Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32001D0867

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE fir-rigward ta’ ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ intra-Komunitarju għat-tjur u l-bajd tat-tfaqqis (innotifikata permezz tad-dokument numru C(2000) 3821)Test b’rilevanza ŻEE

    ĠU L 323, 7.12.2001, p. 29-36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 03 Volum 040 P. 51 - 58

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG)

    Statutul juridic al documentului care nu mai este în vigoare, Data încetării: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/867/oj

    32001D0867



    Official Journal L 323 , 07/12/2001 P. 0029 - 0036


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-3 ta’ Diċembru 2001

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE fir-rigward ta’ ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ intra-Komunitarju għat-tjur u l-bajd tat-tfaqqis

    (innotifikata permezz tad-dokument numru C(2000) 3821)

    (Test b’rilevanza ŻEE)

    (2001/867/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tat-tjur u l-bajd tat-tfaqqis [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/90/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

    Billi:

    (1) Iċ-ċertifikati għall-kummerċ intra-Komunitarju tat-tjur u l-bajd tat-tfaqqis stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE ma fihom l-ebda informazzjoni dwar l-istat tal-vaċċinazzjoni tat-tjur u l-bajd tat-tfaqqis għall-marda Newcastle.

    (2) L-esperjenza miksuba matul l-iskoppjar tal-marda Newcastle ġewwa l-Komunità tissuġġerixxi li l-informazzjoni dwar il-vaċċinazzjoni applikata jew fuq it-tjur infushom jew fuq il-merħliet ommijiet minn fejn ikunu ġew il-flieles ta’ ġurnata jew il-bajd tat-tfaqqis hija ta’ valur speċjali għal investigazzjoni epiżootijoloġika.

    (3) Huwa meħtieġ li jkun assigurat li l-informazzjoni li tikkonċerna l-vaċċinazzjoni kontra l-marda Newcastle tkun inkluża fiċ-ċertifikati tas-saħħa intiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju tat-tjur u l-bajd tat-tfaqqis.

    (4) Id-Direttiva 90/539/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

    (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tjur ħajjin u bajd tat-tfaqqis iċċertifikati sa mill-1 Jannar 2002.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija iindirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Diċembru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.

    [2] ĠU L 201, 9.8.2000, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    L-ANNESS IV

    ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-KUMMERĊ INTRA-KOMUNITARJU

    (Mudelli 1 sa 6)

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Sus