This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001O0012
Guideline of the European Central Bank of 16 November 2001 amending Guideline ECB/2000/1 on the management of the foreign reserve assets of the European Central Bank by the national central banks and the legal documentation for operations involving the foreign reserve assets of the European Central Bank (ECB/2001/12)
Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2001 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 dwar l-amministrazzjoni ta' l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operat li jinvolvi l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/12)
Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2001 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 dwar l-amministrazzjoni ta' l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operat li jinvolvi l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/12)
ĠU L 310, 28.11.2001, p. 31–32
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Official Journal L 310 , 28/11/2001 P. 0031 - 0032
Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2001 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 dwar l-amministrazzjoni ta' l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operat li jinvolvi l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/12) (2001/833/KE) IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 105(2) tiegħu u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 30.6 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk 'il quddiem imsejjaħ "l-Istatut"), Billi: (1) Konformement mal-Linja ta' Gwida BĊE/2001/1 tat-3 ta' Frar 2000 il-ġestjoni ta' l-attiv tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għal operazzjonijiet li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew [1], kif emendata bil-Linja ta' Gwida BĊE/2001/5 [2], kull bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li jipparteċipa għandu jwettaq operazzjonijiet li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala aġent tal-BĊE. (2) Billi l-BĊE jikkonsidra li il-Ftehim Komplessiv għal Operazzjonijiet Finanzjarji sponsorjat mill-Federazzjoni Bankarja ta' l-Unjoni Ewropea b'koperazzjoni mal-Grupp Ewropew ta' Banek ta' Tfaddil u l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Banek Koperattivi hu pjan komplessiv xieraq għall-operazzjonijiet kollha kollaterali li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-BĊE li huma ftehim ta' xiri mill-ġdid, ftehim ta' xiri mill-ġdid bil-maqlub, ftehim ta' xiri/bejgħ lura u ftehim ta' bejgħ/xiri lura ma' kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet tal-ġurisdizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Isvizzera. (3) Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-Istatut, il-Linji ta' Gwida tal-BĊE jifforma parti integrali tad-dritt komunitarju, ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA: Artikolu 1 In-nota tal-qiegħ tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 għandha tiġi sostitwita kif ġej: "It-test oriġinali ta' dan l-anness hu abbozzat fil-lingwa Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Portugiża u Spanjola u hu inkorporat fil-ftehim komplessivi mħejjija bil-lingwa Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Portugiża u Spanjola. It-traduzzjoni ta' dan l-anness f'lingwi oħra hu għal għanijiet illustrativi biss u ma għandux ikollu forza legali." Artikolu 2 L-Anness 3 tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 għandu jiġi sostitwit kif ġej: L-ANNESS 3 Ftehim standard għal operazzjonijiet kollaterali jew operazzjonijiet derivati minn operazzjonnijiet ta' fuq il-bank tax-xogħol 1. L-operazzjonijiet kollaterali kollha li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-BĊE li jikkomprendu ftehim ta' xiri mill-ġdid, ftehim ta' xiri mill-ġdid bil-maqlub, ftehim ta' xiri/bejgħ lura u ftehim ta' bejgħ/xiri lura għandhom jiġu dokumentati taħt il-ftehim standard li ġejjin, f'dik il-forma li tista' tiġi approvata jew emendata mill-BĊE minn żmien għal żmien: għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet tal-ġurisdizzjonijiet tad-dritt ta' l-Unjoni Ewropea jew tad-dritt Svizzeru, il-Ftehim Komplessiv FBE għal Operazzjonijiet Finanzjarji; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta' ġurisdizzjoni barra mill-Unjoni Ewropea, l-Isvizzera jew l-Istati Uniti, il-"Ftehim dwar Xiri mill-Ġdid Komplessiv Globali TBMA/ISMA, versjoni 2000"; u għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet federali jew statali ta' l-Istati Uniti, "Il-Ftehim dwar Xiri mill-Ġdid Komplessiv tal-Bond Market Association". 2. L- operazzjonijiet derivati minn operazzjonijiet ta' fuq il-bank tax-xogħol li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-BĊE għandhom jiġu dokumentati taħt il-ftehim standard li ġejjin, f'dik il-forma li tista' tiġi approvata jew emendata mill-BĊE minn żmien għal żmien; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġi Franċiża, il-"Convention-cadre relative aux opérations de marché à terme"; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġi Ġermaniża, il-"Rahmenvertrag für Finanztermingeschäfte"; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta' ġurisdizzjoni barra Franza, il-Ġermanja jew l-Istati Uniti, il-"Ftehim Komplessiv ta' l-1992 dwar l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għal Skambji u Derivattivi" (Multi valuta, transkonfini, versjoni tal-liġi Ingliża); u għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet federali jew statali ta' l-Istati Uniti, il- "Ftehim Komplessiv ta' l-1992 dwar l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għal Skambji u Derivattivi" (Multi valuta, transkonfini, versjoni tal-liġi ta' New York). Artikolu 3 Dispożizzjonijiet finali Din il-Linja ta' Gwida hi indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti. Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta' Novembru 2001. Din il-Linja ta' Gwida għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-16 ta' Novembru 2001. F'isem il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE Willem F. Duisenberg [1] ĠU L 207, tas-17.8.2000, p. 24. [2] ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 26. --------------------------------------------------