Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0345

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2001 li temenda d-Deċiżjoni 2001/304/KE dwar l-immarkar u l-użu ta’ ċerti prodotti tal-annimali fir-rigward tad-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (innotifikata taħt id-dokument numru Ċ(2001) 1208)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 122, 3.5.2001, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/345/oj

32001D0345



Official Journal L 122 , 03/05/2001 P. 0031 - 0032


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Mejju 2001

li temenda d-Deċiżjoni 2001/304/KE dwar l-immarkar u l-użu ta’ ċerti prodotti tal-annimali fir-rigward tad-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

(innotifikata taħt id-dokument numru Ċ(2001) 1208)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2001/345/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jiġi kompletat is-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ ta’ ġewwa l-Komunità bil-għan li jigi kkompletat is-suq intern [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE, u b’mod partikolari Artikolu 9 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/EKE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-marketing ta’ laħam frisk [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/23/KE [5], u b’mod partikolari Artikolu 6(1)(f) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/EKE tal-21 Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u l-marketing ta’ prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħra li jiġu mill-annimali [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/76/KE [7], u b’mod partikolari Artikolu 3(A)(7), it-tieni inċiż tagħha,

Billi:

(1) Wara r-rapporti tal-feġġa tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit [8], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/318/KE [9].

(2) Id-Deċiżjoni 2001/172/KE tipprojbixxi, bl-eċċezzjoni tal-laħam miksub minn annimali maqtula qabel l-1 ta’ Frar 2001, id-dispaċċ ta’ laħam frisk miksub minn annimali bovini, jew annimali tar-razza tan-ngħaġ, tal-mogħaż u tal-ħnieżer u razez oħra b’żewġ dwiefer li joriġinaw fl-Ingilterra u prodotti tal-laħam minn laħam bħal dan, għajr wara ċertu trattament.

(3) Il-Kummissjoni għalhekk adottat id-Deċiżjoni 2001/304/KE [10] dwar l-immarkar u l-użu ta’ ċerti prodotti ta’ l-annimali fir-rigward tad-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit.

(4) Il-ħtiġiet tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE [11].

(5) Biex ikun hemm ċarezza hemm bżonn ta’ xi emendi żgħar.

(6) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/304/KE huwa emendat kif ġej:

1. Fil-paragrafu 1 il-kelma "laħam" tiddaħħal bejn il-kliem "u" u "proċessat".

2. Il-Ħames u sitt paragrafu huma miżjudin kif ġej:

"5. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, laħam frisk li joriġina minn barra r-Renju Unit u mmaniġġjat skond Artikolu 2(2)(ċ) tad-Deċiżjoni 2001/172/KE jista’ jiġi mmarkat bil-marka tas-saħħa li hemm provdut għaliha fil-Kapitolu XI t’Anness I għad-Direttiva 64/433/KEE u fil-Kapitolu III t’Anness I għad-Direttiva 91/495/KEE rispettivament u mibgħuta mill-Ingilterra skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni 2001/172/KE.

6. Il-laħam frisk li hemm referenza għalih fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jinkludi kapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE li tistabbilixxi l-ħtiġiet għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula Brussel, fit-2 ta’ Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[4] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Direttiva aġġornata bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 69)

[5] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 7.

[6] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Direttiva aġġornata bid-Direttiva 92/5/KEE (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 1).

[7] ĠU L 10, tas-16.1.1998, p. 25.

[8] ĠU L 62, tat-2.3.2001, p. 22.

[9] ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 75.

[10] ĠU L 104, tat-13.4.2001, p. 6.

[11] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10.

--------------------------------------------------

Top