Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0102

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/102/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 li temenda d-Direttiva 1999/29/KE fuq is-sostanzi u l-prodotti mhux mixtieqa fin-nutriment ta’l-annimaliTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 6, 10.1.2002, p. 45–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2003; Impliċitament imħassar minn 32002L0032

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/102/oj

    32001L0102



    Official Journal L 006 , 10/01/2002 P. 0045 - 0049


    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/102/KE

    tas-27 ta’ Novembru 2001

    li temenda d-Direttiva 1999/29/KE fuq is-sostanzi u l-prodotti mhux mixtieqa fin-nutriment ta’l-annimali

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TA’L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/29/KE tat-22 t’April 1999 fuq is-sostanzi u l-prodotti mhux mixtieqa fin-nutriment ta’l-annimali [1], u partikolarment l-Artikolu 10 punt (a) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 1999/29/KE tipprovdi li l-materjal ta’l-għalf jista’ biss jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni fil-Komunità jekk ikun tajjeb, bnin u tajjeb biex jinbiegħ.

    (2) It-terminu “ diossini” jkopri grupp ta’ 75 polychlorinated dibenzo-p-dioxin ("PCDD") u 135 konġeniti tal-polychlorinated dibenzofuran ("PCDF"), li minnhom 17 huma ta’ inkwiet tossikoloġiku. L-aktar konġeniti tossiċi fost dawn huwa 2,3,7,8-tetrachlordibenzo-p-dioxin (TCDD) ikklassifikat mill-Aġenzija Internazzjonali tar-Riċerka dwar il-Kankru u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ta’ fama bħala karċinoġenu uman magħruf. Il-Kumitat Xjentifiku ta’l-Ikel ("SCF"), bi qbil ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ("WHO"), ikkonkluda li l-effett karċinoġenu tad-diossini ma jseħħx f’livelli taħt ċertu limitu. Effetti ħżiena oħra, bħall-endometriosi, effetti neurofunzjonali u immunosuppressivi jiġru f’livelli ħafna aktar baxxi u għalhekk huma kkunsidrati relevanti għalbiex tiġi stabbilita doża tollerabbli.

    (3) Il-Biphenyls poliklorinati, ("PCBs"), huma grupp ta’ 209 konġeniti diversi li jistgħu jinqasmu f’żewġ gruppi skond il-proprjetajiet tossikoloġiċi tagħhom: 12-il konġenitu jixhdu proprjetajiet tossikoloġiċi simili għad-dijossini u għalhekk ġieli jissejħu "PCBs bħal diossina". Il-PCBs l-oħra ma jurux tossiċità bħal diossina iżda għandhom profil tossikoloġiku differenti.

    (4) Kull konġenitu ta’ diossini jew PCBs bħal diossina jippreżenta livell differenti ta’ tossiċità. Sabiex tista’ tiġi kkalkulata t-tossiċità ta’ dawn id-diversi konġeniti, il-konċett tal-fatturi ta’ l-ekwivalenza tossika ("TEFs") ġie introdott biex jiġu ffaċilitati l-istima tar-riskju u l-kontroll regolatorju. Dan ifisser li r-riżultati analitiċi rigward is-17 il-konġeniti individwali kollha tad-diossina u t-12 il-konġeniti PCBs bħad-diossina huma espressi f’termini ta’ entità waħda kwantifikabbli: "TCDD konċentrazzjoni ekwivalenti tossika" ("TEQ").

    (5) Id-diossini u l-PCBs huma estremament reżistenti għad-degradazzjoni kimika u bijoloġika u għalhekk jippersistu fl-ambjent u jakkumulaw fis-sensiela ta’l-għalf u ta’l-ikel.

    (6) Id-distribuzzjoni tad-diossini, il-PCBs u l-PCBs bħad-diossina ġo l-ambjent joħloq kontaminazzjoni ta’l-isfond li jeffettwa l-pjanti kollha ta’l-art li jingħalfu jew jintużaw bħala materjal ta’l-għalf ta’l-annimali kif ukoll is-sensiela ta’l-għalf akkwatiku. L-istess japplika għall-ħamrija li tista’ tikkontamina l-materjal ta’l-għalf jew li tista’ tiġi inġestita direttament mill-annimali. Barra mill-kontaminazzjoni ta’l-ambjent, tniġġiż dirett aċċidentali tal-materjal ta’l-għalf jista’ jseħħ minħabba l-ħruġ lokalizzat ta’ diossini mill-attivitajiet industrijali, il-kontaminazzjoni ta’ materjal ta’l-għalf matul il-produzzjoni tiegħu, l-ipproċessar u t-trasport, u l-prattiċi illegali jew in-nuqqasijiet amministrattivi matul il-produzzjoni ta’l-għalf.

    (7) Aktar minn 90 % ta’l-espożizzjoni tal-bniedem għad-diossina tiġi mill-affarijiet ta’l-ikel. L-affarijiet ta’l-ikel li ġejjin mill-annimali normalment jikkontribwixxu għal madwar 80 % ta’l-espożizzjoni globali. Il-biċċa l-kbira tad-diossina fl-annimali tiġi l-aktar mill-għalf. Għalhekk l-għalf, u f’xi każijiet il-ħamrija, huma ta’ problema bħala sorsi potenzjali ta’ diossini.

    (8) Is-SCF adottat opinjoni fuq l-Istima tar-Riskju tad-Diossini u l-PCBs bħad-diossina fl-Ikel fit-30 ta’ Mejju 2001. Dan huwa aġġornament ibbażat fuq informazzjoni xjentifika ġdida disponibbli mill-adozzjoni ta’l-opinjoni tas-SCF dwar din l-opinjoni fit-22 ta’ Novembru 2000. Is-SCF iffissat inġestjoni tollerabbli fil-ġimgħa ("TWI") għad-diossini u l-PCBs bħad-diossina ta’ 14 pg WHO-TEQ/kg skond il-piż tal-ġisem. L-istimi ta’l-espożizzjoni juru li proporzjon konsiderevoli tal-popolazzjoni tal-Komunità għandhom inġestjoni fid-dieta tagħhom aktar mid-dħul tollerabbli.

    (9) It-tnaqqis fl-espożizzjoni tal-bniedem għad-diossini permezz tal-konsum ta’l-ikel huwa għalhekk importanti u meħtieġ biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur. Billi l-kontaminazzjoni ta’l-ikel hija relatata direttament mal-kontaminazzjoni ta’l-għalf, metodu integrat għandu jiġi adottat biex titnaqqas l-inċidenza tad-diossina matul is-sensiela ta’l-ikel, i.e. mill-materjal ta’l-għalf għall-annimali li jipproduċu l-ikel sal-bnedmin. L-introduzzjoni ta’ miżuri rigward il-materjal ta’l-għalf u l-affarijiet ta’l-għalf huwa pass kruċjali lejn it-tnaqqis fl-inġestjoni tad-diossina mill-bniedem.

    (10) Il-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta’l-Annimali ("SCAN") ntalab biex jagħti parir fuq is-sorsi tal-kontaminazzjoni ta’l-għalf bid-diossini u l-PCBs, inkluż il-PCBs bħad-diossina, l-espożizzjoni għad-diossini u l-PCBs ta’l-annimali li jipproduċu l-ikel, it-trasferiment ta’ dawn il-komposti għal prodotti ta’l-ikel li ġejjin mill-annimali, u kull impatt fuq is-saħħa ta’l-annimali bid-diossini u l-PCBs li jkunu jinsabu fl-għalf. L-iSCAN adottat opinjoni fis-6 ta’ Novembru 2000. Din identifikat l-ikel magħmul mill-ħut u ż-żejt tal-ħut bħala l-aktar materjali ta’l-għalf ikkontaminati, filwaqt li l-prodotti li jiġu mill-Ewropa jkunu aktar ikkontaminati. Wara dawn ix-xaħam ta’l-annimali nstab li hu l-aktar l-materjal ikkontaminat b’mod serju. Il-materjali l-oħra kollha ta’l-għalf li ġejjin mill-annimali jew mill-pjanti kellhom livelli relattivament baxxi ta’ kontaminazzjoni ta’ diossina. L-għalf oħxon deher li kellu medda wiesgħa ta’ kontaminazzjoni bid-diossina li tiddependi mill-post, l-ammont ta’ kontaminazzjoni bil-ħamrija u l-espożizzjoni tiegħu għas-sorsi tat-tniġġiż ta’l-arja.

    (11) Għandhom jiġu implimentati miżuri bil-għan li titnaqqas il-preżenza u r-rilaxx tal-kontaminazzjoni ta’l-ambjent bid-diossina sabiex jitnaqqas l-impatt tat-tniġġis ta’l-ambjent fuq il-kontaminazzjoni tal-materjal ta’l-għalf. L-iSCAN irrakkomandat, inter alia, li għandha ssir enfasi fuq it-tnaqqis ta’l-impatt ta’l-aktar materjali ta’l-għalf ikkontaminati fuq il-kontaminazzjoni globali tad-dieta.

    (12) Il-livelli massimi tad-diossini u l-PCBs bħad-diossina għandhom ikunu għodda utli biex jipprevenu espożizzjoni għolja b’ammont mhux aċċettabbli ta’l-annimali u biex jipprevenu t-tqassim ta’ għalf b’livell għoli mhux aċċettabbli ta’ kontaminazzjoni, e.g. f’każi ta’ tniġġis u espożizzjoni aċċidentali. Barra minn hekk, li jiġu stabbiliti livelli massimi hija indispensabbli għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll regolatorju u biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi.

    (13) Miżuri bbażati biss fuq it-twaqqif ta’livelli massimi għad-diossina u l-PCBs bħad-diossina fl-għalf ma jkunux effettivi biżżejjed biex titnaqqas l-espożizzjoni tal-bniedem għad-diossini sakemm il-livelli ma jiġux stabbiliti tant baxxi li parti kbira tal-provvista ta’l-għalf ikollha tiġi ddikjarata mhux tajba għall-konsum ta’l-annimali. Huwa ġeneralment rikonoxxut li, sabiex titnaqqas attivament il-preżenza tad-diossini fl-għalf, il-livelli massimi għandhom jiġu msieħba mill-miżuri li jistimulaw metodu attiv, inklużi l-livelli ta’ azzjoni u l-livelli ta’ mira għall-għalf flimkien ma’ miżuri biex jillimitaw l-emissjonijiet. Il-livelli tal-mira jindikaw il-livelli li għandhom jintlaħqu sabiex fl-aħħar l-espożizzjoni umana għall-maġġoranza tal-popolazzjoni titniżżel għall-TWI stabbiliti mill-SCF. Il-livelli ta’ azzjoni huma għodda għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi biex jidentifikaw dawk il-każi fejn ikun approprjat biex jiġi identifikat sors ta’ kontaminazzjoni u biex jittieħdu miżuri biex jitnaqqas jew jiġi eliminat, mhux biss fil-każ li ma titħarisx din id-Direttiva iżda wkoll fejn livelli sinifikanti ta’ diossini il fuq mill-livelli normali jinsabu fl-ambjent. Dan jirriżulta fi tnaqqis bil-mod tal-livelli tad-diossina fl-għalf, u l-livelli ta’ mira fl-aħħar jintlaħqu. Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni fuq din il-kwistjoni għalhekk qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

    (14) Għalkemm, minn punto di vista tossikoloġiku, kwalunkwe livell għandu japplika għad-diossini, għall-furans u għall-PCBs bħad-diossina, għalissa l-livelli massimi huma stabbiliti biss għad-diossini u l-furans u mhux għall-PCBs bħad-diossina, minħabba l-informazzjoni limitata ħafna li hemm disponibbli fuq il-prevalenza ta’ din ta’l-aħħar. Iżda, is-sorveljanza sa tkompli, partikolarment fuq il-preżenza tal-PCBs bħad-diossina bil-ħsieb li dawn is-sostanzi jiġu inklużi fil-livelli massimi.

    (15) Il-kontenut mhux aċċettabbli tad-diossina fl-għalf għandu jiġi stmat minħabba l-livelli ta’ kontaminazzjoni li hemm bħalissa fl-ambjent, li jvarjaw minn materjal ta’l-għalf għall-ieħor. Il-livell massimu għandu jiġi stabbilit, waqt li titqies il-kontaminazzjoni fl-ambjent, bħala livell strett iżda prattiku.

    (16) Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi kollha fis-sensiela ta’l-ikel jew ta’l-għalf ikomplu jagħmlu l-isforzi kollha possibbli u jagħmlu dak li hemm bżonn biex jillimitaw il-preżenza tad-diossini fl-għalf u fl-ikel, il-livelli massimi applikabbli għandhom jiġu riveduti f’perjodu definit bil-ħsieb li jsiru livelli massimi aktar baxxi. Tnaqqis globali ta’ mill-anqas 25 % fl-espożizzjoni tal-bniedem għad-diossini għandha tintlaħaq sal-2006.

    (17) L-għalf u l-materjali ta’l-għalf kompost li ġejjin mill-pjanti normalment ma jkunx fihom livelli għoljin ta’ diossini. Peress li l-materjal ta’l-għalf li ġej mill-pjanti huwa l-aktar komponent kbir fid-dieta ta’ ħafna speċi ta’ annimali, huwa approprjat li jiġi stabbilit livell massimu wkoll għal dawk il-materjali ta’l-għalf. Aktar ma jkun sensittiv il-metodu ta’l-analiżi, aktar jiġi jqum u jieħu żmien l-analiżi biex wieħed jiċċekkja għad-diossina. Peress li huwa importanti li jiġu analizzati kampjuni kemm jista’ jkun, il-livelli massimi proposti huma kemxejn ogħla mill-livelli normali fl-ambjent minħabba li jikkostitwixxu livelli fis-saff ta’ fuq.

    (18) Hija ta’l-akbar importanza li jitnaqqsu l-livelli globali tal-kontaminazzjoni bid-diossina fl-għalf. Huwa għalhekk assolutament meħtieġ li jiġi pprojbit it-taħlit ta’ materjali ta’l-għalf u l-għalf b’konformità mal-livelli massimi billi l-materjal ta’l-għalf/l-għalf jeċċedi dawn il-livelli massimi.

    (19) Id-Direttiva 1999/29/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond il-każ.

    (20) Il-Kumitat Permanenti ta’l-Għalf ma ħariġx b’opinjoni favorevoli. Il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx tadotta d-dispożizzjonijiet li ppjanat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/29/KE,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Direttiva 1999/29/KE qegħdin b’hekk jiġu emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta’ Lulju 2002 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom bla dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2002.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

    Il-metodi li bihom issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    1. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu riveduti għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004 fid-dawl ta’ data ġdida dwar il-preżenza ta’ diossini u ta’ PCBs bħal diossina, partikolarment bl-iskop li l-PCBs bħad-diossini jiddaħħlu fil-livelli li għandhom jiġu stabbiliti.

    2. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu riveduti mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006 bl-iskop li jitnaqqsu b’ammont sinifikanti l-livelli massimi.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Neyts-Uyttebroeck

    [1] ĠU L 115, ta’ l-4.5.1999, p.32

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-Annessi I u II tad-Direttiva 1999/29/KE qed jiġu emendati kif ġej:

    1. L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) fl-iskeda, taħt il-punt

    "B. Prodotti"

    , il-punt 21 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    "Sostanzi, prodotti | Għalf | Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf li jkun fih umdità ta' 12 % |

    (1) | (2) | (3) |

    21.Diossina (polychlorinated) dibenzo-para-dioxins (PCDDs) polychlorinated dibenzo-para-dioxins (PCDDs) flimkien ma' polychlorinated dibenzofurans (PCDFs) espressi bħala ekwivalenti tossiċI ta'l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), billi tintuża il-WHO TEFS (il-fatturi ta'l-ekwivalenza tossika, 1997) PCDD/F | Il-materjali kollha ta'l-għalf ta' oriġini veġetali inkluż iż-żejt veġetali u l-prodotti tiegħu. | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5,6) |

    Il-Minerali | 1,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5,6) |

    Xaħam ta'l-annimali, inkluż ix-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd | 2,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5,6) |

    Prodotti oħra ta'l-annimali inkluż il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib u l-bajd u l-prodotti mill-bajd | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5,6) |

    Iż-żejt tal-ħut | 6 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5,6) |

    Ħut, annimali akkwatiċi oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti li ġejjin minnhom bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħut (7) | 1,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5,6) |

    L-għalf kompost bl-eċċezzjoni ta'l-għalf ta'l-annimali muswafa, l-ikel ta'l-annimali domestiċi u l-għalf tal-ħut | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5,6) |

    L-għalf tal-ħut L-ikel ta'l-annimali domestiċi | 2,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5,6)" |

    (b) fl-aħħar ta’l-Anness I, in-noti ta’qiegħ il-paġna li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    "(5) Il-konċentrazzjonijiet tas-saff ta’ fuq; il-konċentrazzjonijiet tas-saff ta’ fuq jiġu kkalkolati billi wieħed jassumi li l-valuri kollha tad-diversi konġeniti anqas mill-limitu ta’l-identifikazzjoni huma daqs il-limitu ta’l-identifikazzjoni.

    (6) Dawn il-limiti massimi għandhom jiġu riveduti għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 fid-dawl ta’ data ġdida dwar il-preżenza ta’ diossini u PCBs bħal diossina, partikolarment bl-iskop li l-PCBs bħad-diossini jiddaħħlu fil-livelli li għandhom jiġu stabbiliti u jiġu riveduti aktar qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 bl-iskop li jitnaqqsu b’ammont sinifikanti l-livelli massimi.

    (7) Il-ħut frisk imwassal direttament u wżat mingħajr ipproċessar intermedju għall-produzzjoni ta’l-għalf għall-annimali muswafa huma eżentati mil-limitu massimu. Il-prodotti, il-proteini proċessati ta’l-annimali ġejjin minn dawn l-annimali muswafa ma jistgħux jidħlu fis-sensiela ta’l-ikel u l-għalf tagħhom huwa pprojbit li dawn jingħalfu lill-annimali tar-razzett li jinżammu, jissemmnu jew jitrabbew għall-produzzjoni ta’l-ikel."

    2. L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) fl-iskeda, il-punt 4 tal-Parti B għandu jinbidel b’dan li ġej:

    "Sostanzi, prodotti | Għalf | Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf li jkun fih umdità |

    (1) | (2) | (3) |

    4.Diossina (polychlorinated) dibenzo-para-dioxins (PCDDs) flimkien ma' polychlorinated dibenzo-furans (PCDFs) espressi bħala l-ekwivalenti tossiċi ta'l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa billi tintuża l-WHO TEFS (fatturi ta'l-ekwivalenza tossika, 1997. (PCDD/Fs) | Il-materjali kollha ta'l-għalf ta' oriġini veġetali inkluż iż-żejt veġetali u l-prodotti tiegħu. | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (2,3) |

    Minerali | 1,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (2,3) |

    Ix-xaħam ta'l-annimali, inkluż ix-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd | 2,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (2,3) |

    Prodotti oħra ta'l-annimali inkluż il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib u l-bajd u l-prodotti mill-bajd | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (2,3) |

    Żejt tal-ħut | 6 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (2,3) |

    Ħut, annimali akkwatiċi oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti li ġejjin minnhom bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħut (4) | 1,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (2,3) |

    L-għalf kompost bl-eċċezzjoni ta'l-għalf ta'l-annimali muswafa, l-ikel ta'l-annimali domestiċi u l-għalf tal-ħut | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (2,3) |

    Għalf għall-ħut Għalf għall-annimali domestiċi | 2,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (2,3)" |

    (b) fl-aħħar tal-Parti A, in-nota 2 f’qiegħ il-paġna għandha titħassar u tiġi sostitwita bin-noti f’qiegħ il-paġna li ġejjin:

    "(2) Konċentrazzjonijiet tas-saff ta’ fuq; konċentrazzjonijiet tas-saff ta’ fuq jiġu kkalkolati billi wieħed jassumi li l-valuri kollha tad-diversi konġeneri anqas mill-limitu ta’l-identifikazzjoni huma daqs il-limitu ta’l-identifikazzjoni.

    (3) Dawn il-limiti massimi għandhom jiġu riveduti għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 minħabba data ġdida dwar il-preżenza ta’ diossini u PCBs bħal diossina, partikolarment bl-iskop li l-PCBs bħad-diossini jiddaħħlu fil-livelli li għandhom jiġu stabbiliti u għandhom jiġu riveduti aktar qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 bl-iskop li jitnaqqsu b’ammont sinifikanti l-livelli massimi.

    (4) Il-ħut frisk imwassal direttament u wżat mingħajr l-ipproċessar intermedju għall-produzzjoni ta’l-għalf għall-annimali muswafa huma eżentati mil-limitu massimu. Il-prodotti, il-proteini proċessati ta’l-annimali ġejjin minn dawn l-annimali muswafa ma jistgħux jidħlu fis-sensiela ta’l-ikel u huwa pprojbit li dawn jingħalfu lill-annimali tar-razzett li jinżammu, jissemmnu jew jitrabbew għall-produzzjoni ta’l-ikel."

    --------------------------------------------------

    Top