EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0873

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Diċembru 2001 li tikkorreġi d-Direttiva 2001/22/KE li tistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għal kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fil-prodotti ta' l-ikel (notifikata permezz tad-dokument numru C(2001) 3913)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 325, 8.12.2001, p. 34–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/873/oj

32001D0873



Official Journal L 325 , 08/12/2001 P. 0034 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-4 ta' Diċembru 2001

li tikkorreġi d-Direttiva 2001/22/KE li tistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għal kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fil-prodotti ta' l-ikel

(notifikata permezz tad-dokument numru C(2001) 3913)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/873/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-introduzzjoni tal-metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għas-sorveljanza ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/22/KE tat-8 ta'Marzu li tistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni għal kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fl-oġġetti ta' l-ikel [2] tistabbilixxi u tarmonizza l-miżuri tekniċi għat-teħid ta' kampjuni u metodi ta' analiżi li għandhom jintużaw għas-sorveljanza tal-kontaminanti involuti.

(2) Fit-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej żball materjali feġġ fid-data ta' meta għandhom jiddaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi mill-Istati Membri sabiex ikunu jaqblu mad-direttiva t'hawn fuq.

(3) Huwa meħtieġ li tiġi kkoreġuta d-Direttiva 2001/22/KE kif xieraq.

(4) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/22/KE "il-5 ta' April 2000" hi mibdula b' "il-5 ta' April 2002".

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 372, tad-31.12.1985, p. 50.

[2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 14.

--------------------------------------------------

Top