Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0676

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’l-20 ta’Awissu 2001 li temenda d-Deċiżjoni 95/453/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-molluski b’żewġ valvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea (notifikata bid-dokument numru K(2001) 2556)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 236, 5.9.2001, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1664

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/676/oj

    32001D0676



    Official Journal L 236 , 05/09/2001 P. 0018 - 0018


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’l-20 ta’Awissu 2001

    li temenda d-Deċiżjoni 95/453/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-molluski b’żewġ valvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea

    (notifikata bid-dokument numru K(2001) 2556)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2001/676/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-molluski ħajjin b’żewġ valvi [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/453/KE tat-23 t’Ottubru 1995 tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-molluski ħajjin b’żewġ valvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini li ġejjjin mir-Repubblika tal-Korea [3], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 1999/530/KE [4], jgħid li l-Ministeru ta’l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd — Stazzjon Nazzjonali għall-Ispezzjoni tal-Prodotti tal-Ħut (NFPIS) għandu jkun l-awtorità kompetenti fir-Repubblika tal-Korea biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tal-ħut u ta’l-akwakoltura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/492/KEE.

    (2) Wara ristrutturar ta’l-amministrazzjoni Koreana, l-awtorità kompetenti biex toħroġ iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-prodotti tal-ħut (NFPIS) inbidlet għal "Servizz Nazzjonali għall-Ispezzjoni tal-Kwalità tal-Prodotti tal-Ħut (NFPQIS)" u din l-awtorità l-ġdida hija kapaċi biex effettivament tivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ. Huwa, għalhekk, meħtieġ li tiġi mmodifikata n-nominazzjoni ta’l-awtorità kompetenti identifikata mid-Deċiżjoni 95/453/KE.

    (3) Il-miżuri previsti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 95/453/KE qed jinbidel b’dan li ġej:

    "L- Artikolu 1

    Is-Servizz Nazzjonali għall-Ispezzjoni tal-Kwalità tal-Prodotti tal-Ħut (NFPQIS) għandha tkun l-awtorità kompetenti fir-Repubblika tal-Korea biex tivverifika u tiċċertifika li l-molluski b’żewġ valvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/492/KEE."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, l-20 t’Awissu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

    [3] ĠU L 264, tas-7.11.1995, p. 35.

    [4] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 76.

    --------------------------------------------------

    Top