This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0106
2001/106/EC: Commission Decision of 24 January 2001 establishing a model for the lists of units approved by Member States for intra-Community trade in live animals, semen and embryos and the rules applying to the transmission of these lists to the Commission (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2001) 143)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Jannar 2001 li twaqqaf mudell għal-listi ta’ unità approvati mill-Istati Membri għal kummerċ bejn il-Komunità f’annimali ħajjin, semen u embrijoni u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni (notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 143)Test b’relevanza għaż-EEA
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Jannar 2001 li twaqqaf mudell għal-listi ta’ unità approvati mill-Istati Membri għal kummerċ bejn il-Komunità f’annimali ħajjin, semen u embrijoni u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni (notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 143)Test b’relevanza għaż-EEA
ĠU L 39, 9.2.2001, p. 39–42
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 06/12/2007; Imħassar b' 32007D0846
Official Journal L 039 , 09/02/2001 P. 0039 - 0042
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Jannar 2001 li twaqqaf mudell għal-listi ta’ unità approvati mill-Istati Membri għal kummerċ bejn il-Komunità f’annimali ħajjin, semen u embrijoni u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni (notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 143) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2001/106/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Komunità f’annimali bovini u suwini [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/25/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(6) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li twaqqaf il-ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ bejn il-Komunità fi u l-importazzjoni ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina [3], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 fuq il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ bejn il-Komunità fi u importazzjoni minn pajjiżi li mhumiex membri ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina [4], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi li m' humiex membri ta’ equidae [5], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod l-Artikolu 7 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li twaqqaf il-ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ bejn il-Komunità fi u importazzjoni ta’ semen ta’ animali domestiċi ta’ l-ispeċi porċina [6] kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 1999/608/KE [7], l-Artikolu 5(3) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE [8] tat-28 ta’ Jannar 1991 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw il-kummerċ bejn il-Komunità ta’ annimali ovini u kaprini, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 94/953/KE [9], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha, Billi: (1) Kummerċ bejn il-Komunità ta’ annimali bovini, porċini, ovini, karprini u ekwini huwa permess minn ċentri ta’ laqgħat approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jinstabu. (2) Kummerċ bejn il-Komunità ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina u porċina huwa permess minn ċentri approvati mill-awtoritajiet kompeteni ta’ l-Istat Membru fejn jinsabu. (3) Kummerċ bejn il-Komunità ta’ embrijoni u ovuli ta’ l-ispeċi bovina huwa permess jekk ikunu nġabru, ġew proċessati u maħżuna minn gruppi ta’ nies li jiġbru l-embrijoni approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jinsabu. (4) Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista ta’ ċentri ta’ laqgħat, ċentri ta’ ġbir ta’ sperma u t-tim tal-ġbir ta’ l-embrijoni li jkun approvat fit-territorju tiegħu. (5) Huwa meħtieġ li l-mudell ta’ dawn il-listi jkun armonizzat kif ukoll il-mod kif ikunu trasmessi biex jitwaqqaf aċċess sempliċi għal-listi aġġornati għall-Komunità. (6) Il-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-listi ta’ l-unità elenkati fl-Anness I għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni taħt Word 97 (jew preċedenti), Excel 97 (jew preċedenti) jew format pdf fl-indirizz elettroniku li ġej: Inforvet@cec.eu.int. Il-listi għandhom isiru skond il-formati tal-mudell elenkati fl-Anness II. Kull modifikazzjoni tal-format jew bdil fid-destinazzjoni għandu jkun notifikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Veterinarju Permanenti. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Jannar 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. [2] ĠU L 163, ta’ l-4.7.2000, p. 35. [3] ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 1. [4] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1. [5] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. [6] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 62. [7] ĠU L 242, ta’ l-14.9.1999, p. 20. [8] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. [9] ĠU L 371, tal-31.12.1994, p. 14. -------------------------------------------------- L-ANNESS I 1. Ċentri ta’ laqgħat approvati skond l-Artikolu11(1) tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 90/426/KEE u l-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 91/68/KEE. 2. Ċentri ta’ kollezzjoni ta’ sperma approvati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 88/407/KEE u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/429/KEE. 3. Timijiet li jiġbru l-embrijoni approvati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 89/556/KEE. -------------------------------------------------- L-ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------