Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2461

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2461/2000 tat-8 ta’ Novembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2138/97 li jiddelimita ż-żoni omoġenji tal-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa

ĠU L 283, 9.11.2000, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2461/oj

32000R2461



Official Journal L 283 , 09/11/2000 P. 0014 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2461/2000

tat-8 ta’ Novembru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2138/97 li jiddelimita ż-żoni omoġenji tal-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 136/66/1999 tat-22 ta’ Settembru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2702/1999 [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta’ Lulju 1984 li jipprovdi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet produtturi taż-żejt taż-żebbuġa [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1639/98 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84 jistabbilixxi li l-produzzjoni taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt għandhom jiġu ffissati skond żoni omoġenji tal-produzzjoni, fuq il-bażi taċ-ċifri pprovduti mill-Istati Membri produtturi.

(2) Iż-żoni tal-produzzjoni huma deżinjati fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2138/97 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2224/2000 [6]. Għal raġunijiet amministrattivi u strutturali, għandhom isiru emendi għaż-żoni omoġenji tal-produzzjoni fil-Greċja għas-sena tas-suq 1999/2000.

(3) Il-miżuri pprovduti għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-punt Ċ ta’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2138/97 huwa emendat kif ġej:

f’isem in-nomos"Ηρακλείου":

- il-komuni ta’ "Kασσάνων", "Νιπηδητού" u "Παναγιάς" huma mħassra miż-żona 3,

- il-komuni ta’ "Aφρατίου", "Εμπάρου", "Καραβάδου", "Μάρθας", "Μηλιαράδου" u "Ξενιάκου" huma mħassra miż-żona 4,

- tiġi maħluqa żona ġdida magħrufa bħala "ż-żona 10", li fiha jinsabu l-komuni ta’ "Αφρατίου", "Εμπάρου", "Καραβάδου", "Κασσάνων", "Μάρθας", "Μηλιαράδου", "Νιπηδητού", "Ξενιάκου" u "Παναγιάς"

- il-komun ta’ "Προφήτη Ηλία" jiġi mċaqlaq miż-żona 9 għaż-żona 2.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 7.

[3] ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 3.

[4] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 38.

[5] ĠU L 297, tal-31.10.1997, p. 3.

[6] ĠU L 253, tas-7.10.2000, p. 16.

--------------------------------------------------

Top