċċ ta' ġell f'forma ta' tubu rqieq u żommu fil-friġġ (massimu sitt ġimgħat).

Nota:

Il-folja bl-ispejsers li biha tgħatti tista' terġa tintuża. Il-polyacrylamide gel jista' jitqatta f'daqsijiet iżgħar, dan hu rakkmandat meta jkun hemm ftit kampjuni jew jekk jintuża mezz awtomatiku ta' elettroforesi (żewġ ġellijiet, daqs 4,5 × 5 ċm).

6.3. Fokalizzazzjoni isoelettrika

Irregola t-termostat ta' tkessih għal 12 °C. Imsaħ in-naħa l-oħra tal-folja li żżomm il-ġell bil-pitrolju, imbagħad qattar erba' qatriet pitrolju (4.2) għal fuq iċ-ċentru tal-blokka tat-tkessiħ. Imbagħad gerbeb is-sandwiċċ ta' ġell, il-parti li biha żżomm tħares l-isfel, għal fuqha, attent li tevita l-bżieżaq. Imsaħ xi pitrolju li jibqa' u neħħi l-folja li biha tgħatti. Xarrab l-istrippi ta' l-elettrodi bis-soluzzjonijiet ta' l-elettrodi (4.3, 4.4), aqta' sat-tul tal-ġell u qiegħed fil-posizzjonijiet provvduti (distanza ta' l-elettrodi 9,5 ċm).

Kondizzjonijiet għall-fokalizzazzjoni isoelettrika:

6.3.1. Daqs tal-ġell 65 × 125 × 0,25 mm

Pass | Ħin (min.) | Vultaġġ (V) | Kurrent (mA) | Qawwa (W) | Sigħat volt (Vh) |

1. Fokalizzazzjoni minn qabel | 30 | massimu 2500 | massimu 15 | kostanti 4 | c. 300 |

2. Fokalizzazzjoni tal-kampjuni [4] | 60 | massimu 2500 | massimu 15 | kostanti 4 | c. 1000 |

3. Fokalizzazzjoni finali | 60 | massimu 2500 | massimu 5 | massimu 20 | c. 3000 |

40 | massimu 2500 | massimu 6 | massimu 20 | c. 3000 |

30 | massimu 2500 | massimu 7 | massimu 25 | c. 3000 |

Nota:

Jekk tinbidel il-ħxuna jew il-wisa' tal-ġellijiet, il-valuri għall-kurrent u l-qawwa għandhom jinbidlu b'mod xieraq (e.g. valuri doppji għall-kurrent elettriku u qawwa jekk jintuża ġel 265 × 125 × 0,5 mm).

6.3.2. Eżempju ta' programm ta' vultaġġ għall-mezz awtomatiku ta' elettroforesi (2 ġellijiet ta' 5,0 × 4,5 ċm), bl-elettrodi mingħajr strippi applikati direttament ġewwa l-ġell.

Pass | Vultaġġ | Kurrent | Qawwa | Temp. | Sigħat volt |

1. Fokalizzazzjoni minn qabel | 1000 V | 10,0 mA | 3,5 W | 8 °C | 85 Vh |

2. Fokalizzazzjoni ta' kampjun | 250 V | 5,0 mA | 2,5 W | 8 °C | 30 Vh |

3. Fokalizzazzjoni | 1200 V | 10,0 mA | 3,5 W | 8 °C | 80 Vh |

4. Fokalizzazzjoni | 1500 V | 5,0 mA | 7,0 W | 8 °C | 570 Vh |

Qiegħed l-applikatur tal-kampjun fit-tieni pass fuq 0 Vh.

Neħħi l-applikatur tal-kampjun fit-tieni pass fuq 30 Vh.

6.4. Tiżbiegħ ta' proteina

6.4.1. Fissazzjoni ta' proteina

Neħħi l-istrippi ta' l-elettrodi minnufiħ wara li titfi l-enerġija u qiegħed il-ġell minnufiħ ġewwa dixx taż-żebgħa/tneħħija mimli b'200 ml fissattiv (4.9); ħallih hemm għal 15-il minuta, filwaqt li ċċaqilqu l-hin kollu.

6.4.2. Ħasil u żebgħa tal-pjanċa tal-ġell

Neħħi l-ilma sewwa mill-fissativ u aħsel il-pjanċa tal-ġell darbtejn għal 30 sekonda kull darba b'100 ml ta' soluzzjoni tat-tneħħija taż-żebgħa (4.10). Ferra’ s-soluzzjoni tat-tneħħija taż-żebgħa u imla d-dixx b'250 ml soluzzjoni taż-żebgħar (4.11.3); ħalliha tittebba għal 45 minuta filwaqt li ċċaqlaqha bil-mod.

6.4.3. Tneħħija taż-żebgħa tal-pjanċa tal-ġell

Ferra’ s-soluzzjoni li tiżboħ, aħsel il-pjanċa tal-ġell darbtejn billi tuża 100 ml ta' soluzzjoni tat-tneħħija taż-żebgħa (4.10) kull darba, imbagħad ċaqlaq b'200 ml soluzzjoni tat-tneħħija taż-żebgħa għal 15-il minuta u rrepeti t-tneħħija taż-żebgħa ta' l-anqas darbtejn jew tlieta sa kemm l-isfond ikun ċar u bla kulur. Imbagħad laħlaħ il-pjanċa tal-ġell fl-ilma distillat (2 × 2 minuti) u nixxef fl-arja (2 sa 3 sigħat) jew b'herdrijer (10 sa 15 minuta).

Nota 1:

Wettaq l-iffissar, il-ħasil, iż-żebgħa u t-tneħħija tagħha fuq 20 °C. Tużax temperaturi elevati.

Nota 2:

Jekk tippreferi żebgħa tal-fidda aktar sensittiva (e.g…kit għaż-żebgħa bil-fidda, Proteina, Pharmacia Biotech, Kodiċi Nru 17-1150-01), l-kampjuni ta' każeina ttrattati bil-plasmina għandhom jiġu dilwiti sa 5 mg/ml.

7. Valutazzjoni

Il-valutazzjoni titwettaq billi tqabbel il-mudelli ta' proteina tal-kampjun mhux magħruf ma' l-istandards ta' riferiment fuq l-istess ġell. Tkixxif ta' ħalib tal-baqar fl-ġobnijiet mill-ħalib tan-ngħaġ, ħalib tal-mogħożu ħalib tal-gniedes u taħlitiet ta' ħalib tan-ngħaġ, mogħożu gniedes isir permezz tal-każeini γ3 u γ2, li l-punti isoelettriċi qegħdin f'medda ta' bejn pH 6,5 u pH 7,5 (Figuri 4 a, b. Figura 5). Il-limiti ta' tkixxif huwa anqas minn 0,5 %.

7.1. Stima viżwali

Għall-valutazzjoni viżwali ta' l-ammont ta' ħalib bovin ta' min jirregola l-konċentrazzjonijiet ta' kampjuni u livelli biex jinkiseb l-istess livell ta' intensità tal-każeini U2- u U3-, ovini, kaprini u/jew tal-gendus (ara "γ2 E,G,B" u "γ3 E,G,B" fil-Figuri 4 a,b u Figura 5). Wara dan l-ammont ta' ħalib bovin (anqas minn, ugwali għal jew akbar minn 1 %) fil-kampjun mhux magħruf jista' jitqies direttament b'paragun ta' l-intensità ta' każeini bovini γ3- u γ2- (ara "γ3" u "γ2" fil-Figuri 4 a, b u Figura 5) ma' dawk ta' l-istandards ta' riferiment ta' 0 % u 1 % (nagħġa, mogħża) jew standards proviżorji tal-laboratorju (gendus).

7.2. Stima densitometrika

Jekk tkun disponibbli, applika d-densitometrija (5.19) għal kejl ta' proporzjon ta' arja ta' quċċata bejn il-każeini γ2- u γ3- bovini u ovini, kaprini u/jew tal-gniedes (ara Figura 5). Qabbel dan il-valur mal-proporzjoni ta' arja ta' quċċata ta' każeina γ2- u γ3- ta' l-istandard ta' riferiment ta' 1 % (nagħġa, mogħża) jew l-istandard interim tal-laboratorju (gendus) analizzat fuq l-istess ġell.

Nota:

Il-metodu jkun qed jopera b'mod sodisfaċenti, jekk ikun hemm sinjal ċar u pożittiv għaż-żewġ każeini bovini γ2- u γ3- fl-istandard ta' 1 % ta' riferiment iżda mhux fl-istandard ta' riferiment ta' 0 %. Jekk le, ottimizza l-proċedura billi ssegwi d-dettalji tal-metodu b'mod preċiż.

Kampjun jitqies bħala pożittiv, jekk iż-żewġ każeini bovini γ2- u γ3- jew il-proporzjonijiet korrispondenti ta' arja ta' quċċata huma ugwali jew akbar mill-livell ta' l-istandard ta' riferiment ta' 1 %.

8. Riferimenti

1. Addeo F., Moio L., Chianese L., Stingo C., Resmini P., Berner I, Krause I., Di Luccia A., Bocca A.: Użu tal-plasmina biex iżżid is-sensitività ta' tkixxif ta' ħalib bovin fil-ġobon ovin u/jew kaprin bl-iffokalizzar isoelettriku tal-ġell tal-każeini γ2-. Milchwissenschaft 45, 708-711 (1990).

2. Addeo F., Nicolai M.A., Chianese L., Moio L., Spagna Musso S., Bocca A., Del Giovine L.: Metodu ta' kontroll għall-tkixxif ta' ħalib bovin fil-ġobon tan-ngħaġ u l-gniedes ta' ilma bl-użu ta' l-immunoblotting. Milchwissenschaft 50, 83-85 (1995).

3. Krause I., Berner I, Klostermeyer H.: Tkixxif sensitiv tal-ħalib tal-baqra fil-ħalib tan-ngħaġ u mogħoz u ġobon permezz tal-carrier ampholyte - u l-gradjent pH carrier ampholyte/immobilized - fokalizzazzjoni isoelettrika tal-każeini Y bl-użu tal-plasmina bħala amplifikatur tas-sinjal fi: Electrophoresis-Forum 89 (B. J. Radola, ed.) pp 389-393, Bode-Verlag, München (1989).

4. Krause I., Belitz H.-D., Kaiser K.-P.: Nachweis von Kuhmilch in Schaf and Ziegenmilch bzw. -käse durch isoelektrische Fokussierung in harnstoffhaltigen Polyacrylamidgelen. Z. Lebensm. Unters. Forsch. 174, 195-199 (1982).

5. Radola B.J.: Fokalizzazzjoni isoelettrika b'saff ultrarqieq fil-ġells 50-100 μm polyacrylamide jew pjanċi tal-ħġieġ silanizzati jew saffi ta' polyester. Elettroforesi 1, 43-56 (1980).

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] Il-prodotti Ampholine® pH 3,5-9,5 (Pharmacia) u Resolyte® pH 5-7 u pH 6-8 (BDH, Merck) instabu partikolarment xierqa biex tikseb il-firda meħtieal-każeini γ.

[2] Il-prodotti Ampholine® pH 3,5-9,5 (Pharmacia) u Resolyte® pH 5-7 u pH 6-8 (BDH, Merck) instabu partikolarment xierqa biex tikseb il-firda meħtieal-każeini γ.

[3] Il-prodotti Ampholine® pH 3,5-9,5 (Pharmacia) u Resolyte® pH 5-7 u pH 6-8 (BDH, Merck) instabu partikolarment xierqa biex tikseb il-firda meħtieal-każeini γ.

[4] Applikazzjoni tal-kampjun: Wara l-fokalizzazzjoni minn qabel (pass 1), ippipetta 18 µl ta' soluzzjonijiet standard u tal-kampjun għal fuq l-applikaturi tal-kampjun (10 × 5 mm), qiegħedhom fuq il-ġell b'intervalli ta' 1 mm wieħed mill-ieħor u 5 mm b'mod lonġitudinali mill-anodu w agħfas bil-mod. Agħmel l-iffokalizzazzjoni bl-użu tal-kondizzjonijiet ta' hawn fuq, billi tneħħi bil-galbu l-applikaturi tal-kampjuni wara s-60 minuta ta' fokalizzazzjoni tal-kampjun.

--------------------------------------------------

ANNESS XVI

(Artikolu 11)

IL-METODU TA' RIFERIMENT GĦAL TKIXXIF TA' KOLIFORMI FIL-BUTIR, TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT, KAŻEINA U KAŻEINATI

Kampjuni li jikkorrispondu għal 1 g butir jiġu inokulati fit-taħlita, jekk il-butir jiġi ttestjat għall-preżenza ta' koliformi.

Fejn trab tal-ħalib xkumat jew każeina/każeinati jiġu ttestjati għal preżenza ta' koliformi, kampjuni ta' 0,1 g huma inokulati fit-taħlita.

L-istandard FIĦ 73A: 1985, il-metodu B, huwa applikat bil-modifikazzjonijiet li ġejjin:

1) It-tħejjija tal-kampjun hija skond l-istandard FIĦ 122B:1992. Għall-każeina aċida, il-proċedura t-tħejjija tal-kampjun deskritta fl-istandard FIĦ 73 A: 1985 tista' tintuża bħala alternattiva.

2) Tubi inokulati b'kampjuni ta' 1g (butir) jew ta' 0,1 g biss (trab tal-ħalib xkumat, każeini/każeinati) rispettivament, huma nkubati u valutati. Ebda dilwizzjonijiet deċimali ma' jsiru.

Il-valutazzjoni tar-riżultati

Tliet riżultati negattivi: | Kondizzjoni meħtieġa mħarsa |

Żewġ jew tliet riżultati pożittivi: | Kondizzjoni meħtieġa mhux imħarsa |

Żewġ riżultati negattivi: | Żewġ kampjuni oħra għandhom jiġu analizzati, billi tiżen 1 g (butir) u 0,1 g (trab tal-ħalib xkumat, każeina/każeinati). Jekk l-aħħar żewġ riżultati huma negattivi, il-kondizzjoni meħtieġa hija mħarsa; jekk le l-kondizzjoni mhux imħarsa. |

Rimarka

Kontenut ta' koliforma: 1/10 g għall-butir; 1/g għat-trab tal-ħalib xkumat, każeina/każeinati, bħala medja.

Riżultati li juru li l-kondizzjoni meħtieġa tħarset jinkisbu bi probabbilità ta' 93 %.

Kontenut ta' koliforma: 1/g għall-butir; 1/0,1/g għat-trab tal-ħalib xkumat jew każeina/każeinati, bħala medja.

Riżultati li juru li l-kondizzjoni meħtieġa ma tħarsitx jinkisbu bi probabbilità ta' 91 %.

(Supposizzjoni: Distribuzzjoni Poisson)

--------------------------------------------------

ANNESS XVII

(Artikolu 12)

IL-METODU GĦALL-KEJL TA' KONTENUT TA' LATTOŻJU TA' PRODOTTI LI JAQGĦU FI ĦDAN IL-KODIĊI NM 2309 [1]

PARTI I

1. Il-qasam t' applikazzjoni

Il-metodu għandu jiġi applikat f'każijiet fejn il-kontenut ta' lattożju jaqbeż 0,5 %

2. Il-prinċipju

Ħoll iz-zokkor differenti fl-ilma. Ħalli l-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) taħdem; dan ma' jeffettwax il-lattożju. Kejjel il-kontenut ta' lattożju ta' din is-soluzzjoni, permezz tal-metodu Luff-Schoorl, wara li tiċċara u tiffiltra.

3. Ir-reaġenti

Tiosulfat tas-sodju 0,1 N.

Indikatur: soluzzjoni ta' lamtu. Żid taħlita ta' 5 g ta' lamtu solubbli (10 mg ta' mercuric iodide jistgħu jiżdiedu bħala konservant) u 30 ml t' ilma ma' 1 litru t' ilma jagħli; żomm it-taħlita tagħli għal tliet minuti; erħilha tiksaħ.

Soluzzjoni ta' Potassju iodide AR ma' 30 % (w/v).

Soluzzjoni ta' aċidu sulfuriku 6N.

Reaġent Luff-Schoorl:

(a) Ħoll 25 g ta' ramm II sulphate pentahydrate (CuSO45H2O) mingħajr ħadid f'100 ml ilma.

(b) Ħoll 50 g ta' aċidu ċitriku monoidrat (C6H8O7H2O) f'50 ml ilma.

(ċ) Ħoll 143,8 g ta' karbonat ta' sodju anidrus (Na2CO2) fi 300 ml misħun u erħilu jiksaħ.

Żid (b) ma’ (ċ), filwaqt li ċċaqlaq bil-galbu, imbagħad żid (a). Żid sa 1 litru, erħilu joqgħod lejl imbagħad iffiltra. Ikkontrolla n-normalità tar-reaġent hekk miksub (Cu 0.1 N, Na2CO3 2 N). Il-pH għandu jkun madwar 9.4.

Soluzzjoni Carrez I: ħoll 23,8 g Zn (C2H3O2)2.2H2O u 3g aċidu aċetiku glaċjali fl-ilma u żid sa 100 ml.

Carrez II: Ħoll 10,6 g de K4F2(CN)6.3H2O fl-ilma u żid sa 100 ml.

Żibeġ tal-ħaġra ħaffiefa, ttrattata meta tkun qed tagħli bl-aċidu kloridriku, maħsula bl-ilma u mnixxfa. Sospensjoni ta' Saccharomyces cerevisae: 25 g ta' ħmira friska f'100 ml ilma (iżżommx għal aktar minn ġimgħa fil-friġġ).

4. Il-proċedura

Iżen, sa l-eqreb 1mg, 1g tal-kampjun għall-analiżi; qiegħdu fi flixkun kalibrat ta' 100 ml. Zid 25 sa 30 ml ta' ilma. Qiegħed il-flixkun f'banju ta' ilma jagħli għal tletin minuta, imbagħad kessaħ sa madwar 35 °C.

Żid 5ml tas-sospensjoni ta' ħmira [2] u ċaqlaq. Ħalli l-flixkun kalibrat u l-kontenut tiegħu f'banju ta' ilma fuq temperatura bejn it-38 u l-40 °C għal sagħtejn.

Wara l-fermentazzjoni, kessaħ għal temperatura ta' madwar 20 °C. Żid 2,5 ml tas-soluzzjoni Carrez I u ċaqlaq għal tletin sekonda; imbagħad żid 2,5 ml tas-soluzzjoni Carrez II u erġa ċaqlaq għal tletin sekonda oħra. Żid sa 100 ml bl-ilma, ħallat u ffiltra. Ippipetta kwantità ta' l-iffiltrat ta' mhux aktar minn 25 ml, preferibbilment li jkun fih bejn 40 u 80 mg lattożju; jekk jeħtieġ, żid sa 25 ml bl-ilma u kejjel il-kontenut ta' lattożju anidrus bil-metodu Luff-Schoorl.

Wettaq blank test sħiħ bil-ħmira biss.

PARTI II

1. Il-kejl tal-kontenut ta' lattożju bil-metoduLuff-Schoorl

Ippipetta 25 ml tar-reaġent Luff-Schoorl u fi flixkun Erlenmeyer ta' 300 ml; żid 25 ml tas-soluzzjoni ċċarata mkejla preċiż.

Wara li żżid żewġ żibġiet ta' ħaġra ħaffiefa, saħħan, billi ċċaqlaq bl-idejn fuq fjamma miftuħa ta' għoli medju u wassal il-likwidu sakemm jagħli għal madwar żewġ minuti. Minnufih qiegħed il-flixkun Erlenmeyer fuq gożwijer bi skrijn ta' l-asbestos, li taħtu tkun inxtehlet fjamma minn qabel. Din tkun regolata b'mod li l-flixkun Erlenmeyer jissaħħan biss fil-qiegħ; imbagħad waħħal kondenser. Minn dan il-mument, għalli għal għaxar minuti eżatti. Kessaħ minnufih fl-ilma kiesaħ u wara madwar ħames minuti ttestja kif ġej:

Żid mal-likwidu 10 ml ta' potassju iodide u minnufih wara, iżda bi prudenza (peress li jista' jkun hemm ħafna ragħwa), 25 ml ta' aċidu sulfuriku 6N.

Imbagħad ittestja bis-sodju thiosulphate sakemm jisfar u lejn it-tmiem tat-test żid l-indikatur tal-lamtu.

Wettaq l-istess test b'taħlita ta' 25 ml eżatti ta' reaġent Luff-Schoorl u 25 ml ta' ilma, wara ż-żieda ta' 10 ml ta' potassju iodide u 25 ml ta' aċidu sulfuriku 6N, din id-darba mingħajr ma twassal sat-tgħolija.

Bl-użu tat-tabella li ġejja, sib l-ammont f'mg ta' lattożju li jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ testijiet (imfissra f'ml ta' tiosulfat tas-sodju 0,1 N).

TABELLA

Tabella għar-reaġent Luff-Schoorl ta' 25 ml

(ara il-kondizzjonijiet fit-test)

1. Tiosulfat tas-sodju 0,1 N.

2. Lattożju C12H22011

1 | 2 |

ml | mg | differenza |

1 | 3,6 | |

| | 3,7 |

2 | 7,3 | |

| | 3,7 |

3 | 11,0 | |

| | 3,7 |

4 | 14,7 | |

| | 3,7 |

5 | 18,4 | |

| | 3,7 |

6 | 22,1 | |

| | 3,7 |

7 | 25,8 | |

| | 3,7 |

8 | 29,5 | |

| | 3,7 |

9 | 33,2 | |

| | 3,8 |

10 | 37,0 | |

| | 3,8 |

11 | 40,8 | |

| | 3,8 |

12 | 44,6 | |

| | 3,8 |

13 | 48,4 | |

| | 3,8 |

14 | 52,2 | |

| | 3,8 |

15 | 56,0 | |

| | 3,9 |

16 | 59,9 | |

| | 3,9 |

17 | 63,8 | |

| | 3,9 |

18 | 67,7 | |

| | 4,0 |

19 | 71,7 | |

| | 4,0 |

20 | 75,7 | |

| | 4,1 |

21 | 79,8 | |

| | 4,1 |

22 | 83,9 | |

| | 4,1 |

23 | 88,0 | |

[1] Regolament (KEE) Nru 222/88

[2] Għal prodotti li fihom aktar minn 40 % ta' zokkor fermentabbli, żid il-kwantità ta' sospensjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS XVIII

(Artikolu 13)

IT-TKIXXIF TAT-TAMES TAX-XORROX FIT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT GĦALL-ĦAŻNA PUBBLIKA PERMEZZ TAL-KEJL TAL-GLIKOMAKROPEPTIDI KROMATOGRAFIJA LIKWIDA TA' RENDIMENT GĦOLI (KLRG)

1. L-għan u l-qasam t' applikazzjoni

Dan il-metodu jippermetti t-tkixxif tat-tames tax-xorrox fit-trab tal-ħalib xkumat maħsub għal-ħażna pubblika permezz tal-kejl tal-glikomakropeptidi.

2. Ir-riferiment

Standard Internazzjonali ISO 707 - Ħalib u Prodotti tal-Ħalib - Metodi ta' kampjunatura, li jikkonformaw mal-linji ta' gwida misjuba f’Anness I(2)(ċ) l-aħħar paragrafu.

3. Id-definizzjoni

Kontenut ta' glikomakropeptidida tat-trab tal-ħalib xkumat: il-kontenut ta' sustanzi mkejjel bil-metodu preskritt hawn taħt, imfisser bħala perċentwali bil-massa.

4. Il-prinċipju

- Ir-rikostituzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat, it-tneħħija tax-xaħam u l-proteini bl-aċidu trikloroaċetiku, segwit miċ-ċentrifugazzjoni;

- Il-kejl tal-kwantità ta' glikomakropeptidi (GMP) f'dak li jibqa' fil-wiċċ bil-kromatografija likwida ta' rendiment għoli (KLRG);

- Il-valutazzjoni tar-riżultat miksub għall-kampjuni b'riferiment għal kampjuni standard li jikkonsistu fi trab tal-ħalib xkumat bi jew mingħajr iż-żieda ta' perċentwali magħrufa tat-trab tax-xorrox.

5. Ir-reaġenti

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' grad analitiku magħruf. L-ilma wżat għandu jkun ilma distillat jew ilma ta' safa ta' l-inqas ekwivalenti.

5.1. Is-soluzzjoni ta' aċidu trikloroaċetiku

Ħoll 240 g ta' aċidu trikloroaċetiku (Cl3CCOOH) fl-ilma u żid sa 1000 ml.

5.2. Is-soluzzjoni elwenti, pH 6,0

Ħoll 1,74 g ta' dipotassium hydrogen phosphate (K2HPO4), 12,37 g ta' potassium dihydrogen phosphate (KH2PO4) u 21,41 g ta' sulfat tas-sodju (Na2SO4) f'madwar 700 ml ilma. Irregola, jekk jinħtieġ, sa pH 6,0, bl-użu ta' soluzzjoni ta' aċidu forforiku jew potassium hydroxide.

Żid sa 1000 ml bl-ilma u omoġenizza.

Iffiltra s-soluzzjoni elwenti, qabel l-użu, minn ġo filtru tal-membrana b'dijametru tal-pori ta' 0,45 μm.

5.3. Is-solvent ta' tlaħliħ

Ħallat volum wieħed ta' aċetonitrila (CH3CN) ma' disa' volumi ilma. Iffiltra s-soluzzjoni qabel l-użu minn ġo filtru tal-membrana b'dijametru tal-pori ta' 0,45 μm.

Nota:

Kull solvent ieħor ta' tlaħiħ b'effett batteriċida li ma jnaqqasx l-effiċjenza tar-riżoluzzjoni tal-kolonni jista' jintuża.

5.4. Il-kampjuni standard

5.4.1. Ħalib xkumat tat-trab li jħares ir-rekwiżiti ta' din ir-Riżoluzzjoni (i.e. [0]).

5.4.2. L-istess ħalib xkumat tat-trab adulterat b'5 % (m/m) trab tax-xorrox tat-tip tames ta' kompożizzjoni standard (i.e. [5]).

6. L-apparat

6.1. Miżien analitiku

6.2. Ċentrifuga li għandha ħila tilħaq forza ċentrifuga ta' 2200 g, armata b'tubi centrifugi bit-tapp ta' kapaċità ta' madwar 25 ml.

6.3. Xejker mekkaniku.

6.4. Aġitatur manjetiku.

6.5. Inbiebet tal-ħġieġ, dijametru ta' madwar 7 ċm.

6.6. Filtri tal-karta, filtrazzjoni medja, dijametru ta' madwar 12,5 ċm.

6.7. Apparat ta' filtrazzjoni tal-ħġieġ b'filtru ta' membrana ta' pori b'dijametru ta' 0,45 μm.

6.8. Pipetti gradati li jippermettu kunsinna ta' 10 ml (ISO 648, Class A, or ISO/R 835).

6.9. Banju ta' ilma termostatiku, regolat fuq 25 + - 0,5 °Ċ.

6.10. Apparat ta' KLRG, li jikkonsisti fi:

6.10.1. Pompa.

6.10.2. Injettur, bl-idejn jew awtomatiku, b'kapaċità bejn il-15 u t-30 μl.

6.10.3. Żewġ kolonni TSK 2000-SW in serje (tul 30 ċm, dijametru intern 0,75 ċm) jew kolonni ekwivalenti u prekolonna (3 ċm × 0,3 ċm) ippakkjata b’I 125 jew materjal ekwivalenti ta' effiċjenza.

6.10.4. Kolonna forn termostatika, regolata fuq 35 ± 0,5 °Ċ.

6.10.5. UV detekter ta' tul ta' mewġa varjabbli, li jippermetti kejl fuq 205 nm b'sensitività ta' 0,008 A.

6.10.6. Integratur b'ħila ta' integrazzjoni wied-għal-wied.

Nota:

Li taħdem b'kolonni miżmuma f'temperatura tal-kamra huwa possibbli, iżda l-qawwa ta' riżoluzzjoni hija naqra ibxex. F'dan il-każ, it-temperatura għandha tvarja b'inqas minn ± 5 °Ċ f'xi filliera waħda ta' analiżi.

7. Il-kampjunatura

7.1. L-Istandard Internazzjonali ISO 707 - "Ħalib u Prodotti tal-Ħalib - Metodi ta' kampjunatura", li jikkonformaw mal-linji ta' gwida li jinsabu fl-Anness I(2)(ċ) l-aħħar paragrafu.

7.2. Żomm il-kampjuni f'kondizzjonijiet li jaqtgħu barra kull taħżin jew bidla fil-kompożizzjoni.

8. Il-proċedura

8.1. It-tħejjija tal-kampjun tat-test.

Ittrasferixxi t-trab tal-ħalib f'kontenitur b'kapaċità ta' madwar id-doppju tal-volum tat-trab, li jkollu għatu li jagħlaq issikkat. Agħlaq il-kontenitur minnufih. Ħallat it-trab sewwa billi tħawwad il-kontenitur ripetutament.

8.2. Il-porzjon tat-test

Iżen 2,000 + 0,001 g tal-kampjun tat-test f'tubu taċ-ċentrifuga (6.2).

8.3. It-tneħħija tax-xaħam u l-proteini

8.3.1. Żid 20 g misħun (50 °Ċ) mal-porżjon tat-test. Ħoll it-trab billi ċċaqalqu għal ħames minuti bl-użu ta' xejker mekkaniku (6.3). Kessaħ it-tubu sa 25 °Ċ.

8.3.2. Żid 10,0 ml ta' soluzzjoni ta' aċidu trikloroaċetiku (5.1) f'żewġ minuti, filwqat li tħawwad bl-għajnuna ta' aġitatur manjetiku (6.4). Qiegħed it-tubu ġo banju ta' ilma (6.9) u erħilu għal 60 minuta.

8.3.3. Iċċentrifuga (6.2) għal 10 minuti fuq 2200 g, jew iffiltra minn filtru tal-karta (6.6), billi tarmi l-ewwel 5 ml ta' l-iffiltrat.

8.4. Il-kejl kromatografiku

8.4.1. Injetta bejn 15 u 30 μl ta' dak li jibqa' fil-wiċċ jew l-iffiltrat imkejjel bir-reqqa (8.3.3) fl-apparat KLRG (6.10) li jkun qiegħed fuq rata ta' kurrent ta' 1,0 ml ta' soluzzjoni elwenti (5.2) kull minuta.

Noti:

1. Żomm is-soluzzjoni elwenti (5.2) fuq 85 °Ċ matul l-analiżi kromatografika kollha biex iżżomm l-elwent mingħajr gass u twaqqaf li titrabba l-baktierja. Kull prekawzjoni b'effett simili tista' tintuża.

2. Matul kull interruzzjoni laħlaħ il-kolonni bl-ilma. Qatt tħalli s-soluzzjoni elwenti fihom (5.2).

Qabel kull interruzzjoni ta' aktar minn 24 siegħa, laħlaħ il-kolonni bl-ilma imbagħad aħsilhom bis-soluzzjoni (5.3) għal ta' l-inqas tliet sigħat b'rata ta' kurrent ta' 0,2 ml kull minuta.

8.4.2. Ir-riżultati ta' l-analiżi kromatografika tal-kampjun tat-test [E] jinkisbu taħt sura ta' kromatogramma li fiha kull quċċata hija identifikata skond il-ħin ta' ritenzjoni tagħha RT kif ġej:

Quċċata II: | It-tieni quċċata tal-kromatogramma b'RT ta' madwar 12,5 minuti. |

Quċċata III: | It-tielet quċċata tal-kromatogramma, li tikkorrispondi għall-GMP, b'RT ta' 15,5 ± 1,0 minuti. |

Quċċata IV: | Ir-raba' quċċata tal-kromatogramma b'RT ta' madwar 17,5 minuti. |

Il-kwalità tal-kolonni tista' teffettwa l-ħinijiet ta' ritenzjoni tal-quċċati individwali.

L-integratur (6.10.6) awtomatikament jikkalkola l-arja A ta' kull quċċata:

AII: | arja ta' quċċata II, |

AIII: | arja ta' quċċata III, |

AIV: | arja ta' quċċata IV. |

Huwa essenzjali li wieħed jeżamina d-dehra ta' kull kromatogramma qabel l-interpretazzjoni kwantitattiva, biex ikollu tkixxif ta' kull abnormalità li ġejja, jew funzjonament ħażin ta' l-apparat jew il-kolonni, jew mill-oriġini u natura tal-kampjun analizzat.

Jekk tkun fid-dubju, irrepeti l-analiżi.

8.5. Il-kalibratura

8.5.1. Applika eżattament il-proċedura deskritta minn punt 8.2 sa punt 8.4.2 fuq il-kampjuni standard (5.4).

Uża soluzzjonijiet imħejjija friski, għaliex il-GMP jiħżienu f'ambjent trikloroaċetiku ta' 8 %. It-telf huwa stmat madwar 0,2 % fis-siegħa fuq 30°Ċ.

8.5.2. Qabel il-kejl kromatografiku tal-kampjuni, ikkondizzjona l-kolonni billi tinjetta ripetutament soluzzjoni tal-kampjun standard (5.4.2) sakemm l-arja (8.5.1) u l-ħin ta' ritenzjoni tal-quċċata li tikkorrispondi għall-GMP ikunu kostanti.

8.5.3. Ikkalkola l-fatturi ta' rispons R billi tinjetta l-istess volum ta' iffiltrati (8.5.1) kif użati għall-kampjuni.

9. Kif tispjega r-rizultati

9.1. Il-metodu tal-kalkolu u l-formoli

9.1.1. Kalkolu tal-fatturi ta' respons R:

AII quċċata | RII=100AII0 |

AIV quċċata | RIV=100AIV0 |

fejn:

RII u RIV = il-fatturi ta' rispons tal-quċċati II u IV rispettivament,

AII [0] u AIV [0] = l-arji tal-quċċati II u IV rispettivament tal-kampjun standard [0] miksub f'8.5.3.

AIII quċċata | RIII=WAIII5- AIII0 |

fejn:

RIII = il-fattur ta' rispons tal-quċċata III,

AII [0] u AIV [0] = l-arji tal-quċċata III fil-kampjuni standard [0] u [5] miksuba rispettivament f'8.5.3,

W = il-kwantità ta' xorrox fil-kampjun standard [5], i.e. 5.

9.1.2. Kalkolu ta' l-arja relattiva tal-quċċati fil-kampjun [E]

S

= R

× A

IIE

S

III

III

E

S

= R

× A

IVE

fejn:

SII [E], SIII [E], SIV [E] = l-arji relattivi tal-quċċati II, III u IV rispettivament fil-kampjun [E],

AII [E], AIII [E], AIV [E] = l-arji tal-quċċati II, III u IV rispettivament fil-kampjun [E] miksuba f'8.4.2,

RII, RIII, RIV = il-fatturi ta' rispons ikkalkolati f'9.1.1.

9.1.3. Kalkolu tal-ħin relattiv ta' ritenżjoni tal-quċċata III fil-kampjun [E]:

RRT

=

RT

RT

III5

meta:

RRTIII [E] = il-ħin relattiv ta' ritenzjoni tal-quċċata III fil-kampjun [E],

RTIII [E] = il-ħin relattiv ta' ritenzjoni tal-quċċata III fil-kampjun [E] miksub f'8.4.2,

RTIII [5] = il-ħin ta' ritenzjoni tal-quċċata III fil-kampjun ta' kontroll [5] miksub f'8.5.3.

9.1.4. L-esperimenti wrew li hemm relazzjoni lineari bejn il-ħin relattiv ta' ritenzjoni tal-quċċata III, i.e. RRTIII [E] u l-perċentwali tat-trab tax-xorrox miżjud sa 10 %.

- L-RRTIII [E] huwa < 1,000 meta l-kontenut ta' xorrox huwa > 5 %;

- L-RRTIII [E] huwa ≥ 1,000 meta l-kontenut ta' xorrox huwa ≤ 5 %.

L-inċertezza li titħalla għal-valuri ta' RRTIII hija ± 0,002.

Normalment il-valur ta' l-RRTI I I [0] jiddevja ftit minn 1,034. Skond il-kondizzjoni tal-kolonni, l-valur jista' jersaq lejn l-1,000, iżda dejjem għandu jkun akbar.

9.2. Il-kalkolu tal-perċentwali tat-trab tat-tames tax-xorrox fil-kampjun:

W = S

-

S

-0,9

meta:

W = il-perċentwali m/m tat-tames tax-xorrox fil-kampjun [E];

SIII [E] = l-arja relattiva tal-quċċata III tal-kampjun tat-test [E] miksub bħal f'9.1.2;

1,3 = tirrappreżenta l-arja medja relattiva tal-quċċata III imfissra fi grammi tat-tames tax-xorrox kull 100 g mkejla fit-trab tal-ħalib xkumat mhux adulterat ta' oriġini differenti. Din iċ-ċifra nkisbet b'mod sperimentali;

SIII [0] = tirrapreżenta l-arja relattiva tal-quċċata III li hija l-istess għal RIII × AIII [0]. Dawn il-valuri jinkisbu f'9.1.1 u 8.5.3 rispettivament;

(SIII [0] 0,9) = tirrapreżenta t-tiswija li trid issir fl-arja medja relattiva 1,3 meta SIII [0] mhix l-istess għal 0,9. B'mod sperimentali l-arja medja relattiva tal-quċċata III tal-kampjun ta' kontroll [0] hija 0,9.

9.3. Il-preċiżjoni tal-proċedura

9.3.1. Ir-ripetibbilità

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa fl-istess ħin jew wieħed eżatt wara l-ieħor mill-istess analista li juża l-istess apparat fuq materjal tat-test identiku m'għandiex taqbeż 0,2 % m/m.

9.3.2. Ir-riproduċibbilità

Id-differenza bejn żewġ riżultati singoli u indipendenti, miksuba f'żewġ laboratorji differenti fuq materjal ta' test identiku m'għandiex taqbeż 0,4 % m/m.

9.4. L-interpretazzjoni

9.4.1. Assumi n-nuqqas ta' xorrox jekk l-arja relattiva tal-quċċata III, SIII [E] mfissra fi grammi tat-tames tax-xorrox kull 100 g tal-prodott hija ≤

2,0 +

meta

2,0 = huwa l-valur massimu permess għall-arja relattiva tal-quċċata III meta titqies l-arja relattiva tal-quċċata III, i.e. 1,3, l-inċertezza minħabba varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat u r-riproduċibbilità tal-metodu (9.3.2),

SIII [0] - 0,9 = hija t-tiswija magħmula meta l-arja SIII [0] hija differenti minn 0,9 (ara punt 9.2).

9.4.2. Jekk l-arja relattiva tal-quċċata III,

S

hija > 2,0 +

u l-arja relattiva tal-quċċata II, SII [E] ≤ 160, kejjel il-kontenut tat-tames tax-xorrox kif indikat f'punt 9.2.

9.4.3. Jekk l-arja relattiva tal-quċċata III,

S

hija > 2,0 +

u l-arja relattiva tal-quċċata II, SII [E] ≤160, kejjel il-kontenut protejku kif indikat f'punt 9.2.

9.4.3.1. Id-data miksuba wara l-analiżi tal-kampjuni ta' trabijiet ta' ħalib xkumat mhux adulterat b'kontenut totali għoli ta' proteina nġabret fil-graffs 1 u 2.

Il-linja kontinwa tirrapreżenta r-regressjoni lineari, li l-koeffiċjenti tagħha huma kkalkolati bil-metodu ta' l-inqas kwadrati.

Il-linja dritta bis-sinjali tiffissa l-ogħla limitu ta' l-arja relattiva tal-quċċata III bi probabbilità li ma tinqabiżx f'90 % tal-każi.

L-ekwazzjonijiet għall-linji dritti bis-sinjali tal-graffs 1 u 2 huma:

SIII= 0,376 P % - 10,7 | (graff 1), |

SIII= 0,0123 SIIE+ 0,93 | (graff 2), |

rispettivament fejn:

SIII hija l-arja relattiva tal-quċċata III ikkalkolata jew skond il-kontenut totali ta' proteina jew skond l-arja relattiva ta' quċċata SII [E],

P % huwa l-kontenut totali ta' proteina mfisser bħala perċentwali, bil-piż,

(SII [E] hija l-arja relattiva ta' kampjun ikkalkolata f'punt 9.1.2.

Dawn l-ekwazzjonijiet huma ekwivalenti għal figura ta' 1,3 msemmija f'punt 9.2.

Id-diskrepanza (T1 u T2) bejn l-arja relattiva SIII [E] misjuba u l-arja relattiva SIII tingħata permezz ta' dan li ġej:

T

= S

-

S

- 0,9

T

= S

-

0,0123 S

+ 0,93

S

- 0,9

9.4.3.2. Jekk T1 u/jew T2 huma żero jew anqas, il-preżenza tat-tames tax-xorrox ma' tistax titkejjel.

Jekk T1 u T2 jaqbżu ż-żero, it-tames tax-xorrox huwa preżenti.

Il-kontenut tat-tames tax-xorrox jiġi kkalkolat skond il-formula li ġejja:

W = T

+ 0,91

meta:

0,91 hija d-distanza fuq l-assi vertikali bejn il-linji dritti kontinwi u dawk maqtugħin.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XIX

(Artikolu 13)

IL-KEJL TA' SOLIDI TAT-TAMES TAX-XORROX FIT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT U T-TAĦLITIET IMSEMMIJA FIR-REGOLAMENT (KE) NRU 2799/1999

1. Il-għan: It-tkixxif ta' żieda ta' solidi tat-tames tax-xorrox f':

(a) trab tal-ħalib xkumat kif definit f’Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, u

(b) taħlitiet kif definiti f’Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999

2. Ir-riferimenti: L-Istandard internazzjonali ISO 707

3. Id-definizzjoni

Il-kontenut ta' solidi tat-tames tax-xorrox huwa definit bħala l-perċentwali bil-massa kif imkejla bil-proċedura deskritta.

4. Il-prinċipju

Il-kontenut ta' glikomakropeptida A huwa mkejjel skond l-Anness XVIII. Il-kampjuni li jagħtu riżultat pożittiv huma analizzati għall-glikomakropeptida A bi proċedura ta' kromatografija likwida ta' rendiment għoli ta' fażi riversjata (proċedura KLRG). Il-valutazzjoni tar-riżultat tinkseb b'riferiment għall-kampjuni standard li jikkonsistu fi trab tal-ħalib xkumat bi jew mingħajr perċentwali magħrufa tat-trab tax-xorrox. Riżultati ogħla minn 1 % (m/m) juru li solidi tat-tames tax-xorrox huma preżenti.

5. Ir-reaġenti

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' grad analitiku magħruf. L-ilma wżat għandu jkun ilma distillat jew ilma ta' safa ta' l-inqas ekwivalenti. L-aċetonitril għandu jkun ta' kwalità spettroskopika jew LKRG.

Reaġenti meħtieġa għall-proċedura deskritta f’Anness XVIII ta' dan ir-Regolament.

Reaġenti għall-fażi riversjata LKRG.

5.1. Soluzzjoni ta' aċidu trikloroaċetiku

Ħoll 240 g ta' aċidu trikloroaċetiku (Cl3CCOOH) fl-ilma u żid sa 1000 ml.

5.2. Elwenti A u B

Elwent A: 150 ml ta' aċetonitril (CH3CN), 20 ml ta' isopropanol (CH3CHOHCH3), u 1,00 ml ta' aċidu triflworoaċetku (TFA, CF3COOH) jitqegħdu fi flixkun volumetriku ta' 1000ml. Żid sa 1000 ml bl-ilma.

Elwent B: 550 ml ta' aċetonitril, 20 ml ta' isopropanol u 1,00 ml ta' TFA jitqegħdu fi flixkun volumetriku ta' 1000ml. Żid sa 1000 ml bl-ilma. Iffiltra s-soluzzjoni elwenti, qabel l-użu, minn ġo filtru tal-membrana b'dijametru tal-pori ta' 0,45 μm.

5.3. Preżervazzjoni tal-kolonna

Wara l-analiżi l-kolonna titlaħlaħ bl-elwent B (permezz ta' gradjent) u wara titlaħlaħ bl-aċetonitril (permezz ta' gradjent għal 30 minuta). Il-kolonna tinżamm fl-aċetonitril.

5.4. Kampjuni Standard

5.4.1. Ħalib xkumat tat-trab li jħares ir-rekwiżiti ta' ħażna pubblika (i.e. (0)).

5.4.2. L-istess ħalib xkumat tat-trab adulterat b'5 % (m/m) trab tax-xorrox tat-tip tames ta' komposizzjoni standard (i.e. (5))

5.4.3. L-istess ħalib xkumat tat-trab adulterat b'50 % (m/m) trab tax-xorrox tat-tip tames ta' komposizzjoni standard (i.e. (5)) [1].

6. L-apparat

Apparat meħtieġ għall-proċedura deskritta fl-Anness XVIII ta' dan ir-Regolament.

6.1. Miżien analitiku

6.2. Ċentrifuga li għandha ħila tilħaq forza centrifuga ta' 2200 g, armata b'tubi centrifugi bit-tapp ta' kapaċità ta' madwar 50 ml.

6.3. Xejker mekkaniku bi proviżjoni li jċaqlaq fuq 50 °Ċ.

6.4. Aġitatur manjetiku.

6.5. Inbiebet tal-ħġieġ, b'dijametru ta' madwar 7 ċm.

6.6. Filtri tal-karta, filtrazzjoni medja, b'dijametru ta' madwar 12,5 ċm.

6.7. Apparat ta' filtrazzjoni tal-ħġieġ b'filtru ta' membrana ta' pori b'dijametru ta' 0,45 mm.

6.8. Pipetti gradati, li jippermettu kunsinna ta' 10 ml (ISO 648, Klassi A, jew ISO/R 835), jew sistema li għandha l-ħila li tikkunsinna 10,0 ml f'żewġ minuti.

6.9. Banju ta' ilma termostatiku, regolat bejn 25 + - 0,5 °Ċ.

6.10. Apparat ta' KLRG, li jikkonsisti f':

6.10.1. Sistema ta' ippumpjar ta' gradjent binarju.

6.10.2. Injettur, bl-idejn jew awtomatiku, b'kapaċità ta' 100 μl.

6.10.3. Kolonna Dupont Protein Plus (tul 25 ċm, 0,46 ċm dijametru intern) jew kolonna ekwivalenti ta' pori wiesgħa b'bażi ta' silika ta' fażi riversjata.

6.10.4. Kolonna forn termostatiku, regolata bejn 35 + - 1 °Ċ.

6.10.5. Rilevatur UV ta' tul ta' mewġa varjabbli, li bih tagħmel kejl fuq 210 nm (jekk jinħtieġ, tul ta' mewġa ogħla sa 220 nm tista' tintuża) b'sensitività ta' 0,02 Å.

6.10.6. Integratur li jista' jagħmel integrazzjoni ta' wied-għal-wied.

Nota:

L-operazzjoni tal-kolonna f'temperatura tal-kamra hija possibbli, sakemm it-temperatura tal-kamra ma' tossillax aktar minn 1°Ċ, inkella jkun hemm wisq varjazzjoni fil-ħin ta' ritenzjoni tal-GMPÅ.

7. Il-kampjunatura

7.1. Għandhom jittieħdu kampjuni b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Istandard Internazzjonali ISO 707. Iżda, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodu ieħor ta' kampjunatura sakemm iħares il-prinċipji ta' l-istandard hawn fuq imsemmi.

7.2. Żomm il-kampjun f'kondizzjonijiet li jaqtgħu barra kull tiħżin jew bdil fil-komposizzjoni.

8. Il-proċedura

8.1. It-tħejjija tal-kampjun tat-test.

Ittrasferixxi l-ħalib tat-trab f'kontenitur li jiflaħ madwar id-doppju tal-volum tat-trab li fih għatu li jagħlaq issikkat. Agħlaq il-kontenitur minnufih. Ħallat sewwa t-trab tal-ħalib permezz ta' inverżjoni ripetuta tal-kontenitur.

8.2. Il-porzjon tat-test

Iżen 2,00 ± 0,001 g tal-kampjun tat-test f'tubu ċentrifugu (6.2) jew flixkun xieraq bit-tapp (50 ml).

8.3. It-tneħħija tax-xaħam u proteini

8.3.1. Żid 20,0 g ta' misħun (50 °Ċ) mal-porzjon tat-test. Ħoll it-trab billi ċċaqalqu għal ħames minuti jew 30 minuta fil-każ ta' xorrox aċidu bl-użu ta' xejker mekkaniku (6.3). Qiegħed it-tubu fil-banju ta' ilma (6.9) u ħalliħ jekwilibrija sa 25 °Ċ.

8.3.2. Żid 10,0 ml ta' soluzzjoni ta' aċidu trikloroaċetiku fuq 25 °Ċ (5.1) b'mod kostanti matul żewġ minuti, filwaqt li tħallat bis-saħħa permezz ta' agitatur manjetiku (6.4). Qiegħed it-tubu ġewwa banju ta' ilma (6.9) u ħalliħ għal 60 minuta.

8.3.3. Iċċentrifuga (6.2) 2,200 għal 10 minuti, jew iffiltra minn ġol-karta (6.6), filwaqt li tarmi l-ewwel 5 ml ta' l-iffiltrat.

8.4. Il-kejl kromatografiku

8.4.1. Wettaq analiżi KLRG kif deskritta fl-Anness XVIII. Jekk jinkiseb riżultat negattiv, il-kampjun analizzat ma fihx solidi tat-tames tax-xorrox f'ammonti li jinħassu. Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, il-proċedura KLRG ta' fażi riversjata deskritta hawn taħt għandha tiġi applikata. Il-preżenza ta' trab ta' ħalib aċidu tal-butir tista' twassal għal riżultati pożittivi foloz. Il-metodu KLRG ta' fażi riversjata teskludi din il-possibbilità.

8.4.2. Qabel ma titwettaq l-analiżi ta' KLRG ta' fażi riversjata, il-kondizzjonijiet ta' gradjent għandhom jiġu ottimizzati. Ħin ta' ritenzjoni ta' 26 ± 2 minuti għall-GMPA huwa ottimali għas-sistemi ta' gradjent b'volum mejjet ta' madwar 6 ml (volum minn meta s-solventi jiġu flimkien sal-volum tal-ħolqa ta' l-injettur, inkluż). Sistemi ta' gradjent b'volum mejjet aktar baxx (eż. 2 ml) għandhom jużaw 22 minuta bħala ħin ta' retenzjoni ottimali.

Ħu soluzzjonijiet tal-kampjuni standard (5.4) mingħajr u bi 50 °6 tames tax-xorrox.

Injetta 100 μl ta' dak li jibqa' fil-wiċċ jew l-iffiltrat (8.3.3) fl-apparat HPLC li jaħdem fil-kondizzjonijiet ta' gradjent kixxiefa mogħtija fit-Tabella 1.

Tabella 1

Kondizzjonijiet ta' gradjent kixxiefa għall-ottimizzazzjoni tal-kromatografija

Ħin (minuti) | Kurrent (ml/minuti) | % A | % B | Kurva |

Bidu | 1,0 | 90 | 10 | * |

27 | 1,0 | 60 | 40 | lin |

32 | 1,0 | 10 | 90 | lin |

37 | 1,0 | 10 | 90 | lin |

42 | 1,0 | 90 | 10 | lin |

It-tqabbil taż-żewġ kromatogrammi għandu jikxef fejn tinsab il-quċċata tal-GMPA.

Bl-użu tal-formula hawn taħt, il-komposizzjoni inizjali tas-solvent li għandha tintuża għall-gradjent normali (ara 8.4.3) tista' tiġi kkalkolata:

% B = 10 - 2,5

* 30/27

% B = 7,5 +

* 1,11

Meta:

RTgmpA : ħin ta' ritenzjoni tal-GMPA fil-gradjent kixxief

10 : il- % B iniżjali tal-gradjent kixxief

2,5 : % B fuq il-punt tan-nofs li minnu tnaqqas %B fil-bidu fil-gradjent normali

13,5 : ħin tal-punt tan-nofs tal-gradjent kixxief

26 : ħin meħtieġ ta' ritenzjoni tal-GMPA

6 : proporzjon ta' l-inklinazzjonijiet tal-gradjent kixxief u normali

30 : % B fuq l-inizjali li minnu tnaqqas %B fuq 27 minuta fil-gradjent kixxief

27 : ħin tad-dawra tal-gradjent fittiexi.

8.4.3. Ħu soluzzjonijiet tal-kampjuni tat-test

Injetta 100 μl ta' dak li jibqa' fil-wiċċ jew l-iffiltrat imkejjel bir-reqqa (8.3.3) fl-apparat HPLC li jaħdem b'rata ta' kurrent ta' 1,0 ml ta' soluzzjoni ta' elwent (5.2) kull minuta.

Il-komposizzjoni ta' l-elwent tal-bidu ta' l-analiżi tinkiseb minn 8.4.2. Normalment tkun qrib ta' A:B = 76:24 (5.2). Minnufih wara l-injezzjoni jingħata bidu għal gradjent lineari, li jirriżulta f'perċentwali ogħla ta' 5 % ta' B wara 27 minuta. Sussegwentement jingħata bidu għal gradjent lineajri, li jġib il-komposizzjoni elwenti għal 90 % ta' B f'ħames minuti. Din il-komposizzjoni tinżamm għal ħames minuti, mbagħad il-komposizzjoni tinbidel, permezz ta' gradjent lineari f'ħames minuti għall-komposizzjoni tal-bidu. Skond il-volum intern tas-sistema ta' l-ippumpjar, l-injezzjoni li jmiss tista' ssir 15-il minuta wara li jintleħqu l-kondizzjonijiet tal-bidu.

Rimarki

1. Il-ħin ta' ritenzjoni għall-glikomakropeptide għandu jkun ta' 26 +- żewġ minuti. Dan jista' jinkiseb billi tvarja l-kondizzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem ta' l-ewwel gradjent. Iżda, d-differenza fil-% ta' B għall-kondizzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem ta' l-ewwel gradjent għandhom jibqgħu 5 % ta' B.

2. L-elwenti għandhom jiġu degassati biżżejjed u għandhom ukoll jibqgħu degassati. Dan huwa essenzjali għat-tħaddim xieraq tas-sistema ta' ippumpjar ta' gradjent. Id-devjazzjoni standard għall-ħin ta' ritenzjoni tal-quċċata GMP għandha tkun iżgħar minn 0,1 minuta (n = 10).

3. Kull ħames kampjuni, il-kampjun ta' riferiment (5) għandu jiġi injettat u wżat biex tikkalkola fattur ġdid ta' rispons R (9.1.1).

8.4.4. Ir-riżultati ta' l-analiżi kromatografika tal-kampjun tat-test (E) jinkisbu taħt sura ta' kromatogramma li fiha l-quċċata GMP tiġi identifikata skond il-ħin ta' ritenzjoni tagħha ta' madwar 26 minuta.

L-integratur (6.40.6) awtomatikament jikkalkola l-għoli H tal-quċċata GMP. Il-lokazzjoni tal-linja ta' bażi għandha tiġi ikkontrollata f'kull kromatogramma. L-analiżi jew l-integrazzjoni għandha tiġi ripetuta jekk il-linja ta' bażi kienet lokalizzata ħażin.

Huwa meħtieġ li teżamina d-dehra ta' kull kromatogramma qabel l-interpretazzjoni kwantitativa, biex jinħassu xi abnormalitajiet minħabba ħsara fl-apparat jew fil-kolonna, jew l-oriġini u n-natura tal-kampjun analizzat. Jekk hemm xi dubju, erġa' agħmel l-analiżi.

8.5. Il-kalibratura

8.5.1. Applika eżattament il-proċedura deskritta minn punt 8.2 sa punt 8.4.4 għall-kampjuni standard (5.4.1 sa 5.4.2). Uża soluzzjonijiet imħejja friski, għaliex il-GMP jiħżien f'ambjent ta' 8 % ta' aċidu trikloroaċetiku fit-temperatura tal-kamra. Fuq 4 °Ċ is-soluzzjoni tibqa' stabbli għal 24 siegħa. Fil-każ ta' sensiela twila ta' analiżijiet l-użu ta' trej imkessaħ għall-kampjuni fl-injettur awtomatiku huwa mixtieq.

Nota:

Tista' titħalla barra jekk il- % ta' B fil-kondizzjonijiet tal-bidu tkun magħrufa mill analiżijiet ta' qabel.

Il-kromatgramma tal-kampjun ta' riferiment (5) għandu jkun analogu ma' Figura 1. F'din il-figura l-quċċata GMPA hija preċeduta minn żewġ quċċati żgħar. Huwa meħtieġ li tikseb tifrid simili.

8.5.2. Qabel il-kejl kromatografiku tal-kampjuni, injetta 100 μl tal-kampjun standard mingħajr it-tames tax-xorrox (0) (5.4.1).

Il-kromatogramma m'għandiex turi quċċata fil-ħin ta' retenzjoni tal-quċċata GMPA.

8.5.3. Kejjel il-fatturi ta' rispons R billi tinjetta l-istess volum ta' iffiltrat (8.5.1) kif użat għall-kampjuni.

9. Kif tispjega riżultati

9.1. Il-metodu tal-kalkolu u l-formoli

9.1.1. Kalkolu tal-fattur ta' respons R:

Quċċata GMP: R= W/H

Fejn:

R = il-fattur ta' rispons tal-quċċata GMP

H = l-għoli tal-quċċata GMP

W = il-kwantità ta' xorrox fil-kampjun standard (5).

9.2. Kalkolu tal-perċentwali ta' tames tax-xorrox tat-trab fil-kampjun

W(E) = R × H(E)

Fejn:

W(E) = il-perċentwali (m/m) ta' tames tax-xorrox fil-kampjun (E)

R = il-fattur ta' rispons tal-quċċata GMP (9.1.1)

H(E) = l-għoli tal-quċċata GMP tal-kampjun (E)

Jekk W(E) hija ikbar minn 1 % u d-differenza bejn il-ħin ta' ritenzjoni u dak tal-kampjun standard (5) hija iżgħar minn 0,2 minuti t-tames tax-xorrox huwa għalhekk preżenti.

9.3. Preċiżjoni tal-proċedura

9.3.1. Ir-ripetibbilità

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa fl-istess ħin jew wieħed eżatt wara l-ieħor mill-istess analista bl-użu ta' l-istess apparat fuq materjal tat-test identiku, m'għandiex taqbeż 0,2 % m/m.

9.3.2. Ir-riproduċibbilità

Għadha mhix imkejla.

9.3.3. Il-linearità

Minn 0 sa 16 % tat-tames tax-xorrox relazzjoni lineari għandha tinkiseb b'koeffiċjent ta' korrelazzjoni > 0,99.

9.4. L-interpretazzjoni

9.4.1. Ix-xorrox jitqies preżenti jekk ir-riżultat miksub f’9.2 huwa ogħla minn 1 % m/m u l-ħin ta' ritenzjoni tal-quċċata GMP hija differenti b'inqas minn 0,2 minuti minn dik tal-kampjun standard (5). Il-limitu ta' 1 % huwa iffissat bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' punti 9.2 u 9.4.1 ta' l-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 625/78.

+++++ TIFF +++++

[1] Trab tax-xorrox tat-tip tames ta' komposizzjoni standard kif ukoll it-trab tal-ħalib xkumat adulterat huma disponibbli minn NIZO, Kernhemseweg 2, PO Box 20 - NL-6710 BA Ede. Iżda, trabijiet li jagħtu riżultati ekwivalenti għat-trabijiet NIZO jistgħu jintużaw ukoll.

--------------------------------------------------

ANNESS XX

(Artikolu 14)

TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT: KEJL KWANTITATTIV TA' PHOSPHATIDYLSERINE U PHOSPHATIDYLETHANOLAMINE

Metodu: fażi-riversjata KLRG

1. Il-għan u l-qasam ta' applikazzjoni

Il-metodu jiddeskrivi proċedura għall-kejl kwantitattiv ta' phosphatidylserine (PS) u phosphatidylethanolamine (PE) fit-trab tal-ħalib xkumat (TĦX) u huwa xieraq għat-tkixxif ta' solidi ta' xorrox fit-TĦX.

2. Id-definizzjoni

Kontenut PS +PE: Il-frazzjoni ta' massa ta' sustanza mkejla bl-użu tal-proċedura hawn speċifikata. Ir-riżultat huwa mfisser bħala milligrammi ta' phosphatidylethanolamine dipalmitoyl (PEDP) kull 100 g ta' trab.

3. Il-prinċipju

Estrazzjoni ta' l-aminophospholipids bil-metanol mill-ħalib tat-trab rikostitwit. Kejl ta' PS u PE bħala derivattivi ta' o-phthaldialdehyde (OPA) b'KLRG tal-fażi riversjata (FR) u tkixxif ta' florexxenza. Kwantifikazzjoni ta' kontenut ta' PS u PE fil-kampjun tat-test b'riferiment għal kampjun standard li fih ammont magħruf ta' PEDP.

4. Ir-reaġenti

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' grad analitiku magħruf. L-ilma jrid jkun distillat jew ta' l-inqas ta' safa ekwivalenti sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

4.1. Materjal standard: PEDP, ta' l-inqas 99 % safi.

Nota:

Il-materjal standard għandu jinżamm f'temperatura ta' -18 °Ċ.

4.2. Reaġenti għall-kampjun standard u t-tħejjija tal-kampjun tat-test

4.2.1. Metanol ta' grad ta' KLRG

4.2.2. Kloroforma ta' grad ta' KLRG

4.2.3. Tryptamine-monohydrochloride

4.3. Reaġenti għad-derivatizzazzjoni ta' o-phthaldialdehyde

4.3.1. Idrossidu tas-sodju, soluzzjoni ta' ilma 12 M

4.3.2. Aċidu boriku, soluzzjoni ta' ilma 0,4 M regolata għal pH 10,0 bl-idrossidu tas-sodju (4.3.1)

4.3.3. 2-mercaptoethanol

4.3.4. o-phthaldialdehyde (OPA)

4.4. Solventi ta' elwizzjoni KLRG

Is-solventi ta' elwizzjoni għandhom jitħejjew bl-użu ta' reaġenti ta' grad ta' KLRG.

4.4.1. Ilma ta' grad ta' KLRG

4.4.2. Metanol ta' safa florometrika ittestjata

4.4.3. Tetrahydrofuran

4.4.4. Sodium dihydrogen phosphate

4.4.5. Sodium acetate

4.4.6. Aċidu aċetiku

5. L-apparat

5.1. Miżien analitiku

5.2. Buqari, li jesgħu 25 u 100 μl

5.3. Pipetti, li jagħtu 1 u 10 ml

5.4. Aġitatur manjetiku

5.5. Pipetti gradati li jagħtu 0,2 0,5 u 5 ml

5.6. Fliexken volumetriċi, li jesgħu 10, 50 u 100 ml

5.7. Siringi, li jesgħu 20 u 100

5.8. Banju ultrasoniku

5.9. Ċentrifuga li taħdem fuq 27000 × g

5.10. Fliexken żgħar tal-ħġieġ, li jesgħu madwar 5 ml

5.11. Ċilindru gradat li jesgħa 25 ml

5.12. Arloġġ tal-pH

5.13. Tagħmir KLRG

5.13.1. Sistema ta' ippumpjar ta' gradjent, li tista' taħdem b'1,0 ml/min fuq 200 bar

5.13.2. Kampjonatur awtomatiku b'kapaċità ta' derivatizzazzjoni

5.13.3. Ħiter tal-kolonna fuq 30 °Ċ

5.13.4. Rilevatur ta' florexxenza regolat fuq tul ta' mewġa ta' eċċitament ta' 330 nm u tul ta' mewġa ta' emissjoni ta' 440 nm

5.13.5. Integratur jew software ta' proċessar ta' data li jiflaħ ikejjel l-arja ta' quċċata

5.13.6. Kolonna 100 Lichrosphere (250 × 4,6 mm) jew kolonna ekwivalenti ippakkjata bl-octadecylsilane (ċ 18), daqs tal-partiċella 5 μm

6. Il-kampjunatura

Il-kampjunatura għandha ssir skond l-istandard IDF 50B:1985.

7. Il-proċedura

7.1. It-tħejjija tas-soluzzjoni interna standard

Iżen 30,0 +- 0,1 mg ta' tryptamine-monohydrochloride (4.2.3) ġo flixkun volumetriku ta' 100 ml (5.6) u żid sal-marka bil-metanol (4.2.1). Ippipetta 1 ml (5.3) ta' din is-soluzzjoni ġo flixkun volumetriku ta' 10 ml (5.6) u żid sal-marka bil-metanol (4.2.1) biex tikseb konċentrazzjoni ta' tryptamine ta' 0,15 mM.

7.2. It-tħejjija tas-soluzzjoni tal-kampjun tat-test

Iżen 1,000 +- 0,001 g tal-kampjun SMP ġo buqar ta' 25 ml (5.2). Żid 10 ml ta' ilma distillat fuq 40 °Ċ b'pipetta (5.3) u ħawwad b'agitatur manjetiku (5.4) għal 30 minuta biex tħoll xi boċċi li jista' jkun hemm. Ippipetta 0,2 ml (5.5) tal-ħalib rikostitwit ġo flixkun volumetriku ta' 10 ml (5.6), żid 100 μl mis-soluzzjoni ta' 0,15 mM tryptamine (7.1) billi tuża siringa (5.7) u żid sal-volum bil-metanol (4.2.1). Ħawwad sewwa bl-inverżjoni u issonika (5.8) għal 15 il-min. Iċċentrifuga (5.9) fuq 27000 × għal 10 minuti u iġbor dak li jibqa' fil-wiċċ fi flixkun żgħir tal-ħġieġ (5.10).

Nota:

Is-soluzzjoni tal-kampjun tat-test għandha tinżamm fuq 4 °Ċ sakemm titwettaq l-analiżi KLRG.

7.3. It-tħejjija tas-soluzzjoni interna standard

Iżen 55,4 mg PEDP (4.1 ) ġo flixkun volumetriku ta' 50 ml (5.6) u żid madwar 25 ml ta' kloroforma (4.2.2) bl-użu ta' ċilindru gradat (5.11). Saħħan il-flixkun bit-tapp sa 50 °Ċ u ħawwad bir-reqqa sakemm il-PEDP jinħall. Kessah il-flixkun sa 20 °Ċ, żid sal-volum bil-metanol (4.2.1) u ħallat bil-qlib. Ippipetta 1 ml (5.3) ta' din is-soluzzjoni ġo flixkun volumetriku ta' 100 ml (5.6) u żid sal-marka bil-metanol (4.2.1). Ippipetta 1ml (5.3) ta' din is-soluzzjoni ġo flixkun volumetriku ta' 10 ml (5.6), żid 100 μl (5.7) mis-soluzzjoni ta' 0,15 mM tryptamine (7.1) u żid sal-volum bil-metanol (4.2.1). Ħallat bil-qlib.

Nota:

Is-soluzzjoni tal-kampjun ta' riferiment għandha tinżamm fuq 4 °Ċ sakemm titwettaq l-analiżi KLRG.

7.4. It-tħejjija tar-reaġent ta' derivatizzazzjoni

Iżen 25,0 +- 0,1 mg ta' OPA (4.3.4) ġo flixkun volumetriku ta' 10 ml (5.6), żid 0,5 ml (5.5) ta' metanol (4.2.1) u ħallat bir-reqqa biex tħoll l-OPA. Żid sal-marka b'soluzzjoni ta' aċidu boriku (4.3.2) u żid 20 μl ta' 2-mercaptoethanol (4.3.3) bis-siringa (5.7).

Nota:

Ir-reaġent ta' derivatizzazzjoni għandu jinżamm fuq 4 °Ċ ġo flixkun żgħir skur u huwa stabbli għal ġimgħa.

7.5. Kejl bil-KLRG

7.5.1. Solventi ta' elwizzjoni (4.4)

Solvent A:

Soluzzjoni ta' 0,3 mM ta' sodium dihydrogen phosphate u soluzzjoni ta' 3 mM sodium acetate (regolata għal pH ta' 6,5 bl-aċidu aċetiku): metanol: tetrahydrofuran = 558:440:2 (v/v/v)

Solvent B:

metanol:

7.5.2. Gradjent ta' eluzzjoni suġġerit:

Ħin (min.) | Solvent A (%) | Solvent B (%) | Rata ta' kurrent (ml/min) |

Inizjali | 40 | 60 | 0 |

0,1 | 40 | 60 | 0,1 |

5,0 | 40 | 60 | 0,1 |

6,0 | 40 | 60 | 1,0 |

6,5 | 40 | 60 | 1,0 |

9,0 | 36 | 64 | 1,0 |

10,0 | 20 | 80 | 1,0 |

11,5 | 16 | 84 | 1,0 |

12,0 | 16 | 84 | 1,0 |

16,0 | 10 | 90 | 1,0 |

19,0 | 0 | 100 | 1,0 |

20,0 | 0 | 100 | 1,0 |

21,0 | 40 | 60 | 1,0 |

29,0 | 40 | 60 | 1,0 |

30,0 | 40 | 60 | 0 |

Nota:

Il-gradjent ta' eluzzjoni jista jkun jeħtieġ tibdil żgħir biex tinkiseb ir-risoluzzjoni murija fil-figura 1.

Temperatura tal-kolonna: 30 °Ċ.

7.5.3. Volum ta' l-injezzjoni: 50 μl reaġent ta' derivatizzazzjoni u 50 μl ta' soluzzjoni ta' kampjun.

7.5.4. Ekwilibrazzjoni tal-kolonna

Filwaqt li tagħti bidu għas-sistema fuq bażi ta' kuljum, laħlaħ il-kolonna b'100 % solvent B għal 15–il minuta, imbagħad irregola fuq A: B = 40: 60 u ekwilibrija fuq 1 ml/min għal 15-il minuta. Agħmel dawra vojta billi tinjetta l-metanol (4.2.1).

Nota:

Qabel ma taħżen għal żmien twil laħlaħ il-kolonna bil-metanol: kloroform = 80: 20 (v/v) għal 30 minuta.

7.5.5. Kejl ta' kontenut ta' PS + PE fil-kampjun tat-test

7.5.6. Wettaq is-sekwenza ta' analiżijiet kromatografiċi filwaqt li żżomm kostanti l-ħin minn dawra għal dawra biex tikseb ħinijiet ta' ritenzjoni. Injetta s-soluzzjoni esterna standard (7.3) ma' kull 5-10 soluzzjonijiet ta' kampjuni tat-test biex tivvaluta l-fattur ta' rispons.

Nota:

Il-kolonna għandha titnaddaf bit-tlaħliħ b'100 % ta' solvent B (7.5.1) għal ta' l-inqas 30 minuta kull 20-25 dawra.

7.6. Mod ta' integrazzjoni

7.6.1. Quċċata PEDP

Il-PEDP huwa elutat bħala quċċata waħda. Kejjel l-arja tal-quċċata bl-integrazzjoni wied-għal-wied.

7.6.2. Quċċata tat-tryptamine

It-tryptamine huwa elutat bħala quċċata waħda (Figura 1). Kejjel l-arja tal-quċċata bl-integrazzjoni wied-għal-wied.

7.6.3. Gruppi ta' quċċata PS u PE

Taħt il-kondizzjonijiet deskritti (Figura 1), il-PS jeluta bħala żewġ quċċati parzjalment mhux ċari preċeduti minn quċċata minuri. Il-PE jeluta bħala tliet quċċati prinċipali parzjalment mhux ċari. Kejjel l-arja kollha ta' kull grupp ta' quċċati filwaqt li tirregola l-linja ta' bażi kif huwa rappurtat fil-Figura 1.

8. Il-kalkolu u t-tifsira tar-riżultati

Il-kontenut ta' PS u PE fil-kampjun tat-test għandu jiġi ikkalkolat kif ġej:

C = 55,36 ×

×

T1T2

meta:

C = il-kontenut PS jew PE (mg/100 g ta' trab) fil-kampjun tat-test

A

1 = arja ta' quċċata PEDP tas-soluzzjoni standard tal-kampjun (7.3)

A

2 = arja ta' quċċata PS jew PE tas-soluzzjoni standard tal-kampjun (7.2)

T

1 = arja ta' quċċata tat-Tryptamine tas-soluzzjoni standard tal-kampjun (7.3)

T

2 = arja ta' quċċata tat-Tryptamine tas-soluzzjoni tat-test tal-kampjun (7.2)

9. Il-preċiżjoni

Nota:

Il-valuri ta' ripetibbilità kienu kkalkolati skond l-Istandard Internazzjonali IDF (1) Il-limitu ta' riproduċibbilità proviżorja kien ikkalkolat skond il-proċedura definita fl-Anness III (b) tiegħu.

9.1. Ir-ripetibbilità

Id-derivazzjoni relattiva standard tar-ripetibbilità, li tesprimi l-varjabilità ta' riżultati analitiċi indipendenti miksuba mill-istess operatur bl-użu ta' l-istess apparat taħt l-istess kondizzjonijiet fuq l-istess kampjun tat-test u f’intervall qasir ta' ħin, m'għandiex taqbeż 2 % relattiv. Jekk iż-żewġ kalkoli jinkisbu taħt l-istess kondizzjonijiet, id-differenza relattiva bejn iż-żewġ riżultati m'għandiex tkun akbar minn 6 % tal-medja aritmetika tar-riżultati.

9.2. Ir-riproduċibbilità

Jekk żewġ kalkoli jinkisbu minn operaturi f'laboratorji differenti bl-użu ta' apparat differenti taħt l-istess kondizzjonijiet għall-analiżi fuq l-istess kampjun tat-test, id-differenza relattiva bejn iż-żewġ riżultati m'għandiex tkun akbar minn 11 % tal-medja aritmetika tar-riżultati.

10. Referenzi

10.1. Resmini P., Pellegrino L., Hogenboom J.A., Sadini V., Rampilli M., "Detection of buttermilk solids in skimmilk powder by HPLC quantification of aminophospholipids." Sci. Tecn. Latt.-Cas., 39,395 (1988).

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XXI

(Artikolu 15)

TKIXXIF TA' RESIDWI ANTIBIJOTIĊI U SULFONAMIDE/DAPSON FIL-ĦALIB TAT-TRAB XKUMAT.

Test ta' screening ta' inibizzjoni mikrobika bl-użu tal-Bacillus stearothermophilus var. calidolactis C953 bħala test ta' mikro-organizmu u li jkun sensittiv biżżejjed biex jirrileva 4 mg Benzylpenicillin u 100 μg sulfadimidine. Kits kummerċjali għandhom is-sensitività meħtieġa għall-Benzylpencillin u s-sulfadimidine jistgħu jintużaw [1].

Għat-test, jintuża trab tal-ħalib xkumat (1 g trab + 9 ml aqua dest). It-test jitwettaq kif spjegat fl-IDF - Bulletin Nru 258/1991, sezzjoni 1, Kapitolu 2, jew skond l-istruzzjonijiet tal-produttur tal-kit tat-test.

Ir-riżultati pożittivi għandhom jiġu interpretati kif ġej:

1. Irrepeti t-test billi żżid il-penicillinase mas-sistema tat-test:

Riżultat pożittiv: Is-sustanza ta' inibiżżjoni ma tistax tiġi identifikata b'din il-proċedura.

Tweġiba fin-negattiv: Is-sustanza ta' inibizzjoni hija antibijotiku β-laktam

2. Irrepeti t-test billi żżid il-p-amino benzoic acid mas-sistema tat-test:

Riżultat pożittiv: Is-sustanza ta' inibiżżjoni ma tistax tiġi identifikata b'din il-proċedura.

Tweġiba fin-negattiv: Is-sustanza ta' inibizzjoni hija s-sulfonamide/dapson.

3. Irrepeti t-test billi żżid il-pencillinase + p-amino benzoic acid mas-sistema tat-test:

Riżultat pożittiv: Is-sustanza ta' inibiżżjoni ma tistax tiġi identifikata b'din il-proċedura.

Riżultat fin-negattiv: Is-sustanzi ta' inibizzjoni huma l-antibijotiku β-laktam u s-sulfonamide/dapson

[1] Avviż importanti:Riżultati foloz pożittivi jistgħu jinkisbu, meta jiġi analizzat il-ħalib xkumat tat-trab. Huwa importanti, għalhekk, li tivverifika li s-sistema tat-test użata ma tagħtix riżultati pożittivi foloz.

--------------------------------------------------

ANNESS XXII

(Artikolu 16)

KEJL KWANTITATTIV TAL-ĦALIB XKUMAT TAT-TRAB FL-GĦALF KOMPOST PERMEZZ TAL-KOAGULAZZJONI ENŻIMATIKA TAL-PARA-KAŻEINA

1. L-għan

Kejl kwantitattiv tal-ħalib xkumat tat-trab fl-għalf kompost permezz tal-koagulazzjoni enżimatika tal-para-każeina.

2. L-għan

Dan il-metodu japplika għall-għalf kompost li fih ta' l-inqas 10 % trab tal-ħalib xkumat; kwantitajiet kbar ta' butir tal-ħalib u/jew ta' ċerti proteini mhux mill-ħalib jistgħu jwasslu għal tfixkil.

3. Is-sies tal-metodu

3.1. Tħollija ta' każeina li tinsab fl-għalf kompost permezz ta' l-estrazzjoni b'soluzzjoni taċ-ċitrat tas-sodju.

3.2. Regolazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-ion tal-kalċu sal-livell meħtieġ biex jkun hemm preċipitazzjoni tal-para-każeina; biż-żieda tat-tames tal-para-każeina mill-każeina.

3.3. Il-kontenut ta' nitroġenu tal-preċipitat ta' para-każeina jitkejjel bil-metodu Kjeldahl kif deskritt fl-Istandard IDF 20 A 1986; il-kwantità ta' ħalib xkumat tat-trab hija kkalkolata fuq il-bażi tal-kontenut minimu ta' każeina ta' 27,5 % (ara 9.1).

4. Ir-reaġenti

Ir-reaġenti wżati għandhom jkunu ta' grad analitiku. L-ilma wżat għandu jkun ilma distillat jew ilma ta' safa ekwivalenti. Ħlief għat-tames (4.5), ir-reaġenti u s-soluzzjonijiet kollha għandhom ikunu ħielsa minn sustanzi nitroġeni.

4.1. Trisodium citrate, dihydrate (soluzzjoni ta' 1 % w/v).

4.2. Calcium chloride (soluzzjoni 2M). Iżen 20,018 g ta' CaCO3 (grad analitiku) f'reċipjent tal-porċellana ta' daqs xieraq 150 sa 200 ml jew f'buqar. Għatti bl-ilma distillat u ttrasferixxi għal ġo banju ta' ilma jagħli. Żid bil-mod 50 sa 60 ml ta' soluzzjoni HCI (konċ. HCI: ilma = 1:1) biex tħoll il-karbonat kompletament. Kompli saħħan il-banju ta' ilma jagħli sakemm is-CaCl2 jinxef, biex telimina l-HCI li ma jkunx għamel reazzjoni. Ittrasferixxi b'ilma iddistillat għal flixkun ta' kejl ta' 100 ml u stempra sal-marka. Kejjel il-valur tal-pH, li għandu jkun mhux aktar baxx minn 4,0. Żomm is-soluzzjoni fil-friġġ.

4.3. 0,1 N sodium hydroxide.

4.4. 0,1 N hydrochloric acid.

4.5. Tames likwidu ta' l-għoġol (qawwa standard ta' 1:10000). Żommu fil-friġġ bejn l-4 u s-6 °Ċ.

4.6. Reaġenti għall-kejl kwantitattiv tan-nitroġenu skond il-metodu Kjeldahl kif deskritt bl-istandard IDF 20A 1986.

5. L-apparat

Apparat komuni tal-laboratorju, li jinkludi:

5.1. Mehrież jew omoġenizzatur

5.2. Miżien analitiku

5.3. Ċentrifuga ta' fuq il-bank (2000 sa 3000 rpm) b'tubi ta' 50 ml

5.4. Aġitatur manjetiku bil-(10 sa 15 mm) followers

5.5. Buqari ta'150 sa 200 ml

5.6. Fliexken ta' 250 u 500 ml

5.7. Inbiebet tal-ħġieġ ta' dijametru ta' 60 sa 80 mm

5.8. Filtri ta' bla rmied li jiffiltraw malajr ta' dijametru ta' 150 mm (S.S. 5892, S.S. 595 1/2)

5.9. Pipetti ta' volum nominali differenti

5.10. Banju ta' l-ilma ikkontrollat termostatikament fuq 37 °Ċ

5.11. Arloġġ tal-pH

5.12. Assemblaġġ Kjeldahl ta' diġestjoni u distillazzjoni bil-fittings

5.13. Buretta gradata ta' 25 ml

5.14. Flixkun tal-plastika tat-tlaħliħ għall-ilma ddistillat

5.15. Spatuli ta' l-istajnless stijl

5.16. Termometri

5.17. Forn tat-tnixxif bit-temperatura kkontrollata.

6. Il-proċedura

6.1. Tħejjija tal-kampjun.

Idħan fil-mehrież jew omoġenizza fil-mitħna 10 sa 20 gr tal-kampjun biex tikseb taħlita omogenizzata.

6.2. It-tħollija tal-ħalib tat-trab u l-firda tar-residwu li ma jinħallx.

6.2.1. Iżen 1,000 +- 0,002 g ta' għalf kompost omoġeneizzat sewwa (6.1) direttament f'tubu ta' 50 ml taċ-ċentrifuga. Żid 30 ml ta' soluzzjoni ta' trisodium citrate (4.1) msaħħna minn qabel sa 45 °Ċ. Ħallat bl-għajnuna ta' l-aġitatur manjetiku għal ta' l-inqas ħames minuti.

6.2.2. Iċċentrifuga fuq 500 g (2000 sa 3000 rkm) għal 10 minuti u ferra' dak li jibqa ċar u ilmi fil-wiċċ ġewwa buqar ta' 150 sa 200 ml, filwaqt li tieħu ħsieb li ma jinżel ebda materjal merħi fil-qiegħ.

6.2.3. Wettaq żewġ estrazzjonijiet oħra fuq ir-residwu, skond l-istess proċedura, billi żżid l-estratti ma' l-ewwel waħda.

6.2.4. Jekk jifforma saff ta' żejt fil-wiċċ, kessaħ fil-friġġ sakemm ix-xaħam jibbies u neħħi s-saff solidu bl-ispatula.

6.3. Il-koagulazzjoni ta' każeina bl-enzimi tat-tames.

6.3.1. Filwaqt li tħawwad kontinwament, żid qatra wara oħra 3,4 ml ta' soluzzjoni saturata ta' calcium chloride (4.2) fl-estratt ilmi totali (madwar 100 ml). Irregola l-pH għal 6,4-6,5 b'soluzzjonijiet ta' NaOH (4.3) jew HCl (4.4). Qiegħed fil-banju ta' ilma ikkontrollat termostatikament fuq 37 °Ċ għal 15–20 minuta biex tikseb bilanċ ta' melħ. Issir aktar evidenti bit-trobijja ta' likwidu mdardar ħafif.

6.3.2. Ittrasferixxi l-likwidu f'tubu (jew żewġ tubi) taċ-ċentrifuga u ċċentrifuga fuq 2000 g għal 10 minuti biex tneħħi l-materjal preċipitat. Ittrasferixxi dak li jibqa' fil-wiċċ, mingħajr ma' taħsel is-sediment, f'tubu (jew żewġ tubi) taċ-ċentrifuga.

6.3.3. Ġib it-temperatura ta' dak li jibqa’ fil-wiċċ lura lejn 37 °Ċ. Int u tħawwad l-estratt, żid, qatra wara oħra, 0,5 ml tat-tames likwidu (4.5). Il-koagulazzjoni sseħħ f'minuta jew tnejn.

6.3.4. Qiegħed il-kampjun fil-banju ta' ilma u erħilu fuq temperatura ta' 37 °Ċ għal 15-il minuta. Neħħi l-kampjun mill-banju u kisser il-koagulu billi tħawwad. Iċċentrifuga fuq 2000 g għal 10 minuti. Iffiltra dak li jibqa' fil-wiċċ minn ġo filtru xieraq tal-karta [1] (Whatman Nru 541 jew l-ekwivalenti) u żomm il-filtru tal-karta. Aħsel il-preċipitat fit-tubu taċ-ċentrifuga b'50 ml ilma fuq madwar 35 °Ċ billi tħawwad il-preċipitat.

Erġa ċċentrifuga fuq 2000 g għal 10 minuti. Iffiltra dak li jibqa' fil-wiċċ minn ġol-filtru tal-karta miżmuma qabel.

6.4. Kejl tan-nitroġenu tal-każeina.

6.4.1. Wara li taħsel, ittrasferixxi kwantitativament l-ippreċipitat għal ġol-filtru tal-karta miżmum minn 6.3.4 bl-użu ta' l-ilma distillat. Ittrasferixxi l-filtru tal-karta għal ġol-flixkun Kjeldahl. Kejjel in-nitroġenu bil-metodu Kjeldahl kif deskritt fl-istandard IDF 20 A 1986.

7. Test vojt

7.1. Test vojt għandu jsir regolarment bl-użu ta' filtru tal-karta mingħajr irmied (5.8) niedi b'taħlita ta' 90 ml (4.1) soluzzjoni ta' ċitrat tas-sodju, 1 ml soluzzjoni saturata ta' calcium chloride (4.2), 0,5 ml ta' tames likwidu (4.5), u maħsul bi 3 × 15 ml ta' ilma ddistillat qabel ma jiġi mineralizzat bil-metodu Kjeldahl kif deskritt fl-istandard IDF 20 A 1986.

7.2. Il-volum ta' aċidu wżat għat-test vojt għandu jitnaqqas mill-volum ta' aċidu (4.4) wżat għat-titrazzjoni tal-kampjun.

8. Test ta' Kontroll

8.1. Biex tittestja l-proċedura msemmija hawn fuq u r-reaġenti, agħmel kalkolu fuq għalf kompost standard b' kontenut ta' trab tal-ħalib xkumat magħruf kif stabbilit minn studju kollaborattiv. Ir-riżultat medju ta' kalkolu duplikat m'għandux ikun differenti b'aktar minn 1 % minn dak ta' l-istudju kollaborattiv.

9. Tfissir tar-riżultati

9.1. Il-perċentwali ta' trab ta' ħalib xkumat fl-għalf kompost huwa kkalkolat bil-formula li ġejja:

% MMP

27,5

- 2,81

0,908

fejn N hija l-perċentwali ta' nitroġenu ta' para-każeina; 27,5 huwa l-fattur biex tikkonverti l-każeina mkejla fil-perċentwali ta' trab ta' ħalib xkumat; 2,81 u 0,908 huma fatturi ta' korrezzjoni miksuba mill-analiżi ta' regressjoni.

10. Il-preċiżjoni tal-metodu

10.1. Ir-ripetibbilità

Bejn wieħed u ieħor f' 95 % tal-każijiet studjati, analiżi doppja ta' l-istess kampjun mill-istess operatur fl-istess laboratorju għandha tagħti differenzi fir-riżultati ekwivalenti għal mhux aktar minn 2,3 g ta' trab tal-ħalib xkumat f'100 g ta' għalf kompost.

10.2. Ir-riproduċibbilità

Bejn wieħed u ieħor f' 95 % tal-każijiet studjati, l-istess kampjun analizzat minn żewġ laboratorji, għandu jagħti differenzi fir-riżultati mhux akbar minn 6,5 g ta' trab tal-ħalib xkumat f'100 g ta' għalf kompost.

11. Limitu ta' tollerenza

Il-valur CrD95 (differenza kritika; 95 % limitu ta' konfidenza) huwa kkalkolat bl-użu tal-formula (ISO 5725):

CrD

=

n

(R: riproduċibbilità; r: ripetibbilità)

Kejl doppju: CrD95 = 4,5 g

Fejn ir-riżultat ta' l-analiżi kimika ivarja mill-kontenut dikjarat tat-trab tal-ħalib xkumat b'mhux aktar minn 4,5 g (kejl doppju) il-kunsinna ta' għalf kompost jitqies li jħares din id-dispożizzjoni tar-Regolament.

12. Osservazzjonijiet

12.1. Iż-żieda ta' perċentwali għolja ta' ċerti proteini mhux mill-ħalib u speċjalment ta' proteini mis-soja, meta jissaħħnu flimkien mat-trab tal-ħalib xkumat, jistgħu jwasslu għal riżultati għolja wisq minħabba ko-preċipitazzjoni tal-para-każeina tal-ħalib.

12.2. Iż-żieda tax-xorrox tista' twassal għal xi figuri naqra baxxi, minħabba l-fatt li l-porzjon mhux xaħmi biss huwa ikkalkolat. Iż-żieda ta' ċertu xorrox aċidu tista' tagħti figuri konsiderevolment baxxi, minħabba li ma jdubx kompletament fis-soluzzjoni taċ-ċitrat.

12.3. Iż-żidiet tal-leċitina ta' 0,5 % jew iżjed jistgħu wkoll iwasslu għal riżultati baxxi.

12.4. L-inkorporazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat ta' sħana għolja tista' twassal għal figuri għolja wisq minħabba l-ko-preċipitazzjoni ta' ċerti proteini mix-xorrox mal-parakażeina tal-ħalib.

[1] Peress li għandu jintuża filtru tal-karta li jiffiltra malajr mingħajr irmied.

--------------------------------------------------

ANNESS XXIII

(Artikolu 17)

KEJL KWALITATTIV TAL-LAMTU FIT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT, TRAB TAL-ĦALIB DENATURALIZZAT U GĦALF KOMPOST.

1. L-għan

Dan il-metodu huwa għall-tkixxif tal-lamtu li joħroġ bħala tracer fit-trabijiet tal-ħalib denaturalizzat.

Il-limitu ta' tkixxif tal-metodu huwa madwar 0,05 g ta' lamtu kull 100 g tal-kampjun.

2. Il-prinċipju

Ir-reazzjoni hija ibbażata fuq dik użata fil-jodometrija:

- fissazzjoni permezz tal-kolloidi tal-jodju ħieles f'soluzzjoni ilmija,

- assorbiment mill-miċelli tal-lamtu u mill-formazzjoni tal-kuluri.

3. Ir-reaġenti

3.1. Soluzzjoni ta' Jodju

- jodju: 1 g,

- potassium iodine: 2 g,

- ilma distillat: 100 ml.

4. L-apparat

4.1. Miżien analitiku

4.2. Banju ta' l-ilma

4.3. Tubi tat-testijiet, 25 mm × 200 mm

5. Il-proċedura

Iżen 1 g tal-kampjun u ttrasferiha fit-tubu tat-test (4.3).

Żid 20 ml ta' ilma distillat u ċaqlaq biex ixxerred il-kampjun.

Qiegħed it-tubu ġol-banju ta' l-ilma jagħli (4.2) u ħallih għal 5 minuti.

Neħħih mill-banju u kessaħ sat-temperatura tal-kamra.

Żid 0,5 ml tas-soluzzjoni ta' jodju (3.1), ċaqlaq u osserva l-lewn li jirriżulta.

6. It-tfissir tar-riżultati

Lewn fuq il-blu jindika l-preżenza ta' lamtu nativ fil-kampjun.

Meta l-kampjun jkun fih lamtu modifikat il-lewn jista' ma jkunx blu.

7. Rimarki

Il-lewn, l-intensità tal-lewn u d-dehra mikroskopika tal-lamtu, ivarjaw skond l-oriġini tal-lamtu nativ (eż. qamħirrum jew patata) u t-tip ta' lamtu modifikat preżenti fil-kampjun.

Fil-preżenza ta' lamti modifikati l-lewn prodott isir vjola, aħmar jew kannella, skond il-grad ta' modifikazzjoni ta' l-istruttura kristallina tal-lamtu nativ.

--------------------------------------------------

ANNESS XXIV

(Artikolu 18)

KEJL TA' UMDITÀ FIT-TRAB TAX-XORROX AĊIDU.

1. Il-għan

Biex tkejjel il-kontenut ta' umdità fit-trab tax-xorrox aċidu maħsub għall-għalf ta' l-annimali.

2. Il-prinċipju

Il-kampjun jitnixxef taħt vakum. It-tnaqqis fil-massa jitkejjel bl-użin.

3. L-apparat

3.1. Miżien analitiku

3.2. Kontenituri xotti ta' metall li ma jikkorrodix jew tal-ħġieġ bl-għotjien li jagħlqu ermetikament; bank tax-xogħol li fuqu jista' jiddellek il-kampjun tat-test b'madwar 0,3 g/cm2.

3.3. Forn vakum regolabbli msaħħan bl-elettriku li jkollu pompa taż-żejt u jew mekkaniżmu biex iddaħħal arja sħuna u niexfa jew aġent tat-tnixxif (eż. ossidu tal-kalċju).

3.4. Dissekatur b'aġent ta' tnixxif effiċjenti.

3.5. Forn għat-tnixxif ventilat, ikkontrollat termostatikament fuq 102 ± 2 °Ċ.

4. Il-proċedura

Saħħan kontenitur (3.2) bl-għatu fil-forn (3.5) għal ta' l-inqas siegħa. Qiegħed l-għatu fuq il-kontenitur, minnufih ittrasferixxi għal ġo dissekkatur (3.4), ħallih jiksaħ sat-temperatura tal-kamra u iżen sa' l-eqreb 0,5 mg.

Iżen kontenitur (3.2) bl-għatu b'kollox sa l-eqreb 0,5 mg. Iżen fil-kontenitur miżnun, sa l-eqreb 1 mg, madwar 5 g tal-kampjun u dellek b'mod uniformi. Qiegħed il-kontenitur mingħajr l-għatu, fil-forn vakum (3.3) imsaħħan minn qabel sa 83 °Ċ. Biex ma tħallix it-temperatura tal-forn taqa' għal xejn, daħħal il-kontenitur kemm jista' jkun malajr.

Għolli l-pressjoni sa' 100 Torr (13,3 kPa) u ħallih jinxef għal erba' siegħat fuq din il-pressjoni, jew f'kurrent ta' arja, sħuna u xotta jew bl-użu ta' aġent tat-tnixxif (madwar 300 g għal 20 kampjun). F'dan l-aħħar każ, skonnettja l-pompa tal-vakum meta tintlaħaq il-pressjoni preskritta. Ikkalkola l-ħin li jdum biex jinxef mill-mument meta t-temperatura tal-forn terġa lura għal 83 °Ċ. Bir-reqqa erġa ġib il-pressjoni tal-forn għall-pressjoni ta' l-atmosfera. Iftaħ il-forn, qiegħed l-għatu fuq il-kontenitur minnufih, oħroġ il-kontenitur mill-forn, ħallih jiksaħ bejn 30 u 45 minuta fid-dissekkatur (3.4) u iżen sa l-eqreb 1 mg. Nixxef għal 30 minuta oħra fil-forn vakum (3.3) fuq 83 °Ċ u erġa iżen. Id-differenza bejn id-darbtejn li tiżen ma għandiex taqbeż 0.1 % ta' l-umdità.

5. Il-kalkolu

·

100E

meta

E = il-massa inizzjali, fi grammi tal-kampjun tat-test,

m = il-massa, fi grammi, tal-kampjun niexef tat-test.

6. Preċiżjoni

6.1. Limitu ta' ripetibbilità

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa ġewwa l-iqsar intervall ta' ħin possibbli, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal ta' test identiku ma tistax taqbeż 0,4 g ilma/100 g trab tax-xorrox aċidu.

6.2. Limitu ta' riproduċibbilità

Id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi f'laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal ta' test identiku, ma tistax taqbeż 0,6 g ilma/100 g ta' trab tax-xorrox aċidu.

6.3. L-għajn ta' data ta' preċiżjoni

Id-data ta' preċizjoni kienet ikkalkolata minn esperiment immexxi fl-1995 li kien jinvolvi tmien laboratorji u 12-il kampjun (6 duplikati għomja).

--------------------------------------------------

ANNESS XXV

(Artikolu 19)

METODU TA' RIFERIMENT GĦAL TKIXXIF TA' XAĦMIJIET BARRANIJA FIX-XAĦAM TAL-ĦALIB BL-ANALIŻI KROMATOGRAFIKA BIL-GASS TAT-TRIGLIĊERIDI - REVIŻJONI 1

1. L-għan u l-qasam ta' l-applikazzjoni

Dan l-istandard jippreskrivi metodu ta' tkixxif ta' xaħmijiet barranija, kemm ta' xaħmijiet veġetali kif ukoll ta' xaħmijiet annimali bħax-xaħam taċ-ċanga u xaħam fix-xaħam tal-ħalib bl-użu ta' l-analiżi kromatografika tal-gass tat-trigliċeridi.

Bl-użu ta' formuli definiti trigliċeridi x-xaħmijiet annimali u veġetali jinstab tkixxif tagħhom kwalitattiv u kwantitattiv fix-xaħam pur tal-ħalib irrispettivament mill-kondizzjonijiet ta' għalf u rdigħ.

Nota 1:

Għalkemm l-aċidu butiriku (C4) li jidher esklużivament fix-xaħmijiet tal-ħalib jippermetti li jsiru stimi kwantitattivi ta' ammonti baxxi għal medji ta' xaħam tal-ħalib fix-xaħmijiet veġetali, tagħrif kwalitattiv u kwantitattiv bil-kemm jista' jingħata fil-medda ta' żieda sa ta' l-anqas 20 % (% ta' piż) xaħam barrani fix-xaħam pur tal-ħalib minħabba l-varjazzjoni kbira ta' C4 li għandha medda ta' madwar 3,5 sa 4,5 % (% ta' piż).

Nota 2:

Riżultati kwantitattivi jistgħu pratikament jinkisbu biss b'analiżijiet tat-trigliċeridi, għaliex il-kontenut ta' sterol tax-xaħmijiet veġetali huwa differenti bħala funzjoni ta' produzzjoni u kondizzjonijiet ta' trattament.

2. Id-definizzjoni

Xaħmijiet barrranija fix-xaħam tal-ħalib: ix-xaħmijiet barranija kif definiti f'dan l-istandard huma kollha xaħmijiet veġetali u annimali għajr għax-xaħam tal-ħalib.

3. Il-prinċipju tal-metodu

Wara l-estrazzjoni tax-xaħam tal-ħalib titħejja soluzzjoni ta' provvista. Minn din is-soluzzjoni t-trigliċeridi (numru totali ta' karbonju) huma ikkalkolati permezz tal-kromatografija tal-gass fuq kolonni ippakkjati. Bid-dħul tal-piż % tal-molekoli ta' xaħam ta' daqs differenti (C24 - C54 - żewġ numri biss) fil-formula tat-trigliċeridi x-xaħmijiet barranija jew ikunu rilevati kwalitattivament jew jitkejlu kwantitattivament.

Nota:

Bl-osservazzjoni tal-valutazzjoni deskritta hawnhekk il-kromatografija kapillari tal-gass tista' tintuża, jekk hemm garanzija li jinkisbu riżultati paragunabbli [1].

4. Ir-reaġenti

Kimika ta' grad ta' analiżi għandha tintuża.

4.1. Gass Kerjer: nitroġenu, grad ta' safa ġgE ħ ≥ 99,996 %.

4.2. Trigliċeridi [2] standard, saturati daqs il-kolesterol għall-istandardizzazzjoni ta' xaħam standard tal-ħalib skond is-sezzjoni 6.5.4.

4.3. Metanol, ħieles mill-ilma.

4.4. n-Hexane

4.5. n-Heptane

4.6. Toluene

4.7. Soluzzjoni ta' dimethylchlorosilane: 50 ml dimethylchlorosilane jinħallu f'283 ml ta' toluene.

4.8. Gass kombustibbli: idroġenu u arja sintetika

4.9. Fażi stazzjonarja, 3- % OV-1 fuq 125/150 μm (100/120 mesh) Krom tal-GassQ. [3]

4.10. 10 % soluzzjoni ta' butir tal-kakaw

5. Il-għodda

Apparat tal-laboratorju normali u b'mod partikolari dan li ġej:

5.1. Kromatografu tal-gass ta' temperatura għolja xieraq għal temperaturi ta' 400 - 450 °Ċ ta' l-inqas, armat b'detekter ta' jonizzazzjoni tal-fjamma (DJF) u kontrollur tal-kurrent ta' massa kostanti għall-gass kerjer. Gass ta' kombustjoni: 30 ml/min H2, 270 ml/min arja sintetika.

Minħabba l-kurrent għoli ta' gass kerjer, il-ġett tal-fjamma għandu jkun partikolarment kbir.

Nota:

Minħabba t-temperaturi għolja li jseħħu matul l-analiżi trigliċerida l-biċċiet tal-ħġieġ imdaħħla fid-DJF jew fis-sistema ta' l-injettur għandhom jitnaddfu spiss.

Il-kromatografu tal-gass għandu jkun attrezzat bis-septa, li jifilħu temperaturi għolja, li jistgħu jintużaw spiss u juru ġeneralment grad baxx ta' bleeding

Nota:

Huma xierqa l-Chromblue (tm) septa (Chrompack).

Is-septa għandhom jinbidlu f'intervalli regolari, eż. wara bejn wieħed u ieħor 100 injezzjoni hi u tiħżien ir-riżoluzzjoni (ara figura 4).

5.2. Kolonna ta' kromatografija

Kolonna tal-ħġieġ forma ta' U 9 (dijametru ta' ġewwa 2 mm, 500 mm tul), li l-ewwel tiġi silanizzata skond it-taqsima 6.1 bid-dimethylchlorosilane biex wiċċ il-ħġieġ jiġi deattivat.

Nota:

Huma xierqa wkoll kolonni ppakkjati xi ftit jew wisq itwal (tul ta' 80 - 200 mm). Bihom tista' tinkiseb riproduċibbilità naqra aħjar tar-riżultati. Fuq in-naħa l-oħra, l-fażi stazzjonarja turi xi kull tant xquq wara l-operazzjoni, li jistgħu jwasslu, minn naħa tagħhom, għal riżultati kwantitattivi agħar. Barra minn hekk, il-fjamma DJF tintefa' malajr bħala riżultat tal-kurrent meħtieġ ta' gass kerrjer estremament għoli ta' 75 sa 85 ml/min.

5.3. Dispożizzjoni għall-mili tal-kolonna (ara figura 1)

+++++ TIFF +++++

5.3.1. Kolonna tal-plastik b'tappijiet tat-truf bil-kamin, provduti b'marka li turi sa fejn tista' tintela l-kwantità meħtieġa ta' fażi stazzjonarja.

5.3.2. Għarbiel irqiq, (daqs tax-xibka madwar 100 μm) bit-tap bil-kamin, xieraq biex jissiġilla l-kolonna tal-ħġieġ skond figura 1.

5.3.3. Suf tal-ħġieġ silanizzat, deattivat.

5.3.4. Vibratur għat-tqassim uniformi tal-fażi stazzjonarja matul il-mili.

5.4. Sa 3 ml Kolonna Extrelut [4] bil-ġell tas-silika. Din il-kolonna tista' alternattivament tintuża għall-estrazzjoni biex jinkiseb ix-xaħam tal-ħalib.

5.5. Siġill tal-graffit 6,4 mm (1/4″) b'toqba ta' 6 mm

5.6. Mezzi għas-silanizzazzjoni ta' wiċċ ħġieġ il-kolonna skond it-taqsima 6.1.

5.6.1. Flixkun Woulff

5.6.2. Pompa għal ġbid ta' l-ilma

5.7. Banju ta' l-ilma, regolabbli għal (50 ± 2) °Ċ

5.8. Armadju għat-tnixxif, regolabbli għal (50 ± 2) °Ċ u (100 ± 2) °Ċ

5.9. Pipetta ta' mikrolitru

5.10. Pipetta ta' 5ml iggradata għad-dożatura ta. 1,5 ml metanol

5.11. Flixkun b'qiegħ tond to 50 ml

5.12. Flixkun Erlenmeyer, valur niminali ta' 50 ml

5.13. Lenbut

5.14. Filtru bil-pori rqaq

5.15. Evaporatur li jdur

5.16. Ampolli, volum nominali ta' 1 ml, li tista' tiġi ssiġillata b'kappa ta' l-aluminju, b'septum fuq ġewwa

5.17. Siringa ta' injezzjoni, li l-planġer tagħha m'għandux jasal sal-ponta tal-labra.

Nota:

B'siringi bħal dawn tista' tinkiseb riproduċibbilità aħjar tar-riżultati.

Biex ma jkunx hemm tħassir tas-septum, il-ponta tal-labra għandha tiġi kkontrollata b'intervalli regolari (eż. bi stereomikroskopju).

6. Il-proċedura

6.1. Tħejjija tal-kolonna (silanizzazzjoni)

Wara li tqabbad il-flixkun Woulff, kif jidher f'figura 2, bil-pompa tal-ġbid ta' l-ilma, tubu 2 jiġi mgħaddas fis-soluzzjoni skond t-taqsima 4.7. Bl-għeluq tat-tapp tintela l-kolonna; wara ż-żewġ tubi jitneħħew.

+++++ TIFF +++++

Il-kolonna titqiegħed fuq stand u tintela kompletament bis-soluzzjoni ta' dimethyldichlorosilane permezz ta' pipetta.

Wara 20-30 min il-flixkun Woulff jinbidel biflixkun filtru u l-kolonna titbattal billi titwaħħal mal-pompa tal-ġbid ta' ilma (ara figura 3).

6.2. Il-mili tal-kolonna

Wara dan isir it-tlaħliħ ta' aktar minn darba bl-użu ta' 75 ml toluene u 50 ml metanol; imbagħad il-kolonna mbattla titnixxef fl-armadju tat-tnixxif fuq 100 °Ċ għal madwar 30 minuta.

+++++ TIFF +++++

Għall-mili tal-kolonna tintuża d-dispożizzjoni kif rappreżentata fil-figura 1. Il-fażi stazzjonarja skond 4.9 tintela fil-kolonna tal-plastik sal-marka. Il-parti l-baxxa tal-kolonna tal-ħġieġ li hija għall-mili tiġi ssiġillata b'tapp tas-suf tal-ħġieġ madwar 1 ċm twil, li jkun ġie silanizzat minn qabel, u li jingħafas bl-użu ta' virga ta' l-azzar. Imbagħad jingħalaq it-tarf tal-kolonna bl-għarbiel skond it-taqsima 5.3.2.

Il-kolonna tintela taħt pressjoni (3 bar, bi N2) bil-fażi stazzjonarja. Biex tikseb ippakkjar uniformi, sod u kontinwu, vibratur jittella’ u jitniżżel mal-kolonna tal-ħġieġ matul il-mili.

Wara l-mili, tapp solidu tas-suf tal-ħġieġ silanizzat jiġi ippressat fit-tarf l-ieħor tal-kolonna ippakkjata, t-trufijiet ħerġin il'barra jinqatgħu u t-tapp ippressat fil-kolonna ftit millimetri bi spatula.

6.3. Tħejjija tal-kampjuni

Għat-tħejjija tal-kampjuni jintuża wieħed minn dawn it-tliet metodi li ġejjin:

6.3.1. Isolament tax-xaħam tal-ħalib mill-butir

5 sa 10 g ta' butir jinħallu f'kontenitur xieraq f'banju ta' ilma skond it-taqsima 5.7 fuq 50 °Ċ.

Flixkun Erlenmeyer ta' 50 ml b'lenbut b'filtru mdaħħal fih skond it-taqsima 5.14 jissaħħnu fl-armadju tat-tnixxif sa 50 °Ċ. Is-saff ta' xaħam tal-butir mdewweb jiġi ffiltrat bl-użu tal-mezz msaħħan minn qabel.

Xaħam tal-ħalib bħal dan huwa kważi kompletament ħieles mill-fosfolipidi.

6.3.2. L-estrazzjoni tal-frazzjoni ta' xaħam skond il-metodu Röse-Gottlieb

L-estrazzjoni ssir jew skond l-Istandard FIĦ 1 ċ: 1987, 16C: 1987, 116A: 1987 jew 22B: 1987.

B'xaħam tal-ħalib bħal dan il-fosfolipidi jippermettu li tinkiseb quċċata ta' kolesterol li tiżdied b'madwar 0,1 %.

L-ispektrum tat-trigliċerida standardizzat sa 100 bil-kolesterol huwa għalhekk influwenzat biss b’mod traskurabbli.

6.3.3. Estrazzjoni mill-ħalib bl-użu tal-kolonni tal-ġell tas-silika

0,7 ml ta' kampjun tal-ħalib temperat sa 20 °Ċ jitqiegħdu ġo kolonna Extrelut ta' 1 sa 3 ml b'pipetta ta' mikrolitru skond it-taqsima 5,4 u jitħallew jinfirxu b'mod uniformi fuq il-ġell tas-silika għal madwar ħames minuti.

Għas-snaturazzjoni tal-kumplessi ta' proteini-lipidi 1,5 ml ta' metanol jiżdiedu bil-pipetta Wara l-kampjun jiġi estratt b'20 ml ta' n-hexane. L-n-hexane jiżdied bil-mod f'ammonti żgħar u s-solvent li jiġi skulat jinġabar fi flixkun bil-qiegħ tond ta' 50 ml li jkun ġie mnixxef sa ċertu piż kostanti u magħruf.

Wara l-estrazzjoni ħalli l-kolonna tiskula sakemm tiżvojta.

Mill-elwat is-solventi huma distillati fuq evaporatur li jdur filwaqt li t-temperatura tal-banju ta' l-ilma tkun bejn 40 u 50 °Ċ.

Il-flixkun jitnixxef u x-xaħam li joħroġ jikejjel bl-użin.

Nota:

L-estrazzjonijiet ta' xaħam skond Gerber, Weibull-Berntrop, Schmid-Bondzynski-Ratzlaff jew l-iżolament ta' xaħam tal-ħalib bl-użu ta' deterġenti (metodu BDI) mhumiex xierqa għall-analiżi tat-trigliċeridi, għaliex b'dawn il-metodi bejn wieħed u ieħor kwantitajiet kbar ta' gliċeridi parzjali jew fosfolipidi jistgħu jgħaddu fil-fażi tax-xaħam.

6.4. Tħejjija tas-soluzzjoni tal-kampjun

Għall-kromatografija tal-gass tintuża soluzzjoni ta' 5 % tax-xaħam fl-n-heptane miksuba skond it-taqsima 6.3. Għat-tħejjija ta' din is-soluzzjoni ta' kampjun jintiżnu ammonti tal-materjal tal-kampjun miksuba skond it-taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 u jinħallu f'ammonti ndaqs ta' n-heptane.

Bit-tħejjija tal-kampjun skond it-taqsima 6.3.3 l-ammont ta' n-heptane li jrid jiżdied mal-materjal ta' kampjun fil-flixkun huwa kkalkolat fuq il-bażi ta' użin u li jifdal jinħall fih.

Madwar 1 ml tas-soluzzjoni tal-kampjun tintela ġewwa ampolla skond it-taqsima 5.16.

6.5. Kejl kromatografiku tat-trigliċeridi

Bit-temperaturi għolja sa 350 °Ċ għall-eluzzjoni tat-trigliċeridi ta' katina twila C52-C56 żieda fil-linja ta' bażi sseħħ faċilment, partikolarment jekk il-kolonni ma jkunux ġew kondizzjonati b'mod xieraq fil-bidu. Din iż-żieda fil-linja ta' bażi fuq temperaturi għolja tista' tiġi evitata jew billi tikkombina żewġ kolonni jew tnaqqas mill-linja ta' bażi.

Bil-mod ta' kompensazzjoni jew operazzjoni b'kolonni individwali, kif ukoll għall-inserti tal-ħġieġ fl-injettur u fir-rilevatur is-siġilli ta' graffit skond it-taqsima 5.5 għandhom jintużaw.

6.5.1. Korrezzjoni ta' bażi

Biex tevita li titla l-linja ta' bażi jintuża wieħed mill-erba' metodi:

6.5.1.1. Kombinazzjoni ta' kolonni

Żewġ kolonni ppakkjati jintużaw b'mod ta' kompensazzjoni.

6.5.1.2. Korrezzjoni tal-linja ta' bażi bil-kromatografu tal-gass

Bl-applikazzjoni ta' dawra mill-kromatografu tal-gass mingħajr l-injezzjoni ta' soluzzjoni ta' xaħam u t-tnaqqis suċċessiv tal-linja ta' bażi maħżuna t-tlugħ tal-linja ta' bażi jista' jiġi evitat.

6.5.1.3. Il-korrezzjoni tal-linja ta' bażi bis-software ta' integrazzjoni

Bl-applikazzjoni ta' dawra mis-sistema ta' integrazzjoni mingħajr l-injezzjoni ta' soluzzjoni ta' xaħam u t-tnaqqis suċċessiv tal-linja ta' bażi maħżuna t-tlugħ tal-linja ta' bażi jista' jiġi evitat.

6.5.1.4. Il-korrezzjoni tal-linja ta' bażi b'kondizzjonament xieraq

Bil-kondizzjonament inizzjali xieraq tal-kolonna u madwar 20 injezzjoni b'soluzzjonijiet ta' xaħam tal-ħalib it-tlugħ ta' linji ta' bażi fuq temperaturi għolja huwa spiss tant baxx li l-korrezzjonijiet tal-linja ta' bażi mhumiex meħtieġa.

6.5.2. It-teknika ta' l-injezzjoni

Biex tevita l-effetti ta' diskriminazzjoni t-teknika ta' l-"injezzjoni sħuna" hija applikata biex jinkisbu riżultati kwantitattivi aħjar bil-komponenti ta' trigliċeridi ta' tgħollija għolja. Hawnhekk, is-soluzzjoni ta' xaħam titella fis-siringa u l-labra kiesħa tas-siringa tissaħħan qabel l-injezzjoni għal madwar tliet sekondi fir-ras ta' l-injettur. Imbagħad, il-kontenut tas-siringa huwa injettat malajr.

Nota:

B'din it-teknika ta' injezzjoni r-riskju tal-fenomenu ta' frazzjonament ġewwa s-siringa jew is-sadd ta' l-injezzjoni huwa mnaqqas. L-injezzjoni diretta "fuq il-kolonna" fil-parti ta' fuq imsaħħna u miżjuda tal-kolonna ma tiġix applikata, għaliex il-biċċiet tas-septum, li jinġabru hawn, kif ukoll il-kontaminazzjonijiet jistgħu jiġu eliminati faċilment bit-teknika wżata billi jinbidel regolarment l-insert ta' l-injettur mingħajr ma tiżżarma l-kolonna.

It-tgħawwiġ tal-ponta tal-labra ikkawżat bill-mess tal-qiegħ tal-buqar tal-kampjun (ukoll jekk bil-kemm jidher fil-għajn) għandu jiġi assolutament evitat biex ma ssirx ħsara lis-septum.

+++++ TIFF +++++

6.5.3. Kondizzjonament ta' kolonna ippakkjata

Bejn (a) u (c) l-parti ta' fuq tal-kolonna mhix imwaħħla mad-rilevatur biex tevita l-kontaminazzjoni.

Il-kolonni mimlija skond it-taqsima 6.2 huma ikkondizzjonati kif ġej:

(a) 15 min qalba ta' 40 ml/min N2 fuq 50 °Ċ;

(b) Sħana b'1K/min sa 355 °Ċ b'10 ml N2/min;

(ċ) Iż-żamma bejn 12 u 15-il siegħa fuq 355 °Ċ;

(d) żewġ injezzjonijiet ta' 1 ml tas-soluzzjoni ta' butir tal-kawkaw skond it-taqsima 4.10 u l-programm ta' temperatura rispettiva;

(e) 20 injezzjoni ta' 0,5 μm ta' soluzzjoni ta' xaħam tal-ħalib għal jumejn jew tlett ijiem skond it-taqsima 6.4.

Nota:

Il-butir tal-kawkaw jikkonsisti kważi esklużivament f'trigliċeridi C50 sa C56 ta' tgħollija għolja. L-injezzjoni bil-butir tal-kawkaw għandha l-iskop ta' kondizzjonament speċjali f'din il-medda ta' katina twila. Bit-trigliċeridi C50 sa C54 ta' tgħollija għolja jistgħu jseħħu fatturi ta' rispons sa madwar 1,20. Normalment, bl-injezzjoni ripetuta ta' soluzzjoni ta' xaħam tal-ħalib wieħed għandu jistenna tnaqqis tal-fatturi ta' rispons inizjalment għolja għal C50 sa C54. Bit-trigliċeridi b'numru baxx ta' acyl-c il-fatturi jersqu lejn 1. Tliet pari, rispettivament, ta' kolonni mimlija skond it-taqsima 6.2 jitħejjew. Il-pari kondizzjonati huma kkontrollati, rispettivament, b'analiżi tax-xaħam tal-ħalib għal prova ta' rutina.

Il-par bl-aqwa riżultati kwantitattivi (fatturi ta' rispons kważi 1) jintuża f'li ġej. B'fatturi ta' rispons > 1,20 il-kolonna ma tintużax.

6.5.4. Kalibratura

Għall-kalibratura l-fatturi ta' rispons tat-trigliċeridi korrispondenti, kif ukoll tal-kolesterol ta' xaħam tal-ħalib (xaħam standardizzat) għandhom jiġu mkejla bl-użu tat-trigliċeridi standardizzati (ta' l-inqas it-trigliċeridi saturati 24, C30, C36, C42, C48 u C54, kif ukoll il-kolesterol; dejjem aħjar addizzjonalment C50 u C52). Il-fatturi intermedji ta' rispons jistgħu jinstabu bl-interpolazzjoni matematika.

Bl-użu tax-xaħam standardizzat minn tnejn ta' tliet kalibraturi jridu jitwettqu kulljum. Jekk jinkisbu kważi riżultati identiċi, riżultati kwantitattivi li huma riproduċibbli sewwa jintlaħqu bl-analiżi trigliċerida tal-kampjuni.

Ix-xaħam standardizzat tal-ħalib iżomm għal bosta xhur f'temperatura ta' ħażna ta' massimu ta' - 18 °C u jista’, b'hekk, jintuża bħala standard.

Nota:

Il-fattur ta' rispons ta' kull kostitwent jista' wkoll jitkejjel bl-użu ta' xaħam standardizzat b'komposizzjoni attestata ta' trigliċerida, bħal CRM 519 (xaħam anidrus tal-ħalib) miksub mill-Istitut għall-Materjal ta' Riferiment u l-Kejl, Geel, fil-Belġju.

6.5.5. Programm ta' temperatura, gass kerjer u kondizzjonijiet oħra għall-analiżi tat-trigliċeridi

Programm ta' temperatura: temperatura inizjali ta' 210 °Ċ, żomm għal minuta, imbagħad ipprogramma fuq 6 °Ċ/min sa 350 °Ċ u żomm fuq it-temperatura finali għal ħames minuti.

Rilevatur u t-temperatura ta' l-injettur: 370° Ċ, rispettivament.

Nota:

It-temperaturi tar-rilevatur, l-injettur u l-forn (temperatura tal-bidu) għandhom jinżammu fuq livell kostanti (matul il-lejl, fit-tmiem il-ġimgħa u fil-festi wkoll).

Gass Kerjer: nitroġenu, rata ta' qalba ta' 40 ml/min.

Nota:

Jekk jintużaw kolonni ta' 80 ċm, il-qalba għandha tkun ta' l-inqas 75 ml/min N2. Il-qalba ta' gass għandha tinżamm il-ħin kollu (matul il-lejl, fit-tmiem il-ġimgħa u fil-festi wkoll). Il-qalba eżatta ta' gass għandha tiġi reġolata b'mod li hi x'inhi t-tul tal-kolonna C54 tiġi elutata fuq 341 °Ċ.

Kemm iddum l-analiżi: 29 minuta.3

Volum ta' l-injezzjoni: 0,5 μl.

Nota:

Is-siringa għandha titlaħlaħ bosta drabi bil-heptane safi wara kull injezzjoni.

Kondizzjonijiet ta' l-FID: skond it-taqsima 5.1

Nota:

Id-rilevatur ta' l-jonizzazzjoni tal-fjamma jinxtegħel, rispettivament, fil-bidu ta' kull jum ta' xogħol.

7. Integrazzjoni, valutazzjoni u kontroll tal-kondizzjonijiet ta' kejl

It-trigliċeridi b'numru fard ta' acyl-c (2n + 1) jiġu kombinati mat-trigliċerida ta' qabel ta' numru żewġ. (2n). Il-kontenuti baxxi C56 anqas riproduċibbli ma jitqisux. It-trigliċeridi li jifdal (arja ta' quċċata) fil-kromatogramma, inkluż il-kolesterol (quċċata qrib C24) huma moltiplikati bil-fatturi rispettivi ta' rispons tax-xaħam standard (l-aħħar kalibratura) u lkoll flimkien normalizzati għal 100. Barra mill-kolesterol ħieles it-trigliċeridi C24, C26, C28, C30, C32, C34, C36, C38, C40, C42, C44, C46, C48, C50, C52 u C54 huma, hekk, valutati. Ir-riżultati jingħataw f' % ta' użin (g/100g).

Il-valutazzjoni tal-quċċati ta' kromatogramma għandha ssir b'integratur, li bih tista' tiġi ipplottjata l-linja ta' bażi. Ir-reintegrazzjoni mal-parametri ottimizzati ta' integrazzjoni għandha tkun possibbli.

Il-Figuri 5 u 6 juru żewġ eżempji ta' kromatogrammi trigliċeridi. Il-Figura 5 turi kromatogramma li tista' tiġi valutata sewwa, filwaqt li l-Figura 6 tirrapreżenta żball sporadiku fil-medda C50 sa C54, bil-linja ta' bażi tiskorri ħażin paragunata mal-figura 5. Dawn l-iżbalji tipiċi jista' jkun hemm tkixxif tagħhom bi grad għoli ta' ċertezza u jiġu evitati biss bl-użu ta' integratur li bih il-linja ta' bażi tiġi ipplottjata.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Biex tikkontrolla l-kondizzjonijiet ta' kejl, id-devjazzjonijiet relattivi standard (DRS: koeffiċjent ta' varjazzjoni × 100) mogħti fit-Tabella 1 għat-trigliċeridi differenti jista' jintuża. Kienu ikkalkolati minn 19-il analiżi konsekutiva ta' l-istess xaħam tal-ħalib.

Tabella 1

Devjazzjonijiet relattivi standard (DRS) tal-kontenut ta' trigliċeridi (n=19)

Trigliċerida | DRS (%) |

C24 | 10,00 |

C26 | 2,69 |

C28 | 3,03 |

C30 | 1,76 |

C32 | 1,03 |

C34 | 0,79 |

C36 | 0,25 |

C38 | 0,42 |

C40 | 0,20 |

C42 | 0,26 |

C44 | 0,34 |

C46 | 0,37 |

C48 | 0,53 |

C50 | 0,38 |

C52 | 0,54 |

C54 | 0,60 |

Jekk id-DRSijiet huma konsiderevolment ogħla mill-valuri f'Tabella 1, il-kondizzjonijiet kromatografiċi mhumiex xierqa u s-septa jew l-qalba tal-gass kerrjer għandha tiġi verifikata. Barra minn hekk, partiċelli żgħar tas-septum setgħu rabbew depożiti fuq is-suf tal-ħġieġ fid-dħul tal-kolonna jew il-kolonna setgħat saret mhux xierqa għall-użu minħabba li qdiemet, influwenzi ta' temperatura, eċċ. (ara Figura 3).

Nota:

Il-valuri mogħtija fit-Tabella 1 mhumiex mandatorji, iżda indikattivi għall-iskopijiet ta' kontroll ta' kwalità. Iżda, jekk jiġu aċċettati valuri ta' DRS ogħla, il-limiti ta' ripetibbilità u riproduċibbilità mogħtija f'punt 11 għandhom madankollu jitħarsu.

8. Tkixxif ta' xaħam barrani kwalitattiv

Għall-tkixxif ta' xaħmijiet barranija l-formuli trigliċeridi (Tabella 2) bil-limiti S (Tabella 3) ġew żviluppati, li fihom il-valuri S tax-xaħmijiet safjin ta' ħalib jistgħu joxxillaw. Jekk dawn il-limiti jinqabżu, wieħed jista' jgħid li hemm preżenza ta' xaħam barrani.

L-aktar formula sensittiva għall-tkixxif ta' żieda ta' xaħam hija, eż.

6,5125 · C26 + 1,2052 ·C32 + 1,7336 · C34 + 1,7557 · C36 + 2,2325 · C42 + 2,8006 · C46 + 2,5432 · C52 + 0,9892 · C54 = S

Nota:

Bl-użu ta' 755 kampjuni differenti ta' xaħam tal-ħalib medda ta' 99 % kunfidenza ta' S = 97,96 - 102,04 twaqqfet għall-kampjuni ta' xaħam safi ta' ħalib b'devjazzjoni standard għall-valuri kollha ta' S DS = 0,39897.

Hi u tibda mill-kompożizzjoni trigliċerida ta' kampjun mhux magħruf ta' xaħam din il-formula tippermetti, mingħajr l-użu ta' kompjuter, li tivverifika b'mod sempliċi jekk l-għadd ta' kontenut ta' trigliċeridi mistqarr hawn mal-fatturi korrispondenti jaqax barra mill-medda ta' 97,96 - 102,04 u wieħed għandu probabbilment quddiemu żieda ta' xaħam barrani.

Għal tkixxif ta' xaħmijiet barranija differenti t-Tabella 2 turi formuli differenti ta' trigliċeridi. Għall-tkixxif tax-xaħmijiet barranija ż-żejt tas-soja, ż-żejt tal-ġirasol, ż-żejt taż-żebbuġa, ż-żejt taż-żerriegħa tal-kromp, ż-żejt tal-kittien, ż-żejt tal-qamħa, ż-żejt tal-qamħerrum, ż-żejt tal-qoton, u ż-żejt tal-ħuta idroġenizzat, għax-xaħmijiet veġetali x-xaħam tal-ġews ta' l-Indja u x-xaħam tal-ġebla tal-palm, kif ukoll għaż-żejt tal-palm u dam taċ-ċanga formula komuni tista' tintuża, rispettivament.

Peress li l-kompożizzjoni trigliċerida tax-xaħmijiet barranija hija wkoll sottomessa għall-oxxillazzjonijiet, intużaw sa erba' dati ta' xaħuam barranin ta' trigliċerida differenti ta' l-istess tip imkejla b'esperimenti. (Bl-istess tipi ta' xaħmijiet barranija l-limit l-anqas favorevoli ġie meqjus, rispettivament (ara it-Tabella 4)).

Bil-"Formula totali" li ġejja jistgħu jinkisbu riżultati daqstant tajbin għax-xaħmijiet kollha barranija:

- 2,7575 · C26 + 6,4077 · C28 + 5,5437 · C30- 15,3247 · C32 + 6,2600 · C34 + 8,0108 · C40 - 5,0336 · C42 + 0,6356 · C44 + 6,0171 · C46 = S

Il-kalkoli għall-tkixxif ta' kull kombinazzjoni ta' xaħam barrani fix-xaħam tal-ħalib wrew li, eż, minkejja li bil-formula għax-xaħam mogħtija fit-Tabella 2 il-limiti għal dan ix-xaħam barrani huwa baxx, jiġifieri 2,7 %, xaħmijiet oħra bħax-xaħam tal-ġews ta' l-Indja, ż-żejt tal-palma jew ix-xaħam ta' l-għadma tal-palma b'limiti ta' tkixxif ta' 26,8, 12,5 u 19,3 %, rispettivament, jista', b'din il-formula, jkun hemm tkixxif tagħhom jekk ammonti estremament għolja ġew miżjuda max-xaħam tal-ħalib. Dan japplika wkoll għal formuli oħra fit-Tabella 2.

Tabella 2

Formuli trigliceridi għat-tkixxif ta' bosta xaħmijiet barranija fix-xaħam tal-ħalib li jindikaw id-devjazzjonijiet standard SD għall-S

Formula għas-soja, ġirasol, żebbuġ, żerriegħa tal-kromb, kittien, qamħ, qamħerrum, żerriegħa tal-qotton u żejt tal-ħuta

2,0983 · C30 + 0,7288 · C34 + 0,6927 · C36 + 0,6353 · C38 + 3,7452 · C40 - 1,2929 · C42 + 1,3544 · C44 + 1,7013 · C46 + 2,5283 · C50 = S; SD = 0,38157

Formula għax-xaħam tal-ġews ta' l-Indja u l-għadma tal-palm

3,7453 · C32 + 1,1134 · C36 + 1,3648 · C38 + 2,1544 · C42 + 0,4273 · C44 + 0,5809 · C46 + 1,1226 · C48 + 1,0306 · C50 + 0,9953 · C52 + 1,2396 · C54 = S; SD = 0,11323

Formula għaż-żejt tal-palm u dam taċ-ċanga

3,6644 · C28 + 5,2297 · C30 - 12,5073 · C32 + 4,4285 · C34 - 0,2010 · C36 + 1,2791 · C38 + 6,7433 · C40 - 4,2714 · C42 + 6,3739 · C46 = S; SD = 0,81094

Formula għax-xaħam

6,5125 · C26 + 1,2052 · C32 + 1,7336 · C34 + 1,7557 · C36 + 2,2325 · C42 + 2,8006 · C46 + 2,5432 · C52 + 0,9892 · C54 = S; SD = 0,39897

Għallhekk għall-kontroll ta' kampjun ta' xaħam mhux magħruf il-formuli kollha mogħtija fit-Tabella 2 u l-Formula Totali (2) għandhom jintużaw, jekk il-kampjun huwa probabilment taħlita ta' xaħam tal-ħalib u wieħed mix-xaħmijiet barranija differenti jew kombinazzjoni ta' dawn ix-xaħmijiet barranija. Jekk, malli ddaħħal it-trigliċerida ta' kampjun tax-xaħam biex jiġi analizzat jinkiseb valur S, li jaqa' barra mill-meded tat-Tabella 3 ta' waħda biss mill-ħames formuli, allura l-kampjun huwa probabliment xaħam tal-ħalib modifikat. Il-ħjiel ta' xaħam barrani fix-xaħam tal-ħalib permezz ta' waħda mill-erba' formuli fit-Tabella 2 ma jippermettiex li jsiru konklużjonijiet dwar it-tip tat-taħlita miżjuda ta' xaħam barrani.

Tabella 3

Limiti-S għax-xaħmijiet tal-ħalib

Formula għall-tkixxif ta' | Medda -S |

Soja, ġirasol, żebbuġ, kromp, kittien, qamħ, qamħirrum qoton, żejt tal-ħuta | 98,05 101,95 |

Xaħam tal-ġewż ta' l-Indja u ta' l-għadma tal-palm | 99,42 100,58 |

Żejt tal-palm u demm taċ-ċanga | 95,90 104,10 |

Xaħam | 97,96 102,04 |

Formula totali | 95,68 104,32 |

Fit-Tabella 4 jingħataw il-limiti ta' tkixxif għax-xaħmijiet barranija differenti b'kunfidenza ta' 99 %. L-ewwel kolonna turi l-limiti minimi ta' tkixxif għall-aħjar formuli ta' xaħam tal-ħalib fit-Tabella 2. Fit-tieni kolonna jingħataw il-limiti ta' tkixxif għall-formula totali. Minkejja li l-limiti huma xi naqra ogħla, din il-formula biss hija meħtieġa biex ikollok tkixxif ta' ammonti daqsxejn ogħla ta' xaħmijiet barranija. Bil-formuli kollha kombinazzjonijiet ukoll tax-xaħmijiet differenti barranija jista' jkollok tkixxif tagħhom. Il-meded ta' varjazzjoni tat-trigliċeridi ta' xaħmijiet differenti barranija ta' tip wieħed m'għandhom ebda influwenza konsiderevoli fuq il-limiti ta' tkixxif.

Tabella 4

Limiti ta' 99 % ta' tkixxif biż-żieda ta' xaħam barrani fix-xaħam tal-ħalib f' %

| Formula individwali | Formula totali |

Żejt tas-soja | 2,1 | 4,4 |

Żejt tal-ġirasol | 2,3 | 4,8 |

Żejt taż-żebbuġa | 2,4 | 4,7 |

Xaħam tal-ġewż ta' l-Indja | 3,5 | 4,3 |

Żejt tal-palma | 4,4 | 4,7 |

Xaħam ta' l-għadma tal-palma | 4,6 | 5,9 |

Żejt tal-kromp | 2,0 | 4,4 |

Żejt tal-kittien | 2,0 | 4,0 |

Żejt tal-qamħa | 2,7 | 6,4 |

Żejt tal-qamħirrum | 2,2 | 4,5 |

Żejt taż-żerriegħa tal-qoton | 3,3 | 4,4 |

Xaħam | 2,7 | 4,7 |

Demm taċ-ċanga | 5,2 | 5,4 |

Żejt tal-ħuta idroġenizzat | 5,4 | 6,1 |

Nota:

Il-meded S huma ikkalkolati b'dan il-mod, li wieħed jassumi preżenza ta' xaħam barrani, jekk il-limiti tal-formula individwali jinqabżu (ara it-Tabella 4).

9. Kejl ta' xaħam barrani kwantitattiv

Biex tikseb tagħrif kwantitattiv dwar il-konċentrazzjoni ta' xaħam barrani f'kampjun tax-xaħam tal-ħalib, tintuża l-formula li ġejja

X

= 100 ·

100 - S

F

X hija l-kwantità ta' xaħam barrani mhux magħruf jew taħlita ta' xaħam barrani fix-xaħam mhux magħruf tal-ħalib. S tirriżulta miż-żieda ta' xaħam barrani mhux magħruf billi iddaħħal it-trigliċeridi tat-taħlita ta' xaħam/ta' xaħam tal-ħalib fil-formula tat-trigliċeridi totali hawn fuq. Jekk jiżdied xaħam barrani mhux magħruf max-xaħam tal-ħalib, il-valur medju S tax-xaħmijiet barranija differenti għall-formula Totali jintgħażel għal SF; dan il-valur medju ta' S jinkiseb billi wieħed idaħħal id-data ta' trigliċerida tax-xaħmijiet barranija safja f'din il-formula u billi jikkalkola il-valur medju (SF= 7,46). Riżultati kwantitattivi tajbin li jirrigwardaw kull żieda ta' xaħmijiet barranija jinkisbu wkoll bl-użu tal-formula żejt tal-palma/dam taċ-ċanga (Tabella 2) u valur medju SF ta' 10,57.

Fil-każ ta' tipi ta' xaħmijiet barranija magħrufa l-valuri SF li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-formula ta' hawn fuq u l-formula rispettiva ta' xaħam barrani trid tintagħażel minn Tabella 2:

Tabella 5

Valuri SF ta' xaħmijiet barranija differenti

Xaħam barrani | SF |

Żejt tas-soja | 8,18 |

Żejt tal-ġirasol | 9,43 |

Żejt taż-żebbuġa | 12,75 |

Xaħam tal-ġewż ta' l-Indja | 118,13 |

Żejt tal-palma | 7,55 |

Żejt ta' l-għadma tal-palma | 112,32 |

Żejt tal-kromp | 3,30 |

Żejt tal-kittien | 4,44 |

Żejt tal-qamħa | 27,45 |

Żejt tal-qamħirrum | 9,29 |

Żejt taż-żerriegħa tal-qoton | 41,18 |

Xaħam | 177,55 |

Demm taċ-ċanga | 17,56 |

Żejt tal-ħuta | 64,12 |

10. Medda ta' applikazzjoni tal-metodu ta' tkixxif

Il-metodu deskritt japplika għall-ħalib bl-ingrossa u huwa ibbażat fuq kemm huma rappreżentattivi l-kampjuni tax-xaħam tal-ħalib.

Tkixxif speċifiku għoli jkun possibbli, kieku, għal numru rappreżentattiv ta' xaħmijiet ta' ħalib, il-formoli kif deskritti hawn fuq kellhom jitnisslu għal pajjiżi differenti.

Jista' jkun hemm miksuba possibbilitajiet partikolarment xierqa ta' tkixxif, kieku fil-pajjiżi differenti il-formuli, kif deskritti hawn, kellhom jitwaqqfu għal numru rappreżentattiv ta' xaħmijiet tal-ħalib. F'dan il-każ, l-użu ta' programmi komplessi tal-komputer mhux meħtieġ, jekk il-kombinazzjonijiet ta' trigliċeridi wżati fit-Tabella 2 jiġu applikati u l-fatturi mkejla mill-ġdid bl-użu tal-metodu ta' l-inqas kwadrati.

Bl-applikazzjoni tal-meded S kif muri fit-Tabella 3 il-formuli huma, taħt kondizzjonijiet partikolari ta' għalf bħal, per eżempju, għalf nieqes jew għalf tal-baqar bil-ħmira ta' l-għalf jew sapun Ca, ġeneralment applikabbli. Fil-każ biss ta' kondizzjonijiet estremi ta' għalf (eż. konsum għoli ta' żjut safija tal-għalf, somministrazzjoni għolja ta' sapun Ca kombinata ma' l-għalf ta' xaħam eċċ) il-formuli jindikaw parzjalment xaħam modifikat tal-ħalib.

Nota:

Xaħmijiet frazzjonati tal-ħalib huma ġeneralment rikonoxxuti bħala xaħam tal-ħalib mhux modifikat, jekk wieħed jassumi biss li hemm modifika, meta l-limiti jinqabżu. Max-xaħmijiet tal-ħalib frazzjonati biss b'komposizzjoni mhux tas-soltu ta' xaħam tal-ħalib, kif inhu, eż. il-każ bi frazzjoni iebsa, miksuba bil-frazzjonament b'metodi fiżiċi fuq temperaturi għolja ta' madwar 30 °Ċ b'rendimenti baxxi ta' perċentwali żgħira jew bi frazzjonament b’sovrakritiku C02, il-formuli jindikaw modifika.

Il-frazzjonament tax-xaħam tal-ħalib jista', iżda, tinħass bl-użu ta' proċeduri oħra eż. Kalorimetrija ta' Differential-Scanning.

11. Il-preċiżjoni tal-metodu

Mkejla bl-użu tax-xaħam tal-ħalib fuq il-bażi tal-formuli minn Tabella 2 u l-meded S f'Tabella 3.

11.1. Ir-ripetibbilità

Bħala differenza tal-valuri S ta' żewġ kalkoli mwettqa fl-anqas intervall ta' ħin possibbli minn operatur wieħed li juża l-istess proċedura u materjal ta' kampjun identiku taħt l-istess kondizzjonijiet (l-istess persuna, l-istess għodda/l-istess mezz, l-istess laboratorju):

Tabella 6

Limiti ta' ripetibbilità (r) għall-formuli differenti

Formula għat-tkixxif ta' | r |

Soja, ġirasol, żebbuġ, kromp, kittien, qamħ, qamħirrum, qoton, żejt tal-ħuta | 0,67 |

Xaħam tal-ġewż ta' l-Indja u ta' l-għadma tal-palm | 0,12 |

Żejt tal-palm u demm taċ-ċanga | 1,20 |

Xaħam | 0,58 |

Formula totali | 1,49 |

11.2. Ir-riproduċibbilità

Bħala differenza tal-valuri S ta' żewġ kalkoli mwettqa minn operaturi fl-laboratorji differenti, skond l-istess proċedura bl-użu ta' materjal ta' kampjun identiku taħt kondizzjonijiet differenti (persuna differenti, għodda differenti) f'ħinijiet differenti.

Tabella 7

Limiti ta' riproduċibbilità (R) għall-formuli differenti

Formula għall-tkixxif ta' | R |

Soja, ġirasol, żebbuġ, kromp, kittien, qamħ, qamħirrum, qoton, żejt tal-ħuta | 1,08 |

Xaħam tal-ġewż ta' l-Indja u ta' l-għadma tal-palm | 0,40 |

Żejt tal-palm u demm taċ-ċanga | 1,81 |

Xaħam | 0,60 |

Formula totali | 2,07 |

11.3. Differenza kritika

Bil-limiti ta' ripetibbilità (r) u limiti ta' riproduċibbilità (R) id-differenzi kritiċi għall-meded kollha ta' S tat-Tabella 3 jistgħu jiġu ikkalkolati (analiżijiet duplikati). Il-valuri rispettivi jingħataw fit-Tabella 8.

Tabella 8

Differenzi kritiċi tal-formuli kollha trigliċeridi

Formula għall-tkixxif ta' | medda |

Soja, ġirasol, żebbuġ, kromp, kittien, qamħ, qamħirrum, qoton, żejt tal-ħuta | 97,43 – 102,57 |

Xaħam tal-ġewż ta' l-Indja u ta' l-għadma tal-palm | 99,14 – 100,86 |

Żejt tal-palm u demm taċ-ċanga | 94,91 – 105,09 |

Xaħam | 97,65 – 102,35 |

Formula totali | 94,58 – 105,42 |

11.4. L-aċċettabbilità tar-riżultati

Kalibrati kolha ikkalkolati sa żewġ pożizzjonijiet deċimali l-kontenuti trigliċeridi tas-C24,C26,C28 sa C54 kif ukoll il-kolesterol għandhom ikunu normalizzati eżattament sa 100.

Ir-riżultati ta' l-analiżi duplikata tintuża bħala kontroll tar-ripetibbilità. Jekk id-differenza assoluta bejn iż-żewġ risultati S għall-ħames formuli trigliċeridi kollha ma taqbiżx il-limiti ta' ripetibbilità r f'Tabella 6, allura l-ħtieġa ta' ripetibbilità tħarset.

Għall-kontroll tal-kondizzjonijiet kromatografiċi ottimali tal-gass u speċjalment tal-kwalità tal-kolonna għandu jiġi garantit li b'10 dawriet ripetizzjoni d-differenza tal-valuri S massimi u minimi tal-ħames formuli trigliċeridi kollha ma jaqbżux il-medda x · r, b'x = 1,58 (għal 10 dawriet, ara l-letteratura (16)), u l-limiti ta' ripetibbilità r għall-formuli differenti f'Tabella 6.

12. Standards ikkwotati

DIN 10 336: 1994 | Nachweis und Bestimmung von Fremdfetten in Milchfett anhand einer gaschromato-graphischen Triglyceridanalyse |

Standard FIĦ 1 ċ: 1987 | Ħalib Kejl tal-Kontenut ta' xaħam - Metodu Gravimetriku Röse Gottlieb |

Standard FIĦ 16C: 1987 | Krema. Kejl tal-Kontenut ta' xaħam - Metodu Gravimetriku Röse Gottlieb |

Standard FIĦ 116A: 1987 | Silġ għall-ikel b'bażi ta' ħalib u Taħlitiet ta' Silġ. Kejl tal-Kontenut ta' Xaħam Röse Gottlieb - Metodu Gravimetriku |

Standard FIĦ 22B: 1987 | Ħalib Xkumat u Xorrox. Kejl tal-Kontenut ta' Xaħam Röse Gottlieb - Metodu Gravimetriku |

13. Referenzi

1. Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: Tkixxif ta' xaħmijiet barranija fix-xaħam tal-ħalib permezz ta' analiżi kromatografika trigliċerida, Dok. Nru VI/5202/90-EN, VI/2645/91.

2. Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: Kontroll tas-safa tax-xaħam fil-butir ta' 100 kampjun differenti ta' perjodi differenti ta' għalf minn 11-il pajjiż ta' KEE; Dok. Nru VI/4577/93.

3. Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: Konsiderazzjoni tar-riżultati mill-ewwel, it-tieni, t-tielet, ir-raba', il-ħames u is-sitt prova kollaborattiva KEE: Kejl tat-trigliċeridi fix-xaħam tal-ħalib; Dok. Nru VI/2644/91, VI/8.11.91, VI/1919/92, VI/3842/92, VI/5317/92, VI/4604/93.

4. Timms, R. E.: Tkixxif u kwantifikazzjoni tax-xaħam mhux mill-ħalib f'taħlitiet ta' xaħmijiet mill-ħalib u mhux mill-ħalib. Riċerka ta' kuljum 47295-303 (1980).

5. Precht, D., Heine, K.: Nachweis von modifiziertem Milchfett mit der Triglyceridanalyse. 2. Fremdfettnachweis im Milchfett mit Hilfe von Triglyceridkombinationen, 41406-410 (1986).

6. Luf, W., Stock, A., Brandl, E.: Zum Nachweis von Fremdfett in Milchfett über die Trigylceridanalyse. Österr. Milchwirtsch. Wissensch. Beilage 5, 42 29-35 (1987).

7. Precht, D.: Bestimmung von pflanzlichen Fetten oder tierischen Depotfetten in Milchfett. Kieler Milchwirtsch. Forschungsber. 42143-157 (1989).

8. Precht, D.: Schnelle Extraktion von Milchfett, Kieler Milchwirtsch. Forschungsber. 42119-128 (1990).

9. Precht, D.: Schnelle gaschromatographische Triglyceridanalyse von Milchfett. Kieler Milchwirtsch. Forschungsber. 42139-154 (1900).

10. Precht, D.: Kontroll tas-safa tax-xaħam tal-ħalib bl-analiżi trigliċerida tal-kromatografija tal-gass. Kieler Milchwirtsch. Forschungsber. 43 (3) 219-242 (1991).

11. Precht, D.: Tkixxif ta' xaħam adulterat tal-ħalib bl-analiżi ta' aċidu xaħmi u tat-trigliċeridi. Fat Sci. Technol. 93538-544 (1991).

12. Precht, D.: Detection for foreign fat in milk fat. I. Qualitative detection by triacylglycerol formulae. II. Quantitative evaluation of foreign fat mixtures. Z. Lebensm. Unters. Forsch. 194 1-8, 107-114 (1992). Tkixxif għax-xaħam barrani fix-xaħam tal-ħalib I. Tkixxif kwalitattiv bil-formuli triacylglycerol. II. valutazzjoni kwantitattiva ta' taħlitiet barranija ta' xaħam. Z. Lebensm. Unters. Forsch. 194 1-8, 107-114 (1992)

13. Precht, D.: Kromatografija tal-gass tat-triacylglycerols u lipidi oħra f'kolonni ppakkjati fi CRC Handbook of Chromatography: Analiżi tal-lipidi, p. 123-138, Ed. K.D. Mukherjee, N. Weber, J. Sherma, CRC Press, Boca Raton (1993).

14. Precht, D., Molkentin, J.: Analiżi triglycerida kwantitattiva bl-użu ta' kolonni kapillari qosra, Chrompack News 4 16-17 (1993).

15. Molkentin, J., Precht, D.: Paragun ta' kolonni ppakkjati u kapillari għall-kromatografija kwantitattiva ta' gass tat-trigliċeridi fix-xaħam tal-ħalib. Chromatographia 39 (5/6) 265-270 (1994).

16. Stange, K.: Angewandte Statistik, Erster Teil, Eindimensionale Probleme, Springer-Verlag, Berlin, P. 378 (1970).

[1] Metodi xierqa ġa ġew deskritti, ara D. Precht u J. Molkentin: Analiżi triglycerida kwantitattiva bl-użu ta' kolonni kapillari qosra, Chrompack News 4 16-17 (1993).

[2] Prodotti xierqa huma disponibbli kummerċjalment.

[3] Ismijiet kummerċjali bħal, eż. Extrelut, Gas ChromQ, Chrompack huma eżempji għal prodotti xierqa disponibbli fil-kummerċ speċjalizzat. Dan it-tagħrif ser jilħaq l-iskop ta' maniġġjar ħafif ta' l-istandard mill-utent u ma jirrapreżentax rikjesta tal-prodott. L-indikazzjoni tal-qamħ ġiet trasferita lejn l-unità skond il-BS 410:1988 "British Standard Specification for test services".

[4] Ara n-nota 3 f'qiegħ il-paġina fuq paġina 86.

--------------------------------------------------

ANNESS XXVI

LISTA TAR-REGOLAMENTI MSEMMIJA FL-EWWEL RAPPORT

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1216/68 tad-9 ta' Awissu 1968 li jippreskrivi l-metodu għal-kejl tal-kontenut ta' lattożju ta' l-għalf kompost impurtat minn pajjiżi terzi [1], kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 222/88 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jemenda ċerti miżuri dwar l-applikazzjoni ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni fit-taqsima tal-ħalib u prodotti tal-ħalib wara d-dħul tan-nomenklatura magħquda [2];

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3942/92 tat-22 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi metodu ta' riferiment għall-kejl tas-sitosterol u stigmasterol fiż-żejt tal-butir [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 175/1999 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3942/92, (KE) Nru 86/94, (KE) Nru 1082/96 u (KE) Nru 1495/98 li jistabbilixxi metodi ta' riferiment għall-kejl ta' ċerti tracers fil-butir, żejt tal-butir u krema [4];

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 86/94 tad-19 ta' Jannar 1994 li jistabbilixxi metodu ta' riferenza għall-kejl tas-sitosterol u l-istigmasterol fil-butir [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 175/1999;

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2721/95 ta' l-24 ta' Novembru 1995 li jistabblixxi regoli sabiex jiġu applikati l-metodi ta' riferenza u ta' rutina għall-analiżi u l-valutazzjoni kwalitattiva tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib skond l-organizzazzjoni komuni tas-suq [6];

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1080/96 ta' l-14 ta' Ġunju 1996 li jistabbilixxi metodu ta' riferiment għat-tkixxif ta' koliformi fil-butir, fit-trab tal-ħalib xkumat u fil-kaseina/kasinati [7];

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1081/96 ta' l-14 ta' Ġunju 1996 li jistabbilixxi metodu ta' riferiment għat-tkixxif ta' ħalib tal-baqar u ta' kaseinati f'tipi ta' ġobon magħmula mill-ħalib tan-nagħġa, mill-ħalib tal-mogħża jew mill-ħalib tal-gendus jew minn taħlitiet ta' ħalib tan-nagħġa, tal-mogħża u tal-gendus u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 690/92 [8];

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/96 ta' l-14 ta' Ġunju 1996 li jistabbilixxi metodu ta' riferiment għat-tkixxif ta' l-ethyl-ester ta' l-aċidu beta-apo-8' karoteniku fil-butir ikkonċentrat u l-butir [9], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 175/1999;

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1854/96 tas-26 ta' Settembru 1996 li jistabbilixxi lista ta' metodi ta' riferiment biex tiġi applikata għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib skond l-organizzazzjoni komuni tas-suq [10], kif emendat mir-Regolament (KE) Nr 881/1999 [11];

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nr 880/98 ta' 24 ta' April 1998 li jistabbilixxi metodi ta' riferiment għal-kejl ta' l-ilma, solidi mhux mxaħħma u kontenut ta' xaħam fil-butir [12];

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1459/98 tat-8 ta' Lulju 1998 li jistabbilixxi metodu ta' riferiment għall-kejl tal-vanillin fil-butir ikkonċentrat, butir jew krema [13], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 175/1999.

[1] ĠU L 198, ta' l-10.8.1968, p. 13.

[2] ĠU L 28, ta' l-1.2.1988, p. 1.

[3] ĠU L 399, tal-31.12.1992, p. 29.

[4] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 22.

[5] ĠU L 17, ta' l-20.1. 1994, p. 7.

[6] ĠU L 283, tal-25.11.1995, p. 7.

[7] ĠU L 142, tal-15.6.1996, p. 13.

[8] ĠU L 142, tal-15.6.1996, p. 15.

[9] ĠU L 142, tal-15.6.1996, p. 26.

[10] ĠU L 246, tas-27.9.1996, p. 5.

[11] ĠU L 111, tad-29.4.1999, p. 24.

[12] ĠU L 124, tal-25.4.1998, p. 16.

[13] ĠU L 193, tad-9.7.1998, p. 16.

--------------------------------------------------

Top