EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0079

Id-Deċizjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/79(1)/oj

32001D0079



Official Journal L 027 , 30/01/2001 P. 0004 - 0006


Id-Deċizjoni tal-Kunsill

tat-22 ta’ Jannar 2001

li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

(2001/79/PESK)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artikolu 207 tiegħu,

Jfakkru l-Artikolu 25 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1) Fil-qafas ta’ tisħiħ tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u partikolarment il-politika komuni Ewropea fuq is-sigurtà u d-difiża previst fl-Artikolu 17 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret f’Nizza mis-7 sa l’11 ta’ Diċembru 2000 intlaħaq ftehim li jistabbilixxi il-ħolqien tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, iddikjara il-missjoni u l-funzjonijiet li jinkludu dawk tal-President tagħha.

(2) Wara li tfasslu l-oġġettivi mill-Kunsill Ewropew dan il-Kumitat għandu jkun lest biex jibda’ ix-xogħol tiegħu,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa stabbilit Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC) (minn hawn ‘il quddiem msejjaħ "il-Kumitat") kompost mill-Kapijiet tad-Difiża, irrapreżentati mir-rappreżentanti militari, ta’ l-Istati Membri.

Huwa jiltaqa’ fil-livell ta’ Kapijiet tad-Difiża, meta jkun meħtieġ.

Artikolu 2

Il-missjoni u l-funzjoniet tal-Kumitat huma mfissra fl-Anness IV tar-rapport tal-President, approvat mill- Kunsill Ewropew f’Nizza, li huwa rriproċudut fl-Anness ta’din id-Deciżjoni.

Artikolu 3

1. Il-President tal-Kumitat (minn hawn ‘il quddiem msejjaħ "il-President") għandu jiġi maħtur mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat fil-laqgħa tal-livell tal-Kapijiet tad-Difiża.

2. Iż- żmien ta’ kariga tal-President hija għal tliet snin, kemm-il darba il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor. Il-missjoni tiegħu u l-funzjonijiet huma mfissra fl-Anness iżjed ‘l fuq.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tibda’ sseħħ mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(1), din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mid-data li jkun maħtur l-ewwel President, mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni li jistabbilixxi l-Istaff Militari tal-Unjoni Ewropea [1] u fil-prinċipju qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2001.

2. Il-Korp Militari Temporanju stabbilit bid-Deċiżjoni 2000/144/PESK [2] ikompli jeżerċita il-kompiti tiegħu sad-data fejn id-Deciżjoni tapplika.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussell, fit-22 ta’ Jannar 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Lindh

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK (ara’ paġna 7 tal-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/144/PESK ta’ l-14 ta’ Frar 2000 li stabbilixxa il-Korp Militari Temporanju (ĠU L 49, tat-22.2.2000, p. 2).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-KUMITAT MILITARI TAL-UNJONI EWROPEA (EUMC)

1. Daħla

F’Helsinki, il-Kunsill Ewropew iddeċida li jistabbilixxi ġo l-Kunsill, korpi ġodda u permanenti, kemm politiċi kif ukoll militari, biex jawtoriżżaw l-UE tassumi r-responsabilitajiet għall-prevenzjoni tal-konflitt u l-krizijiet tal-kompiti amministrativi kif imfissra fit-trattat tal-UE, il-kompiti ta’ Petersberg.

Kif previst fir-rapport ta’ Ħelsinki, il-Kumitat Militari ta-Unjoni Ewropea (EUMC), "stabbilit ġol-Kunsill", huwa kompost mill-Kapijiet tad-Difiża (CHODs) rappreżentati mir-rappreżentanti militari (Milreps). L’ EUMC jitaqa’ fil-livell ta’ CHODs meta jkun meħtieġ. Dan il-Kumitatat jgħati pariri militari u rakkomandazzjoniet lill-Kumitat tal-Politika u s-Sigurtà (PSC), kif wkoll jipprovdi direzzjoni militari lill-Istaff Militari tal-l-Unjoni Ewropea (EUMS). The President tal-EUMC (CEUMC) jattendi lagħqat tal-Kunsill meta deċiżjoniet b’implikazzjoniet militari jkunu meħudha.

Il-EUMC huwa l-għola korp militari stabbilit fil-Kunsill.

Għal dan il-għan, it-termini ta’ referenza tal-EUMC huma deskritti fil-qosor kif ġejjin:

2. Missjoni

Il-EUMC huwa responsabbli biex jipprovdi il-PSC b’pariri militari u rakkomandazzjonijiet fuq materji militari ġol-UE. Hija teżerċita direzzjoni militari tal-attivitajiet militari kollha fil-qafas tal-UE.

3. Funzjonijiet

Hija l-egħjun ta’ pariri militari ibbażat kuq konsensus.

Hija l-forum ta’ konsultazzjoni u kooperazzjoni militari bejn l-Istati Membri tal-UE fl-oqsma tal-prevenzjoni ta’ konflitt u kriżijiet amministrattivi.

Hija tipprovdi pariri militari u rakkomandazzjonjiet lill-PSC, fuq t-talba ta’ l-aħħar jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, jaġixxu skond ir-regoli mressqin mill-PSC, partikolarment rigward:

- l-izvilupp tal-kunċett totali tal-kriżijiet amministrattivi fl-aspetti militari tagħhom,

- l-aspetti militari relatati mall-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-operazzjonijiet u s-sitwazzjonjiet tal-kriżijiet amministrattivi,

- l-istima tar-riskju ta’ kriżijiet possibbli,

- id-dimensjoni militari ta’ sitwazzjoniet ta’ krizi u l-implikazzjonijiet tagħha, partikolarment matul l-amministrazzjoni sussegwenti tagħha; għal dan il-għan, hija tirċievi n-notifikazzjonjiet miċ-entru tas-Sitwazzjoni,

- l-elaborazzjoni, l-istima u r-revizjoni ta’ għanijiet bi kwalitajiet li jistghu jiġu żviluppati, skond proċeduri miftehma,

- ir-relazzjoni militari tal-UE ma Membri ewropej tan-NATO li mhumiex fl-UE, il-kandidati l-oħra għall-adeżjoni ma’ l-UE, Stati oħra u organizzazzjonijiet oħra, inkluża n-NATO,

- l-istima Finanzjarja biex titħaddem u tiġi eżerċitata.

(a) F’sitwazzjonijiet ta’ kriżijiet amministrattivi

Fuq it-talba ta’ PSC, toħroġ d-Direttiva Inizjali lid-Direttorat Ġenerali ta’ EUMS (DGEUMS) biex ifassal u jippreżenta alternattivi strateġiċi militari.

Jivvalorizza l-għażliet strateġiċi militari żviluppati mill-EUMS u jibgħathom lill-PSC flimkien ma’ l-valutazzjoni u l-pariri militari.

Skond il-bażi ta’ għażla militari mgħażula mill-Kunsill, jawtoriżża id-Direttiva tal-Ippjannar Inizjali għall-Kmandant tal-Operazzjoni.

Ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-EUMS, tipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet lill-PSC:

- skond il-Kunċett ta’ Operazzjoniet (Conops) kif zviluppat mill-Kmandant tal-Operazzjoni,

- fuq l-abbozz tal-Pjan Operazzjonali (OPLAN) kif imfassal mill-Kmandant tal-Operazzjoni.

Hija tagħti parir lill-PSC fuq l-għażla biex tintemm operazzjoni.

(b) Matul operazzjoni

Il-EUMC timmonitorja l-esekuzzjoni xierqa tal-operazzjoniet militari taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Operazzjoni.

Il-membri tal-EUMC jattendu l-laqghat jew huma rrapreżentati fil-Kumitat tal-Kontributuri.

4. President tal-EUMC (CEUMC)

L-EUMC għandha President permanenti li r-responsabbilitajiet huma deskritti hawnhekk iżjed ‘il quddiem.

Il-CEUMC huwa flag-officer ta’ Erba’-stilel mall-ħatra, preferibilment għandha tkun persuna li qabel kienet Kap tad-Difiża tal-Istat Membru tal-UE.

Hu jiġi magħżul mill-CHODs ta’ l-Istati Membri skond il-proċeduri approvati u hu maħtur mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-laqgħa tal-EUMC fil-livell taċ-CHODs.

Iż-żmien ta’ kariga tiegħu huwa fil-prinċipju tliet snin, minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

L-awtorità ġejja mill-EUMC għal min hu responsabbli. Meta taġixxi fil-kapaċità internazzjonali, l-CEUMC tirraprezenta l-EUMC fil-PSC u l-Kunsill, kif xieraq.

Bħala l-President tal-EUMC, hu:

- jippresedi l-laqgħat tal-EUMC fil-livelli tal-Milreps u CHODs,

- huwa il-kelliem ewlieni tal-EUMC u għalhekk:

- jipparteċipa kif xieraq fil-PSC bid-dritt biex jikkontribwixxi għad-diskussjonijiet u jattendi il-laqgħat tal-Kunsill meta jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet b’implikazzjonijiet tad-difiża, u

- jaqdi il-kariga ta’ konsulent militari lil SG/HR fuq materji militari, partikolarment, biex jassigura konsistenza fl-Istruttura tal-Krizijiet Amministrattivi fl-UE,

- imexxi ix-xogħolijiet tal-EUMC imparzjalment u biex juri konsensus,

- jaġixxi f’isem il-EUMC biex jinħarġu direttivi u gwida lill-DGEUMS,

- jaġixxi bħala il-kuntatt prinċipali (POC) mall-Kmandant tal-Operazzjoni matul l-operazzjoniet militari tal-UE,

- jikkollabora mall-Presidenza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xogħol tiegħu.

Il-CEUMC huwa appoġġjat mill-istaff personali tiegħu u megħjun mill-EUMS, speċjalment għal dak li għandu x’jaqsam mall-appoġġ amministrattiv fi ħdan is-Segretariat Ġenerali tal-Kunsill.

Meta jkun assenti, il-CEUMC jissostitwixxi wieħed minn dawn li ġejjien:

- il-DCEUMC permanenti, jekk ikun deċiż biex toħloq u timla’ l-post,

- ir-rappreżentant tal-Presidenza, jew

- id-dekan.

5. Mixxellanji

Ir-relazzjoniet li jkunu stabbiliti bejn l-EUMC u l-awtoritajiet tan-NATO qegħdin imfissrin fid-dokument fuq l-arranġamenti permanenti tal-UE/NATO. Ir-relazzjonijiet bejn l-EUMC u l-membri tan-NATO Ewropej li mhumiex fl-UE u pajjiżi oħra, li huma kandidati għall-adeżjoni fl-UE, huma mfissrin fid-dokument fuq ir-relazzjoniet tal-UE ma’ pajjiżi terzi.

L-EUMC huwa appoġġjat minn grupp ta’ xogħol militari (EUMCWG), mill-EUMS u minn dipartimenti u servizzi, kif xieraq.

--------------------------------------------------

Top