This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R2786
Commission Regulation (EC) No 2786/2000 of 19 December 2000 amending Regulation (EC) No 1623/2000 laying down detailed rules for implementing Regulation (EC) No 1493/1999 on the common organisation of the market in wine with regard to market mechanisms
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2786/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jagħmel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid dwar il-mekkaniżmi tas-suq
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2786/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jagħmel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid dwar il-mekkaniżmi tas-suq
ĠU L 323, 20.12.2000, p. 4–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555
Official Journal L 323 , 20/12/2000 P. 0004 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2786/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jagħmel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid dwar il-mekkaniżmi tas-suq IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju, 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], u partikolarment Artikolu 33 tiegħu, Billi: (1) Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2409/2000 [3], jagħmel regoli għall-applikazzjoni tad-distillazzjoni, kif imsemmi f’Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, u paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu jistabbilixxi d-dati li fihom l-Istati Membri għandhom jibagħtu avviż darbtejn fix-xahar tal-kuntratti magħmula għal dik id-distillazzjoni. Minħabba l-btajjel fi żmien il-Milied f’ċerti Stati Membri, id-data ta’ l-ewwel avviż f’Jannar għandha titressaq lura. (2) L-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 100(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jiffissa ċerti limiti dwar telf ammissibbli ta’ alkoħol fi prodotti distillati mill-inbid matul id-diversi stadji ta’ ħażna u trasport. It-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dak il-paragrafu jagħmlu regoli għall-applikazzjoni waħda ta’ dawk il-limiti. Dawk ir-regoli huma ħżiena u għandhom ikunu emendati. (3) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-sentenza li ġejja hija b’dan miżjuda ma’ Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000: "Iżda f’Jannar dak l-avviż għandu jsir fl-għaxar minflok fil-ħames jum tax-xahar." Artikolu 2 1. It-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 100(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 huwa mibdul b’dan li ġej: "Il-ħames u/jew is-sitt perċentwal jistgħu jingħaddu mat-tieni u t-tielet perċentwal." 2. It-tielet subparagrafu ta’ Artikolu 100(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 huwa mibdul b’dan li ġej: "Is-seba’ u/jew it-tmien perċentwal jistgħu jingħaddu mar-raba’ perċentwal." Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru, 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. [2] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 45. [3] ĠU L 278, tal-31.10.2000, p. 3. --------------------------------------------------