Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0248

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, fuq in-naħa l-oħra.

ĠU L 90, 30.3.2001, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/04/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/248/oj

Related international agreement

32001D0248



Official Journal L 090 , 30/03/2001 P. 0045 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-19 ta' Marzu 2001

li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, fuq in-naħa l-oħra.

(2001/248/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 57(2), l-Artikolu 71, l-Artikolu 80(2), u l-Artikoli 33 u 308 tiegħu, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkonsulta il-Kumitat Ekonomiku u Socjali.

Billi:

Il-Ftehim msemmi f'din id-Deciżjoni għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftheim Qafas dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, fuq in-naħa l-oħra, huwa hawnhekk approvat min-naħa tal-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Rappreżentant mill-Kummissjoni, assistit minn rappreżentanti tà l-Istati Membri, għandu jirrappreżenta l-Komunità fil-Kumitat konġunt previst fl-Artikolu 19(3) tal-Ftehim Qafas.

2. Il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Komunità fil-Kumitat Konjunt meta tagħmel rakomandazzjonijiet għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet korrespondenti tat-Trattat jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 21 tal-Ftehim Qafas.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 19 Marzu 2001.

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. Lindh

[1] ĠU C 188, 28.06.96, p. 11.

[2] ĠU C 104, 14.04.99, p. 59.

--------------------------------------------------

Top