Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0905

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2001 li tapprova l-programm għall-qerda tal-marda Aujeszky ippreżentata mill-Belġju w l-Olanda, li tikkonċerna l-garanziji addizzjonali għall-ħnieżer destinati għat-territorju tal-Belġju u tal-Olanda u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/244/KEE u 2001/618/KE (notifikata taħt id-dokument numru C (2001) 4384)

    ĠU L 335, 19.12.2001, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0185

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/905/oj

    32001D0905



    Official Journal L 335 , 19/12/2001 P. 0022 - 0023


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-18 ta’ Diċembru 2001

    li tapprova l-programm għall-qerda tal-marda Aujeszky ippreżentata mill-Belġju w l-Olanda, li tikkonċerna l-garanziji addizzjonali għall-ħnieżer destinati għat-territorju tal-Belġju u tal-Olanda u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/244/KEE u 2001/618/KE

    (notifikata taħt id-dokument numru C (2001) 4384)

    (2001/905/KE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    B’ referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitta’ Ewropea,

    B’ referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw l-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali bovini u l-ħnieżer [1],kif l-aħħar emendata u aġġornata bid-Direttiva 2000/20/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 9(2) tagħha,

    Peress illi:

    (1) Il-garanziji addizzjonali relatati ma’ l-implementazzjoni tal-Programmi tal-qerda tal-marda Aujeszky applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju tal-ħnieżer, u l-listi tat territorji fl-Istati Membri fejn il-programmi approvati tal-kontroll tal-mard huma fis-seħħ, jinstabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/244/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/746/KE [4], li mill-1 ta’ Lulju 2002 jiġu revokati u sostitwiti bil- provvedimenti tad-Deċiżjoni 2001/618/KE [5], kif emendata bid- Deċiżjoni 2001/746/KE.

    (2) Permezz ta’ l-ittri datati 14 ta’ Settembru 2001 u 18 ta’ Ottubru 2001, rispettivament, il-Belġju u l-Olanda bagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-programm tagħhom ta’kontroll u qerda tal-marda Aujeszky. Il-programmi għandhom Jeqirdu l-marda Aujeszky mit-territorju tal-Belġju u l-Olanda fil-futur.

    (3) Skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 64/432/KEE, il-Kummissjoni eżaminat il-programmi. Il-programmi jisodissfaw il-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 9(1) ta’ l-imsemmija Direttivi u għalhekk jistgħu jiġu approvati.

    (4) Id-Deċiżjonijiet 93/244/KEE u 2001/618/KE għandhom jkunu emendati sabiex jinkludu t-territorji tal-Belġju w tal-Olanda fil-lista tat- territorji tal-Istat Membru jew reġjun tagħha fejn il-programm approvat ta’ kontroll tal-marda huma fis-seħħ, sabiex garanziji addizzjonali ikunu jistgħu jiġu meħtieġa mill-Belġju u l-Olanda, fil-kummerċ intra-Komunitarju tal-ħnieżer.

    (5) L-awtoritajiet tal-Belġju u l-Olanda japplikaw, fil-każ tal-moviment nazzjonali ta’ ħnieżer, regoli għall-inqas ekwivalenti għal dawk provduti mill-garanziji addizzjonali li jinstabu fil-leġislazzjoni Komunitarja.

    (6) Dawn il-garanziji addizzjonali ma jistgħux ikunu meħtieġa,minn Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri li huma meqjusa bħala ħielsa mill-marda Aujeszky.

    (7) Il-miżuri provduti għal din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-programmi preżentati mill-Belġju w l-Olanda għall-qerda tal-mada Aujesky huma approvati.

    Il-garanziji addizzjonali li l-Belġju u l-Olanda jistgħu jeħtieġu fil-kummerċ intra-Komunitarju tal-ħnieżer ikunu dawk ipprovduti fid-Deċiżjoni 93/244/KEE sal-1 ta’ Lulju 2002, u fid-Deċiżjoni 2001/618/KE u l-emendi sussegwenti tagħha, wara dik id-data.

    Artikolu 2

    It-testi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 93/244/KEE u l-Anness II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1ta’ Jannar 2002.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzati lill-Istati Membri.

    Magħmul Brussel, 18 ta’ Diċembru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 1977/64.

    [2] ĠU L 163, ta’ l-4.7.2000, p. 35.

    [3] ĠU L 111, tal-5.5.1993, p. 21.

    [4] ĠU L 278, tat-23.10.2001, p. 41.

    [5] ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 48.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "Stati Membri jew reġjuni tagħha fejn programmi approvati tal-kontroll tal-marda Aujeszky huma fis-seħħ

    Ġermanja: | Il-Lander tal-Niedersachsen, Nordrhein-Westfalen u Bayern. |

    Belġju: | It-territorju kollu. |

    Olanda: | It-territorju kollu." |

    --------------------------------------------------

    Top