EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0144

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2001 li temenda d-Deċiżjoni Nru 93/195/KEE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja (innotifikata taħt id-dokument bin-numru C(2001) 347)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 53, 23.2.2001, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/144(1)/oj

32001D0144



Official Journal L 053 , 23/02/2001 P. 0023 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta’ Frar 2001

li temenda d-Deċiżjoni Nru 93/195/KEE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja

(innotifikata taħt id-dokument bin-numru C(2001) 347)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/144/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta’ l-ekwidi minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(ii) tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/754/KE [3], id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja huwa ristrett għaż-żwiemel li nżammu anqas minn 30 jum f’pajjiż terz.

(2) Biex isir eħfef għaż-żwiemel li joriġinaw fil-Komunità li jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja tar-Reżistenza ta’ l-Emirati Għarab Magħquda dan il-perjodu taż-żmien għandu jitwal għal ta’ l-anqas 60 jum.

(3) Il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1. Jiżdied is-seba’ inċiż ma’ l-Artikolu 1 kif ġej:

"— ikunu ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja tar-Reżistenza ta’ l-Emirati Għarab Magħquda u jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell iddikjarat fl-Anness VII ma’ din id-Deċiżjoni."

2. L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala l-Anness VII.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-12 ta’ Frar 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[3] ĠU L 303, tat-2.12.2000, p. 34.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

“ANNEX VII

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top