EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2263

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2263/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq formaturi tal-kulur iswed importati li joriġinaw fil-Ġappun

ĠU L 259, 13.10.2000, p. 1–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/10/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2263/oj

32000R2263



Official Journal L 259 , 13/10/2000 P. 0001 - 0023


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2263/2000

tad-9 ta' Ottubru 2000

li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq formaturi tal-kulur iswed importati li joriġinaw fil-Ġappun

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importzzjoni li hi l-oġġett ta' dumping importati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1], u speċjalment l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Pariri,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Bidu

(1) Fl-24 ta' Lulju 1999, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' żewġ notifiki (in-"notifiki tal-bidu") ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [2] il-bidu ta' żewġ proċeduri kontra l-bejgħ bit-telf in konnessjoni ma' oġġetti impurtati fil-Komunità ta', rispettivament, Żebgħa Waħda Sewda 1 ("ODB-1") u Żebgħa Waħda Sewda 2 ("ODB-2") li joriġinaw mill-Ġappun.

(2) Il-proċeduri nbdew wara żewġ ilmenti magħmula f'Ġunju ta' l-1999 mis-CEFIC (Kunsill Ewropew ta' l-Industrija Kimika) f'isem Ciba Specialty Chemicals plc, li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha tal-Komunità ta' ODB-1 u ODB-2 rispettivament, żewġ furmaturi tal-kulur suwed. L-ilmenti kellhom xhieda ta' bejgħ bit-telf tal-prodotti msemmija u ta' ħsara materjali li ħarġet minnu, li hija kkunsidrata biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-proċeduri.

2. Investigazzjoni

(3) Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-produttur tal-Komunità li lmenta u lill-għaqda li tirrappreżentah fil-Komunità, l-esportaturi, il-produtturi, l-importaturi, u l-utenti magħrufa bħala li għandhom x'jaqsmu u r-rappreżentanti tal-pajjiż li qed jesporta konċernat bil-bidu tal-proċeduri. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien imsemmi fin-notifiki tal-bidu.

(4) Produttur wieħed li jesporta fil-pajjiż konċernat, kif ukoll il-produttur tal-Komunità, għarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu dan fil-limitu taż-żmien imniżżel u li indikaw li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(5) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet magħrufa li huma interessati u lill-partijiet l-oħra kollha li introduċew rwieħhom fil-limiti taż-żmien imniżżla fin-notifki tal-bidu. Waslu risposti mill-uniku produttur tal-Komunità, sitt utenti tal-ODB-1 u/jew ODB-2, grupp ta' impurtaturi konnessi ma' esportatur Ġappuniż u żewġ kumpaniji li jinsabu fil-Ġappun.

(6) L-ebda wieħed mill-produtturi li jesportaw ma ikkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, u skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ir-"Regolament bażiku"), ittieħdu deċiżjonijiet fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Fin-nuqqas ta' risposta kif tmiss u b'mod konformi ma' l-Artikolu 16(1) tar-Regolament bażiku, ma sarux żjarat ta' verifika fil-fond ta' ebda produttur li jesporta jew importaturi konnessi.

(7) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha meħtieġa bl-iskop li tistabbilixxi l-ħsara u l-interess tal-Komunità. Saru żjarat ta' verifika fil-fond tal-kumpanniji li ġejjin:

(a) Il-produttur tal-Komunità

- Ciba Specialty Chemicals plc, Macclesfield (ir-Renju Unit)

(b) L-utenti fil-Komunità

- Jujo Thermal Ltd, Eura (il-Finlandja)

- Torraspapel SA, Barcelona (Spanja)

- Zanders Feinpapiere AG, Bergisch Gladbach (il-Ġermanja).

(8) L-investigazzjoni dwar il-bejgħ bit-telf u l-ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta' Lulju 1998 sat-30 ta' Ġunju 1999 ("perijodu ta' l-investigazzjoni" jew "PI"). L-eżami tat-tendenzi rilevanti biex tiġi stabbilita l-ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta' Jannar 1996 sat-tmiem tal-perijodu ta' l-investigazzjoni ("perijodu kkunsidrat").

3. Kjarifikazzjoni/estensjoni ta' l-intenzjoni tal-prodott

(9) Waqt l-investigazzjonijiet preliminari nstab li kien hemm furmaturi tal-kulur suwed oħra barra l-ODB-1 u l-ODB-2 li kienu jidħru li jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi kimiċi u fiżiċi u li kienu jidhru li f'xi partijiet jikkoinċidu fl-użu tagħhom (jiġifieri karta tal-kisi biex tintuża bħala karta ta' l-ikkupjar mingħajr karbonju ("karta mingħajr karbonju") jew karta għall-applikazzjonijiet ta' xbihat termali ("karta termika")).

(10) Għalhekk, wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Kontra l-Bejgħ bit-Telf, il-Kummissjoni dehrilha li kien meħtieġ li tippubblika fl-1 ta' April 2000, avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3] dwar l-iskop tal-prodott tal-proċeduri kontra d-dumping, biex tkopri l-furmaturi tal-kulur suwed kollha li jintużaw għall-applikazzjonijiet ta' kisi tal-karti ("furmaturi tal-kulur suwed"), biex tkompli tinvestiga l-kwistjoni.

(11) Il-produttur tal-Komunità li lmenta u l-għaqda li tirrappreżentah, l-esportaturi, il-produtturi, l-importaturi, l-utenti magħrufa li huma interessati kif ukoll ir-rappreżentanti tal-pajjiż li qed jesporta ġew mgħarrfa uffiċjalment bil-kjarifika/estensjoni ta' l-intenzjoni tal-prodott tal-proċeduri. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħarrfu bil-miktub il-fehmiet tagħhom u li jitobu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien imniżżel fl-avviż.

(12) Il-Kummissjoni bagħtet aktar kwestjonarji lill-partijiet kollha li huma magħrufa li huma interessati u lill-partijiet l-oħra kollha li introduċew rwieħhom fil-limitu taż-żmien imniżżel fl-avviż. Waslu tweġibiet għal dawn il-kwestjonarji mill-uniku produttur tal-Komunità, importatur wieħed konness ma' esportatur, tliet kumpaniji Ġappuniżi u sitt utenti ta' formaturi tal-kulur suwed.

(13) Għal darb'oħra f'dan l-istadju, ebda wieħed mill-produtturi Ġappuniżi li jesportaw ma kkoopera fl-investigazjoni. Għalhekk, skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, ittieħdu deċiżjonijiet fuq il-bażi tal-fatti disponibbli għall-Ġappun kollu u ma sarux żjarat ta' verifika fil-fondi tal-produtturi li jesportaw jew importaturi konnessi b'mod konformi ma' l-Artikolu 16(1) tar-Regolament bażiku.

(14) Barra minn hekk il-Kummissjoni fittxet u vverifikat kull tagħrif li dehrilha meħtieġ għall-iskop li tistabbilixxi l-ħsara u l-interess tal-Komunità, inkluż dak li tagħmel żjara ta' verifika fil-fond ta' l-utenti fil-Komunità li ġejjin:

- Papierfabrik August Koehler AG, Oberkirch (il-Ġermanja).

(15) Parti waħda interessata argumentat li l-proċeduri ma setgħux jiġu mwessgħa biex jinkludu l-formaturi tal-kulur suwed kollha li joriġinaw fil-Ġappun għax kienu ddaħħlu kwereli dwar l-ODB-1 u l-ODB-2 biss mingħajr ma ssemmew formaturi tal-kulur oħra għalkemm l-industrija tal-Komunità ma setgħetx ma tkunx taf li jeżistu.

(16) Id-definizzjoni ta' l-iskop tal-prodott ta' proċedura kontra l-bejgħ bit-telf mhix prerogattiva ta' min qed jilmenta. Pjuttost, il-prodott għandu jiġi definit b'mod konformi mal-liġi li tapplika, kif tinsab fil-prattika tal-Kummissjoni u tal-Kunsill u kkonfermata bid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Fil-każ preżenti, kienu ntbagħtu lmenti rispettivament għall-ODB-1 u l-ODB-2 li joriġinaw fil-Ġappun, li taw xiehda prima facie tal-bejgħ bit-telf u l-ħsara lill-industrija tal-Komunità li ġiet minnu. Iżda, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjonijiet, li nbdew fuq il-bażi ta' dawn il-kwereli, wriet li ż-żewġ proċeduri għandhom jingħaqdu f'waħda u l-intenzjoni tal-prodott tal-proċedura waħdanija li toħroġ minnhom titwessa' biex tinkludi l-furmaturi tal-kulur suwed kollha li jintużaw għall-applikazzjonijiet tal-kisi tal-karta. Dan kien minħabba l-fatt li l-furmaturi tal-kulur suwed kollha dehru li kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi u jikkoinċidu f'xi partijiet ta' l-użu tagħhom. Barra minn hekk, ix-xiehda prima facie dwar il-bejgħ bit-telf u l-ħsara li toħroġ minnu li tinstab fil-kwereli oriġinali u konnessa ma' żewġ tipi biss ta' furmaturi tal-kulur suwed tqieset rappreżentattiva biżżejjed tal-furmaturi tal-kulur suwed kollha, minħabba s-sehem mdaqqas tas-suq tal-Komunità miżmum b'dawn iż-żewġ tipi. Dwar is-smigħ xieraq, id-drittijiet tal-partijiet interessati ġew rispettati minħabba li ġew mgħarrfa permess ta' avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u kellhom l-opportunitajiet kollha li jsiru magħrufa u li jipprovdu kummenti jew jitolbu li jinstemgħu.

B. IL-PRODOTT

1. Ġenerali

(17) Il-furmaturi tal-kulur suwed jiffurmaw grupp speċifiku ta' formaturi tal-kulur flworan li, meta jintużaw biex jiksu karta għall-produzzjoni ta' karta mingħajr karbonju jew karta termika jiġġeneraw bil-proprjetajiet tagħhom stess xbieha fuq il-karta mingħajr il-ħtieġa li jitħalltu ma' furmaturi tal-kulur oħra.

(18) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-partijiet kollha, jeżistu tipi differenti ta' furamturi tal-kulur suwed, bħall-Iswed 15, Iswed 100, Iswed 303, Iswed 305, Iswed 500, CF 51, ETAC, Iswed Fuji, ODB-1, ODB-2, ODB-7, PSD 150, PSD 184, PSD 300A, S-205 u TH 107. Din il-lista tat-tipi tal-prodott ma tinkludix it-tipi kollha billi tipi ġodda tal-prodott joħorġu fis-suq regolarment. Iżda, wieħed għandu jinnota li t-tipi ewlenin li jirrapreżentaw 'il fuq minn 90 % tal-konsum kollu tal-Komunità fl-IP huma l-ODB-1, ODB-2, Iswed 15 u S-205.

(19) L-investigazzjoni wriet li l-furmaturi tal-kulur suwed kollha għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi, i.e. l-istess molekula bażika (C26H16N2O3). Il-molekula bażika tiġi mill-kondensament ta' aċidu tat-tip tal-benżofenone keto mibdul b'difenilamin. Il-prodott ftalide li joħroġ minnu mbagħad jinħasel, jiġi iżolat u purifikat. Maġemb il-molekula bażika, sostitwenti differenti jitwaħħlu mas-sistema ta' ċrieki (R1-R5). Ir-reazzjoni tal-furmatur tal-kulur titqiegħed fuq il-karta permezz ta' molekula kimika, f'reazzjoni fejn, l-applikazzjoni tas-sħana jew pressjoni tiftaħ iċ-ċirku fil-molekula bażika. Dan iħalli karika pożittiva residwa li titneħħa mill-post madwar is-sistema taċ-ċirku. L-enerġija li hemm bżonn biex tippermetti din it-tneħħija mill-post hija assorbita minn radjazzjoni inċidentali viżibbli li tagħti lill-kompost il-kulur iswed tiegħu. F'dan ir-rigward, in-natura tar-reazzjoni tal-furmatur tal-kulur ma' tiġix affettwata mis-sostitwenti fuq is-sistema taċ-ċrieki. Dawn is-sostiwenti jistgħu jwasslu għall- varjetà ta' differenzi minuri u proprjetajiet speċifiċi tal-prodott finali tal-karta (bjuda fl-isfond, reżistenza għal bidliet fit-temperatura, stabbilità tax-xbieha).

(20) Barra dan, il-furmaturi tal-kulur suwed kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi, billi huma trab ġieri abjad jew ta' kulur ċar.

(21) Fl-aħħarnett, il-furmaturi tal-kulur suwed kollha għandhom l-istess użu bażiku. Il-furmaturi tal-kulur suwed jintużaw biex jipproduċu karta mingħajr karbonju w/jew karta termika. Biex jiksu l-karta l-furamturi tal-kulur suwed jitħalltu ma' kimiċi oħra f'"riċetta" li hija speċjali għal kull produttur tal-karta u tvarja skond kull tip ta' furmatur tal-kulur użat. L-informazzjoni mogħtija mill-utenti li kkooperaw turi li hemm tibdil kbir bejniethom tat-tipi differenti ta' furmaturi tal-kulur suwed li jipproduċu karta mingħajr karbonju u/jew karta termika. Barra minn hekk, l-utenti bidlu wkoll furmaturi tal-kulur suwed fi żmien qasir biex fl-aħħar jipproduċu l-istess prodott ta' karta.

2. Il-prodott li qed jiġi kkunsidrat

(22) Il-prodott li qed jiġi kkunsidrat huwa furmaturi tal-kulur suwed li joriġinaw fil-Ġappun. Kif tfisser aktar 'il fuq, it-tipi kollha tal-prodott konċernat jaqsmu bejniethom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi u jikkoinċidu f'xi partijiet ta' l-użu tagħhom biex jiksu l-karta biex jipproduċu karta mingħajr karbonju u/jew karta termika. Għalhekk, għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed għall-iskop ta' l-investigazzjoni, i.e. il-prodott li qed jiġi kkunsidrat.

(23) Parti waħda interessata argumentat li l-ODB-1/ODB-2 u s-S-205 m'għandhomx l-istess karatteristiċi kimiċi. Ġie argumentat li s-sostitwenti R1 u R2 huma differenti bejn l-ODB-1/ODB-2 u s-S-205 u li dan ibiddel b'mod sinifikattiv il-karatteristiċi tal-S-205 meta mqabbel mal-ODB-1/ODB-2. Wieħed għandu jinnota li din il-parti ma speċifikatx għal liema karatteristiċi kienet qiegħda tgħid.

(24) L-investigazzjoni wriet li l-S-205 u l-DB-1/ODB-2 għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi kimiċi, i.e. l-istess molekula bażika (ara l-preambolu 19) u jiġġeneraw mingħajr ma jkollhom jitħalltu ma' furmaturi tal-kulur oħra xbieha sewda fuq il-karta miksija. Għal dawk li huma l-karatteristiċi speċifiċi mogħtija mis-sostitwenti differenti R1 u R2, wieħed għandu jinnota li xi utenti nstabu jipproduċu l-istess prodott ta' karta bl-użu mingħajr differenza tal-ODB-1/ODB-2 jew l-S-205, u għalhekk jagħtu x'wieħed jaħseb li l-karatterisitiċi differenti mogħtija fuq il-karta bl-użu ta' tipi differenti ta' furmaturi tal-kulur suwed, jekk jeżistu, huma għall-biċċa l-kbira ta' importanza żgħira. Barra minn hekk, parti oħra interessata waqt li ddikjarat li kull tip ta' furmatur tal-kulur iswed jkunu jinsabu fih karatterisitiċi oħra żejda b'dana kollu ma qajmet ebda kwistjoni dwar il-fatt li l-karatteristiċi bażiċi kimiċi huma l-istess.

(25) Għal dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil ta' wieħed ma' l-ieħor, l-istess parti interessata ddikjarat li l-ODB-1 ġeneralment ma jintużax għall-produzzjoni ta' karta termika.

(26) Iżda, l-investigazzjoni wriet li għallanqas żewġ utenti fil-Komunità jużaw l-ODB-1 għall-produzzjoni ta' karta termika. L-istess utent iddikjara wkoll li fil-produzzjoni ta' karta mingħajr karbonju, l-ODB-1, ODB-2 u l-S-205 jistgħu jinbidlu ma' xulxin. Barra minn hekk, utent wieħed qaleb mill-ODB-1 għall-ODB-2 fl-1998 u mbagħad lura għall-Iswed 15 fl-IP għall-produzzjoni ta' karta mingħajr karbonju.

(27) L-istess parti interessata argumentat ukoll li l-karta termika tista' tiġi prodotta fuq il-bażi tal-ODB-2 jew l-S-205. Iżda, il-karatterisitiċi u l-kwalità tal-prodott lesti varja. Ġie ddikjarat ukoll li għall-konsumaturi ta' l-aħħar, il-prodotti tal-karta fabbrikati bl-użu tal-S-205 ma setgħux jinbidlu ma' karta fabbrikata b'tipi oħra ta' furmaturi tal-kulur suwed, li, allegaw, li kienu ta' kwalità aktar baxxa, anqas reżistenti għaż-żmien u jipprovdu stampar anqas stabbli.

(28) Minħabba fil-fatt li għallanqas sitt utenti qed jipproduċu karta termika li jużaw furmaturi tal-kulur suwed oħra li m'humiex l-S-205 u li fil-produzzjoni tal-karta termika hemm prodotti standard bħall-karta tal-faks, dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Barra minn hekk, wieħed produttur li jesporta u l-importatur konness miegħu ddikjaraw li jekk il-prezz tal-ODB-2 kellu jogħla, issir bidla mill-ODB-2 għall-S-205 u li l-S-205 sata jinbidel ma' l-ODB-2.

(29) Żewġ partijiet interessati argumentaw li bidla fil-furmatur tal-kulur iswed tinħtieġ li l-utenti jagħmlu bidla fit-teknoloġija użata, speċjalment bidla fir-riċetta jew formulazzjoni. Għalhekk, irraġunaw li ma kienx possibli li taqleb minnufih it-tipi ta' furmatur tal-kulur iswed mingħajr spejjez sinifikattiv ta' metodi ta' teknika u ekonomiċi. Għalhekk irraġunaw li kull tip ta' furmatur tal-kulur iswed kien prodott wieħed għal rasu.

(30) Wieħed għandu jinnota li l-ideja ta' l-istess użu finali jew wieħed bħalu tal-prodott li jaqa' taħt il-proċedura mhux bil-fors tfisser li kull utent għandu jkun jista jaqleb mill-użu ta' tip wieħed tal-prodott konċernat għal ieħor mingħajr ma' jagħmel xi adattamenti. F'dan il-każ jidher ċar li l-bidla tat-tip ta' furmatur tal-kulur iswed tfisser bidla fir-riċetta. Iżda, wieħed għandu jinnota li l-ħtieġa li tinbidel ir-riċetta ma tfissirx deterrent ekonomiku jew tekniku fil-metodu tat-teknika għall-bidla, skond ix-xiehda ta' bidliet minn tip għall-ieħor li saru fil-passat mill-utenti. Ġara x'ġara, l-utenti nnifishom urew li l-linja tal-produzzjoni, il-proċedura tal-produzzjoni u t-tagħrif ma jkunx hemm għalfejn jinbidlu sostanzjalment meta jinbidlu t-tipi ta' furmaturi tal-kulur suwed.

(31) Minħabba dak li ntqal aktar 'il fuq, ntlaħqet il-konklużjoni li t-tipi kollha ta' furmaturi tal-kulur suwed li joriġinaw fil-Ġappun għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed, i.e. il-prodott li qed jiġi kunsidrat.

3. Prodott li jixbhu

(32) Nstab li l-prodott li qed jiġi kkunsidrat u l-furmaturi tal-kulur suwed fabbrikati u mibjugħa fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità (kif definita fil-preambolu 61) għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi u l-istess użi bħal dawk li joriġinaw fil-Ġappun u esportati lejn il-Komunità. L-istess instab fil-każ tal-furmaturi tal-kulur suwed prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tal-Ġappun, li huma l-istess bħall-prodott li qed jiġi kunsidrat.

(33) Ġie argmentat li billi l-industrija tal-Komunità tipproduċi biss żewġ tipi ta' furmaturi tal-kulur suwed i.e. l-ODB-1 u l-ODB-2, il-prodott li qed jiġi kunsidrat għandu jiġi limitat għal dawk it-tipi prodotti mill-industrija tal-Komunità biss.

(34) L-ewwelnett għandu jiġi nnutat, li fil-proċeduri ta' kontra l-bejgħ bit-telf, il-prodott li jkun qed jiġi kkunsidrat u prodott bħalu huma definiti b'riferenza għall-karatteristiċi bażiċi fiżiċi u/jew ta' metodi ta' teknika u l-użu bażiku tagħhom. Ladarba l-prodott li jkun qed jiġi kunsidrat jiġi definit, i.e. il-prodott esportat mill-Ġappun, għandu jiġi mistħarreġ jekk il-prodott prodott u mibjugħ fil-pajjiż, u l-prodott prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità humiex prodotti l-istess bħall-prodott li qed jiġi kunsidrat. F'dan ir-rigward, il-fatt li xi tip ta' prodott mhux prodott fil-Komunità mhux rilevanti.

(35) Barra minn hekk, limitazzjoni ta' dak li jidħol taħt il-prodott u eventwalment tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf għat-tipi biss prodotti mill-industrija tal-Komunità fil-każ preżenti, jinjora l-fatt li l-imġiba ta' l-esportaturi tat-tipi li mhumiex prodotti fil-Komunità jinfluwenzaw l-industrija tal-Komunità minħabba li l-prodotti ta' kull wieħed minnhom huma jixxieħbu. Tabilħaqq, limitazzjoni ta' din ix-xorta jista' fl-aħħar minn l-aħħar iwassal lill-utenti li jaqilbu għal dawk it-tipi ta' furmaturi tal-kulur li ma jaqgħux taħt l-investigazzjoni, u għalhekk jagħmlu l-miżura ta' kontra l-bejgħ bit-telf mhux effiċjenti. L-utenti kkwotaw differenzi fil-prezz ta' bejn 5 % u 15 % bħala biżżejjed biex iħajruhom jaqilbu t-tip ta' furmatur tal-kulur iswed.

(36) Għalhekk intlaħqet il-konklużjoni li l-furmaturi tal-kulur suwed prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u dawk mibjugħa fis-suq domestiku tal-Ġappun huma prodotti l-istess bħall-prodott li qed jiġi kkunsidrat skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(37) Minħabba l-konklużjoni li l-furmaturi tal-kulur suwed kollha huma prodott wiehed waħdu, l-proċeduri oriġinali li jirrigwardaw l-ODB-1 u l-ODB-2 rispettivament huma mgħaqqda u huwa kkonfermat li l-iskop tal-prodott tal-proċedura li ħarġet minnu tinkludi l-furmaturi tal-kulur suwed kollha. Għalhekk inbdiet analiżi waħda tal-bejgħ bit-telf u l-ħsara li toħroġ minnu kif ukoll ta' l-interess tal-Komunità.

Ċ. DUMPING

1. Kooperazzjoni

(38) Il-kwereli jdentifikaw tliet produtturi Ġappuniżi ta' l-ODB-1 u l-ODB-2. Fl-investigazzjonijiet preliminari ġiet identifikata r-raba' kumpanija bħala waħda li tesporta l-S-205. Ebda waħda minn dawn l-erba kumpaniji ma kkooperat fl-investigazzjoni.

(39) Nippon Soda Co. Ltd iddikjarat, mal-bidu u wara t-tiġdid/kjarifikazzjoni ta' l-iskop tal-prodott li ma kenitx sejra twieġeb il-kwestjonarji.

(40) Hodogaya Chemical Co. Ltd ("Hodogaya") ikkompletat kemm il-kwistjonarju għall-produtturi/esportaturi ta' l-ODB-1 u ODB-2 kif ukoll il-kwistjonarju għall-produtturi/esportaturi tal-furmaturi tal-kulur suwed. Iżda l-informazzjoni mogħtija ma ppermettitx li jsiru deċiżjonijiet individwali b'konnessjoni ma' din il-kumpanija. Hodogaya ġiet mgħarrfa b'din il-kwistjoni u ma qajmet ebda kumment.

(41) Yamamoto Chemicals Inc. ("Yamamoto") ma weġbitx il-parti ewlenija tal-kwestjonarji maħsuba għall-produtturi/esportaturi ta' l-ODB-1 u ODB-2. Waslu biss tweġibiet għall-parti tal-kwestjonarji mmarkati "kwestjonarju maħsub għall-kumpaniji konnessi li huma involuti fil-bejgħ tal-prodott konċernat" minn grupp ta' kumpaniji li jinnegozjaw (il-"Mitsui grupp") [4]. Tabilħaqq, Yamamoto iddikjarat li l-bejgħ kollu fis-suq tal-Komunità kien mħaddem mill-grupp Mitsui u ppretendew biss li tintlaħaq deċiżjoni individwali b'konnessjoni mal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni u l-marġini tal-ħsara. Bi tweġiba għall-kwestjonarju dwar il-furmaturi tal-kulur suwed, Yamamoto ppreżentat biss sottomissjoni supplementari dwar il-ħsara u l-interess tal-Komunità. Minħabba dan li ntqal aktar 'il fuq, ma setgħet tintlaħaq ebda deċiżjoni dwar il-bejgħ bit-telf għal din il-kumpanija.

(42) Yamada Chemical Co. Ltd ("Yamada") u l-kumpanija konnessa magħha Fukui Yamada Chemical Co. Ltd ("Fukui Yamada") taw fil-fatt tweġibiet inkompleti għall-kwestjonarju tal-produtturi/esportaturi tal-furmaturi tal-kulur suwed. Il-kumpaniji ġew infurmati f'waqtu u ngħataw l-opportunità li jipprovdu aktar spjegazzjonijiet b'mod konformi ma' l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. Il-kumpaniji ġew infurmati li, fin-nuqqas ta' tweġiba sodisfaċenti, l-informazzjoni mogħtija ma kenitx biżżejjed biex tintlaħaq deċiżjoni individwali. Speċjalmient, l-istruttura korporattiva ta' dawn il-kumpaniji ma setgħetx tiġi aċċertata billi l-kumpaniji aċċettaw l-iżvelar ta' l-identità ta' wieħed biss minn dawk li kellhom l-ishma; ma ngħatat ebda informazzjoni dwar il-proċess tal-produzzjoni u l-prezz tal-produzzjoni; ġie rrifjutat lill-Kummissjoni aċċess għall-kontijiet riveduti u għal xi rendikont finanzjarju ieħor minħabba s-sigrieti kummerċjali tal-kumpanija. Fit-13 u s-17 ta' Lulju 2000, aktar minn xahrejn wara d-data ta'l-għeluq biex jitwieġeb il-kwestjonarju, Yamada/Fukui Yamada tat informazzjoni dwar in-nefqa tal-produzzjoni tal-S-205 u r-rendikont tagħhom għal tliet snin finanzjarji. Dawn is-sottomissjonijiet, li saru wara sew ta' kull limitu taż-żmien ordnat, ma setgħux ibiddlu l-istima legali li dawn il-kumpaniji ma kenux qed jikkooperaw fl-investigazzjoni. Is-sottomissjonijiet daqstant ma setgħux jintużaw bħala informazzjoni disponibbli skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku billi waslu fi stadju avanzat ta' l-investigazzjoni u ma setgħux jingħataw raġonevolment il-kunsiderazzjoni mistħoqqa.

(43) Ebda produttur ieħor li jesporta l-prodott konċernat m'għamel lilu nnifsu magħruf lill-Komunità fil-limiti taż-żmien rilevanti.

(44) Fis-17 u t-18 ta' Lulju 2000, esportatur Ġappuniż, Nagase & Co. Ltd, għall-ewwel darba għamel żewġ sottomissjonijiet. Iżda, dawn is-sottomissjonijiet, magħmula sew wara l-limitu ta' żmien mogħti, ma setgħux ipattu għan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-kumpanija fil-bidu. Lanqas ma setgħet il-kooperazzjoni tal-kumpanija fil-Ġermanja konnessa magħha, li għamlet lilha nnifisha magħrufa u ikkooperat fl-investigazzjoni bħala impurtatur indipendenti. Is-sottomissjonijiet tan-Nagase & Co. Ltd ma setgħux daqstant jintużaw bħala informazzjoni disponibbli skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku billi waslu fi stadju avanzat ta' l-investigazzjoni u ma setgħux jingħataw raġonevolment il-kunsiderazzjoni mistħoqqa.

(45) Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi li jesportaw, id-deċiżjonijiet dwar il-bejgħ bit-telf saru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli għall-Ġappun kollu skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Skond l-informazzjoni disponibbli, il-biċċa l-kbira sew tal-furmaturi tal-kulur suwed importati li joriġinaw fil-Ġappun tikkonsisti f'ODB-1, ODB-2 u S-205. Għalhekk inġibdet il-konklużjoni li kull deċiżjoni dwar bejgħ bit-telf ibbażata fuq dawn it-tliet tipi ta' prodott tkun raġonevolment rappreżentattiv tal-prodotti impurtati konċernati.

2. Valur normali

(46) Rigward l-ODB-1 u l-ODB-2, minħabba n-nuqqas ta' kull kooperazzjoni, il-kwereli kienu l-uniku għajn ta' informazzjoni disponibbli. Il-kwereli stmaw il-valuri normali fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi. It-tweġibiet inkompleti tal-kwestjonarju ma kellhomx ebda informazzjoni dwar bejgħ domestiku jew prezzijiet tal-produzzjoni.

(47) Rigward l-S-205, l-unika informazzjoni disponibbli kienet it-tweġiba għall-kwestjonarju mogħtija mill-Yamada/Fukui Yamada. Dan il-bejgħ domestiku ġie kunsidrat rappreżentattiv għaliex kien responsabbli għal aktar minn 5 % tal-volum tal-bejgħ lill-Komunità. Fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar in-nefqa tal-produzzjoni tal-205, dan ta' l-aħħar ġie stmat fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fil-kwereli rigward l-ODB-1 u l-ODB-2. Fuq din il-bażi, it-transazzjonijiet li rrappurtaw il-Yamada dehru li għamlu qligħ. Skond dan, il-valur normali għall-S-205 ġie stabblilit bħala l-prezz medju bil-komponenti kollha mgħobbija tal-bejgħ kollu domestiku lill-konsumaturi indipendenti ddikjarati mill-Yamada għall-PI.

3. Prezz ta' l-esportazzjoni

(48) Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni għat-tliet tipi ta' prodotti ġie stabbilit skond dan li ġej:

3.1. ODB-1

(49) Il-prezz ta' l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta' l-informazzjoni provduta mill-grupp Mitsui u l-Eurostat.

(50) Sa fejn jinteressa l-informazzjoni mill-grupp Mitsui, wieħed għandu jinnota li l-kumpaniji kollha li huma tal-grupp nstabu li kienu konnessi. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-bejgħ bejniethom ġew injorati għax ma kenux kredibbli u sar użu mill-prezzijiet li bihom l-ODB-1 importati reġgħu nbiegħu għall-ewwel darba lil xi xerrej indipendenti. Dawn il-prezzijiet ġew aġġustati biex jikkonsidraw l-infieq kollu li sar bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi t-taxxi, id-dazji doganali, il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi ta' kull kumpanija konnessa, li ġie bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid lill xi xerrej indipendenti u qligħ ta' 5 % fuq id-dħul totali. Fin-nuqqas ta' kull kooperazzjoni minn xi importatur indipendenti fil-Komunità, il-qligħ ta' 5 % jikkorrispondi mal-marġini tal-qligħ li deher raġonevoli f'każ ta' qabel li kellu x'jaqsam ma' xi prodott kimiku [5].

(51) Billi l-ODB-1 kien jaqa' taħt kodiċi TARIC speċifiku waqt l-IP, il-valur u l-kwantità tal-bejgħ li fadal fis-suq tal-Komunità ġew stabbiliti billi tnaqqset il-kwantità u l-valuri cif tal-prodotti esportati dikjarati mill-Mitsui & Co. Ltd (il-Ġappun) għall-IP mit-totali rispettivi skond kif stabbilit mill-istatistika tal-Eurostat.

3.2. ODB-2

(52) Il-prezz ta' l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta' l-informazzjoni provduta mill-grupp Mitsui u fil-kwereli.

(53) Rigward il-prezzijiet ta' l-ODB-2 esportati dikjarati mill-grupp Mitsui, intużat il-metodoloġija mniżżla fil-parti li tesponi l-fatti 50.

(54) Għall-kumplament tal-bejgħ, id-data Eurostat ma kenux għajn ta' informazzjoni kredibbli billi l-kodiċi TARIC li taħtu jiġu ddikjarati l-ODB-2 importati jinkludi wkoll kimiċi oħra u l-ODB-2 tirrappreżenta parti żgħira ħafna tal-volum ta' l-importazzjoni dikjarata taħt din l-intestatura. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li l-valur tal-unità medja cif kien aktar baxx sew meta mqabbel mal-prezz ta' l-esportazzjoni cif medju stmat fil-kwerela u mad-data mogħtija mill-kumpaniji tal-grupp Mitsui. Għalhekk il-kwantità u l-valur tal-kumplament tal-ODB-2 importati ġew stabbilit billi tnaqqsu l-kwantità u l-valur cif ta' l-oġġetti esportati ddikjarati mill-Mitsui & Co. Ltd (il-Ġappun) għall-IP mit-totali rispettivi skond kif stmati fl-kwerela billi ma kien hemm ebda informazzjoni oħra disponibbli.

3.3. S-205

(55) Fukui Yamada ddikjarat li kienet tforni l-prodotti kollha lill-Yamada, li mbagħad kienet tuża negozjant indipendenti Ġappuniż biex tesporta l-S-205 lill-Komunità. Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni mogħtija kienu jikkorrispondu mal-prezzijiet cif li tniżżlu fil-fattura minn dan in-negozjant għal kumpanija konnessa fil-Komunità. Dawn il-prezzijiet għalhekk ġew injorati għax ma kenux kredibbli u sar użu mill-prezzijiet tax-xiri mogħtija mill-ewwel xerrejja indipendenti fil-Komunità. Dawn il-prezzijiet ġew aġġustati biex jiġu konsidrati l-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u marġini ta' qligħ ta' 5 % fuq id-dħul totali.

4. Tqabbil

(56) Għall-iskop ta' tqabbil imparzjali bejn il-valuri normali u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni fuq livell ex-works, saru konċessjonijiet xierqa f'forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li affettwaw il-possibbilità li jitqabblu l-prezzijiet. Dawn l-aġġustamenti saru b'riferenza għall-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku rigward il-kummissjonijiet, trasport, assigurazzjoni, maniġġjar, tagħbija u spejjez li għandhom x'jaqsmu magħhom billi ntużat l-informazzjoni mogħtija fil-kwereli (għall-ODB-1 u l-ODB-2) u mill-Yamada (għall-S-205).

5. Marġini ta' dumping

(57) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku l-valuri medji bil-partijiet kollha mgħobbija tqabblu mal-prezzijiet medji bil-partijiet kollha mgħobbija ta' l-esportazzjoni għal kull wiehed mit-tliet tipi ta' prodotti.

(58) Skond l-Artikolu 2(12) tar-Regolament bażiku, medja bil-partijiet kollha mgħobbija tal-marġini ta' dumping għal kull tip ġie stabbilit u mitqies rappreżentattiv tal-livell ta' bejgħ bit-telf fuq il-furmaturi tal-kulur suwed kollha li joriġinaw fil-Ġappun.

(59) Imniżżla bħala persentaġġ tal-valur cif fil-fruntiera tal-Komunità ta' l-oġġetti impurtati, il-marġini ta' dumping stabbilit b'dan il-mod huwa ta' 49,8 %.

D. L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(60) Ciba Specialty Chemicals plc kienet l-unika produttur tal-Komunità ta' furmaturi tal-kulur suwed fil-Komunità waqt l-IP.

(61) Għalhekk, din il-kumpanija tikkostitwixxi l-"industrija tal-Komunità" skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

E. ĦSARA

1. Rimarki preliminari

(62) Kif indikat aktar 'il fuq, l-istħarriġ dwar tendenzi rilevanti biex tiġi stabbilita l-ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta' Jannar 1996 sa l-aħħar tal-perijodu ta' l-investigazzjoni.

(63) Parti waħda interessata argumentat li l-perjodu taż-żmien magħżul ma kienx rappreżentattiv u proporzjonat u li l-analiżi kellha tibda fl-1992, is-sena meta l-kwerelant beda l-produzzjoni tiegħu tal-furmaturi tal-kulur suwed fil-Komunità.

(64) L-ewwelnett, wieħed għandu jinnota li hija l-prattika normali fil-proċeduri ta' kontra l-bejgh bit telf li jintuża żmien ta' bejn tlieta u ħames snin biex tiġi eżaminata l-evoluzzjoni tal-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità.

(65) It-tieni nett, wieħed għandu jinnota li l-ħsara kif ukoll il-bejgħ bit-telf għandha tiġi aċċertata għall-IP. Il-perijodu ta' żmien ta' qabel il-IP jservi biss bħala indikatur ta' l-evoluzzjoni tal-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità biex jiġi stabbilit jekk il-qagħda waqt il-PI tistax tiġi klassfikata bħala waħda li tagħmel ħsara. F'dan ir-rigward, id-deċiżjoni dwar il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità waqt l-IP kienet tkun intlaħqet minkejja l-punt tal-bidu mittieħed.

(66) Minħabba dak li ntqal aktar 'il fuq, ma jidhirx ġustifikat li jittawwal il-perijodu użat għall-analiżi tat-tendenzi fil-kuntest tal-ħsara.

2. Konsum tal-Komunità

(67) Fin-nuqqas ta' kull kooperazzjoni mill-produtturi li jesportaw u minħabba n-natura mhix preċiża ta' l-informazzjoni Eurostat dwar l-oġġetti impurtati, il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ irrappurtat mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, oġġetti impurtati li joriġinaw fil-Ġappun u fl-USA skond kif provduti mill-utenti li kkooperaw u t-tagħrif provdut mill-industrija tal-Komunità fil-kwereli.

(68) Bejn l-1996 u l-1998 il-konsum żdied bi 18 % bħala riżultat taż-żieda fil-produzzjoni ta' karta termika. Bejn l-1998 u l-IP il-konsum naqas kemm kemm b'1 %. Dan it-tnaqqis jitfisser bl-irtirar ta' żewġ utenti tal-Komunità mill-produzzjoni tal-karta.

3. Oġġetti impurtati li joriġinaw fil-Ġappun

3.1. Il-volum u l-ishma tas-suq ta' l-oġġetti impurtati konċernati

(69) Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi li jesportaw u n-natura mhix preċiża ta' l-informazzjoni Eurostat dwar l-oġġetti impurtati, dawn ġew bbażati fuq l-informazzjoni li hemm provduta, i.e. l-informazzjoni provduta mill-utenti li kkooperaw u l-informazzjoni mogħtija mill-industrija tal-Komunità fil-kwereli.

(70) Fuq din il-bażi, il-volum ta' l-oġġetti importati tal-prodott in konsiderazzjoni żdied dejjem minn (indiċi) 100 fl-1996 għal 123 fl-1997, 131 fl-1998 u 141 fl-IP, i.e. żieda ta' aktar minn 40 %. Din iż-żieda hija riflessa wkoll fis-sehem fis-suq tal-prodott konċernat li marret minn 36,0 % fl-1996, għal 41,7 % fl-1997, għal 40,0 % fl-1998 u għal 43,4 % fl-IP.

3.2. Prezzijiet ta' l-oġġetti importati konċernati

(a) Evoluzzjoni tal-prezzijiet ta' l-oġġetti importati konċernati

(71) Il-prezzijiet medji għal kull wieħed mill-furmaturi tal-kulur suwed importati mill-Ġappun, ibbażati fuq l-informazzjoni provduta mill-utenti li kkooperaw u impurtatur wieħed, imfissra f'ECU/EURO għal kull kg naqsu b'19 % tul il-perijodu kkunsidrat. Il-prezzijiet naqsu minn ECU 24,9 għal kull kg fl-1996 għal ECU 22,1 għal kull kg fl-1997 u mbagħad għal ECU 21,6 għal kull kg fl-1998 u naqsu aktar għall ECU/EURO 20,2 għal kull kg fl-IP [6]. Il-prezzijiet tat-tipi differenti ta' furmaturi tal-kulur suwed komplew dejjem jonqsu tul il-perijodu kkunsidrat minkejja li b'rati differenti: il-prezzijiet medji ta' l-ODB-1 naqsu bi 13 % tul il-perijodu konċernat waqt li l-prezzijiet medji ta' l-ODB-2 naqsu b'19 % u l-prezzijiet medji tal-S-205 bi 15 % tul l-istess perijodu [7].

(b) Bejgħ bi prezz aktar baxx

(72) Is-suq tal-Komunità għal-furmaturi tal-kulur suwed huwa karatteriżżat minn numru iċken ta' fornituri u numru limitat ta' utenti. F'dan is-suq, l-iffissar tal-prezzijiet isir permezz ta' sistema ta' kwotazzjonijiet ta' prezzijiet li bihom l-utenti jitolbu l-prezzijiet mill-fornituri kollha u mbagħad aktar negozjati jiġu bażati fuq il-prezzijiet offruti mill-fornituri.

(73) Minħabba dak li ntqal aktar 'il fuq, ġie eżaminat il-bejgħ bi prezzijiet aktar baxxi fuq il-bażi tan-negozjati dwar il-prezzijiet bejn il-fornituri u l-utenti tal-Komunità. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Ġappuniżi li jesportaw, l-analiżi tal-bejgħ bi prezzijiet aktar baxxi ġiet ibbażata fuq l-informazzjoni provduta mill-industrija tal-Komunità b'riferenza għan-negozjati dwar il-prezzijiet li jirrappreżentaw madwar 50 % tal-bejgħ totali ta' l-industrija tal-Komunità. Fejn kien possibbli, din l-informazzjoni ġiet ivverifikata b'riferenza għall-utenti li kkooperaw.

(74) Rigward l-ODB-1, in-negozjati dwar il-prezz ġew eżaminati għal transazzjonijiet li jirrappreżentaw madwar 45 % tal-bejgħ tal-Komunità tal-ODB-1 fl-IP. Fuq dik il-bażi, instab li l-prezz offrut għall-ewwel mill-industrija tal-Komunità kien wara mnaqqas minn offerta Ġappuniża b'marġini ta' 5 % sa 8 % meta titqabbel l-offerta tal-bidu ma' l-aħħar prezz miftiehem.

(75) Rigward l-ODB-2, in-negozjati dwar il-prezz ġew eżaminati għat-tranzazzjonijiet li jirrapreżentaw madwar 70 % tal-bejgħ tal-Komunità ta' l-ODB-2 fil-PI. L-istess mudell ġie osservat rigward dan it-tip ta' furmatur tal-kulur iswed, b'marġini ta' bejgħ bi prezz aktar baxx ta' bejn 1 % u 5 %.

(76) Din il-qagħda tirrifletti fid-deher mhux biss kemm il-prezzijiet tal-prodott konċernat kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità fil-proċess tal-kwotazzjonijiet tal-prezz, iżda wkoll l-effett li jraħħas il-prezzijiet ta' l-oġġetti importati mibjugħa bit-telf fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità, billi ġie stabbilit li l-prezzijiet baxxi tal-kwotazzjonijiet bilfors jinfluenzaw il-prezzijiet innegozjati fit-transazzjonijiet li jiġu wara għall-istess xerrej.

(77) Biex nagħlqu, il-pressjoni fuq il-prezz magħmula mill-offerti u t-transazzjonijiet Ġappuniżi fuq is-suq tal-Komunità ġegħlet lill-industrija tal-Komunità li tallinea l-prezzijiet tagħha magħhom Dan ġab tnaqqis fil-prezz ta' madwar 3 % lill-industrija tal-Komunità bejn l-1998 u l-IP.

(78) Parti waħda interessata argumentat li l-metodoloġija wżata biex teżamina l-bejgh bi prezzijiet aktar baxxi kienet żbaljata. Allegat li l-ewwel offerta f'negozjat kummerċjali rarament tirrapreżenta l-livell tal-prezz kummerċjali, aktarx li din l-offerta hija ta' spiss għolja wisq billi l-parti li tkun qiegħda tagħmel l-offerta taf li din sejra tintnaqqas fil-proċess tan-negozjati.

(79) Skond l-informazzjoni provduta mill-industrija tal-Komunità, l-ewwel offerti kkwotati mill-industrija tal-Komunità qablu mal-livell tal-prezz miftiehem max-xerrejja rispettivi fin-negozjati ta' qabel dwar il-prezz. Barra minn dan wieħed għandu jinnota li dan il-prezz kien diġa wieħed li ma tax biżżejjed qligħ lill-industrija tal-Komunità. Għalhekk intlaħqet il-konkluzjoni li l-ewwel offerta użata biex teżamina l-bejgħ bi prezzijiet aktar baxxi mhix żbaljata.

4. Il-qagħda fl-industrija tal-Komunità

4.1. Konsiderazzjonijiet ġenerali

(80) B'mod konformi ma'l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta' l-impatt ta' l-oġġetti importati mibjugħa bit-telf fuq l-industrija tal-Komunità kienet tinkludi valutazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha u indiċijiet rilevanti li għandhom x'jaqsmu ma' l-istat ta' l-industrija inklużi tnaqqis fil-bejgħ, qligħ, produzzjoni, sehem fis-suq, produttività, qligħ fuq investimenti, użu tal-kapaċità, fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-Komunità, dħul u ħruġ ta' flus, inventarji, impiegi, salarji, tkabbir, ħila li jinġab il-kapital jew investimenti. Wieħed għandu jinnota li mhux wieħed jew aktar minn dawn il-fatturi ta' bilfors jagħtu gwida deċiżiva.

4.2. Produzzjoni, kapaċità, użu tal-kapaċità u inventarji

(81) Il-produzzjoni żdiedet b'19 % bejn l-1996 u l-1997, u ġara fl-istess waqt ta' żieda fil-konsum. Naqset bi 2 % bejn l-1997 u l-1998 u kompliet tonqos bi 18 % bejn l-1998 u l-PI. Dan it-tnaqqis ġara flimkien ma' tnaqqis żgħir fil-konsum u tnaqqis kbir fil-bejgħ fl-istess perijodu.

(82) Il-kapaċità tal-produzzjoni għandha titqies fid-dawl tal-fatt li l-istess faċilitajiet ta' produzzjoni jintużaw biex jipproduċu kemm il-furmaturi tal-kulur suwed kif ukoll furmaturi tal-kulur kuluranti. Għalhekk, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-furmaturi tal-kulur suwed ġiet stmata billi tnaqqset mill-kapaċità ta' dik il-linja ta' produzzjoni murija l-produzzjoni ta' furmaturi tal-kulur kuluranti.

(83) Skond dan li ntqal, ir-rata ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċità evolviet minn 72 % fl-1996 għall-ogħla punt ta' 79 % fl-1997 qabel ma waqgħet għal-livell ta' 69 % fl-1998 li nżamm tul il-PI.

(84) Meta wieħed ikun qed janaliżża l-inventarji, ta' min jinnota li l-furmaturi tal-kulur suwed huma prodotti fuq ordni u għalhekk l-inventarji huma oġġetti li qed jistennew li jintbagħtu lix-xerrejja. F'dan il-kuntest, għalhekk, l-valutazzjoni ta' l-inventarji ma tidhirx rilevanti għall-eżami tal-qagħda ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità. Iżda, biex kollox ikun komplet l-evoluzzjoni ta' l-inventarji hija analiżżata hawn taħt.

(85) L-inventarji tal-għeluq ta'l-industrija tal-Komunità naqsu bi 58 % bejn l-1996 u IP, laħqu l-ogħla livell fl-1997 u reġgħu lura għall-livell ta' l-1996 fl-1998. Inkonnessjoni mal-volum totali tal-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, l-inventarji tal-għeluq naqsu bi 58 % tul il-perijodu kkunsidrat ukoll, jiġifieri l-inventarji rrappreżentaw 20,7 tal-volum totali tal-produzzjoni fl-1996 u 8,7 % fl-IP.

(86) It-tnaqqsi fl-inventarji fl-PI kien minħabba d-dħul ta' proġett ta' tnaqqis ta' l-inventarji. Barra dan, tliet fatturi kkontribwew għat-tnaqqis fl-inventarju ta' l-oġġetti mlestija: l-ordnijiet attwali kienu aktar fil-linja tat-tbassir tal-bejgħ; il-bejgħ tal-prodotti fl-1999 ħoloq magħlaq li wassal għal kumulu ta' inventarji ta' prodotti semi-mlestija (furmaturi tal-kulur suwed mhux ippakkjati) u għalhekk inventarji aktar baxxi ta' oġġetti mlestija u fl-aħħarnett f'Ġunju ta' l-1999 l-organizzazzjoni Amerikana tal-bejgħ ta' l-indsutrija tal-Komunità bdiet tibni inventarji fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u għalhekk l-oġġetti mibgħuta lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika wasslu għal tnaqqis fl-inventarji tal-Komunità.

4.3. Volum tal-bejgħ, sehem fis-suq u tkabbir

(87) Il-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità lill-partijiet mhux konnessi fil-Komunità naqsu b'5 % tul il-perijodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ naqas bi 2 % bejn l-1996 u l-1997. Bejn l-1997 u l-1998 il-bejgħ żdied bi 15 %, fuq l-istess linja ta' l-evoluzzjoni tal-konsum. Il-bejgħ naqas sew bejn l-1998 u l-IP, waqt li l-konsum naqas biss b'mod ħafif (tnaqqis ta' 1 %).

(88) Is-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità li ħareġ minn dan naqas minn 45,0 % fl-1996, għal 41,6 % fl-1997 imbagħad żdied kemm kemm għal 43,1 % fl-1998 u reġa naqas għal 36,5 % fl-IP. Għalhekk, minkejja żieda sinnifikattiva fil-konsum ta' furmaturi tal-kulur suwed fil-Komunità, l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tgawdi minnha. Ma' dan it-tnaqqis fuq kollox fis-sehem fis-suq għall-industrija tal-Komunità kien hemm żieda simili tas-sehem fis-suq mill-prodott li qed jiġi kkunsidrat. Huwa importanti li wieħed jinnota li minkejja t-tkabbir fil-konsum totali tal-furmaturi tal-kulur suwed ta' 17 % tul il-perijodu kunsidrat, l-industrija tal-Komunità ma gawditx miż-żieda fil-bejgħ. Għall-kuntrarju, l-industrija tal-Komunità tilfet fil-volum tal-bejgħ (tnaqqis ta' 5 %) u s-sehem fis-suq tul l-istess perijodu.

4.4. Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ

(89) Il-prezzijiet għal kull biċċa tal-prodott konċernat mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità naqsu b'kollox b'16 % tul il-perijodu kunsidrat. Wara tnaqqis ta' 6 % bejn l-1996 u l-1997 il-prezzijiet komplew jonqsu b'7 % bejn l-1997 u l-1998, u wara komplew jonqsu aktar bi 3 % bejn l-1998 u l-IP.

(90) Għal dawk li huma fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ, ġiet eżaminata n-nefqa fuq il-produzzjoni. In-nefqa ta' l-iffabbrikar naqset bi 8 % bejn l-1996 u l-IP, l-aktar minħabba tnaqqis fil-prezz tal-materji primi li huma responsabbli għal (bejn 60 % u 75 %) [8] tan-nefqa totali fuq il-produzzjoni. In-nefqa totali fuq il-produzzjoni naqset b'7 %.

(91) Għal dak li għandu x'jaqsam aktar speċifikatament mas-salarji, skond id-data disponibbli għal Ciba Speciality Chemicals is-salarji għolew b'26 % tul il-perijodu konċernat. Meta tittieħed in konsiderazzjoni ż-żieda ta' 15 % fl-użu stmat tal-furmaturi tal-kulur suwed, iż-żieda fis-salarji ammontat għal 10 % tul il-perijodu konċernat, i.e. medja annwali ta' żieda ta' 2,8 % fil-pagi u s-salarji. Izda, wieħed għandu jinnota li n-nefqa fuq ix-xogħol hija responsabbli għal persentaġġ żgħir tan-nefqa totali tal-produzzjoni. Iżda, iż-żieda moderata fil-pagi ġiet flimkien ma' żieda fl-effiċjenza ta' l-industrija tal-Komunità minħabba tnaqqis fil-ħin meħtieġ biex jiġi kompletat iċ-ċiklu tal-produzzjoni ("ħin tal-grupp") u rendiment akbar minn kull grupp.

(92) Għalhekk intlaħqet il-konklużjoni li tul il-perijodu kunsidrat, il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità naqsu ferm aktar mit-tnaqqis fin-nefqa (- 7 %). Din-niżla qawwija fil-prezz (- 16 %) wasslet għal telfiet importanti lill-industrija tal-Komunità skond kif imfisser hawn taħt.

4.5. Possibbilita ta' qligħ, dħul u ħruġ ta' flus u qligħ fuq l-investimenti

(93) Il-possibbilità ta' qligħ ta' l-industrija tal-Komunità mfissra bħala dħul fuq bejgħ nett fis-suq tal-Komunità qabel tnaqqis ta' entrati straordinarji u taxxi għaddiet minn bejn wieħed u ieħor mingħajr telf u mingħajr qligħ fl-1966, għal (bejn - 5 % sa - 7 %) fl-1997, għal (bejn - 8 % sa 10 %) fl-IP [9].

(94) Bejn l-1996 u l-1997 il-possibbilità ta' qligħ ta' l-industrija tal-Komunità ħżienet u marret minn madwar li ma kienet tagħmel la qigħ u lanqas telf għal riżultat negattiv. Dan ġara flimkien ma' tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità (- 2 %) u tnaqqis sew fil-prezzijiet tal-bejgħ (- 7 %), waqt li l-ispejjeż ta' l-industrija tal-Komunità baqgħu l-istess. Bejn l-1997 u l-1998 l-industrija tal-Komunità ppruvat terġa tikseb il-volum tal-bejgħ u s-sehem fis-suq billi naqqset il-prezzijiet tagħha (- 7 %) Iżda, billi l-ispejjeż tagħha naqsu biss b'6 %, dan it-tnaqqis fil-prezzijiet irriżulta f'telf akbar. Bejn l-1998 u l-IP it-telf żdied billi l-prezzijiet tal-bejgħ naqsu bi 3 %, waqt li l-ispejjeż naqsu biss b'1 %.

(95) Parti waħda interessata argumentat li l-industrija tal-Komunità ma sofritx ħsara materjali billi s-settur kollu tal-furmaturi tal-kulur għamel qligħ tul il-perijodu kollu kif ukoll wara l-IP.

(96) Wieħed għandu jinnota li l-iskop tal-prodott fil-proċedura preżenti hija furmaturi tal-kulur suwed u mhux furmaturi tal-kulur in ġenerali. L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Komunità sofriet telf sinifikattiv fuq il-bejgħ ta' furmaturi tal-kulur suwed fil-Komunità fl-IP. Għalhekk, il-fatt li l-industrija tal-Komunità tagħmel qligħ fuq prodotti oħra, i.e. furmaturi tal-kulur kuluranti mhix indikazzjoni li mhix qiegħda ssofri ħsara fil-kuntest tal-proċedura preżenti.

(97) Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dħul u l-ħruġ ta' flus, dan l-indikatur seta' jiġi stabbilit biss għall-Ciba Specialty Chemicals Inc., il-kumpanija ewlenija Svizera taċ-Ciba Specialty Chemicals plc, u dan biss mis-sena 1997 il quddiem, is-sena li fiha twaqqfet il-kumpanija ewlenija. Iżda, wieħed għandu jinnota li l-furmaturi tal-kulur suwed jirrappreżentaw biss madwar 0,4 % tad-dħul totali tal-kumpanija ewlenija. Minħabba dan li ntqal aktar 'il fuq, jitqies li dan il-fattur ma jipprovdix gwida dwar il-qagħda speċifika ta' l-industrija tal-Komunità tal-furmaturi tal-kulur suwed.

(98) Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dħul fuq l-investimenti, dan l-indikatur kien disponibbli biss fuq il-livell taċ-Ciba Specialty Chemicals plc, waqt li l-furmaturi tal-kulur suwed jgħoddu biss 3,5 % tad-dħul totali taċ-Ciba Specialty Chemicals plc. Minħabba dan li ntqal aktar 'il fuq, jitqies li dan il-fattur għalhekk ma jipprovdix gwida dwar il-qagħda speċifika ta' l-industrija tal-Komunità tal-furmaturi tal-kulur suwed.

4.6. Investimenti u ħila li jġibu l-kapital

(99) L-investimenti magħmula tul il-perijodu kunsidrat kollu naqsu minn 100 fl-1996 għal 71 fl-IP. Dawn irrappreżentaw madwar 9 % tad-dħul totali ta' l-industrija tal-Komunità matul il-perijodu kunsidrat.

(100) Għal dak li għandu x'jaqsm mal-ħila li jinġab l-kapital, dan l-indikatur kien disponibbli biss għaċ-Ciba Specialty Chemicals plc. Iżda, kif intqal aktar 'il fuq, billi l-furmaturi tal-kulur suwed jgħoddu biss għal madwar 3,5 % tad-dħul totali taċ-Ciba Specialty Chemicals plc, huwa mitqies li għalhekk dan il-fattur ma jipprovdix gwida dwar il-qagħda speċifika ta' l-industrija tal-Komunità tal-furmaturi tal-kulur suwed.

4.7. Impiegi u Produttività

(101) L-impiegi ta' l-industrija tal-Komunità konnessa mal-produzzjoni tal-furmaturi tal-kulur suwed żdiedu bi 15 %, minn 48 persuna impjegati fl-1996 għal 55 impjegati fil-PI. Wieħed għandu jinnota li billi l-impjegati jaħdmu kemm fil-produzzjoni tal-furmaturi tal-kulur suwed kif ukoll tal-furmaturi tal-kulur kuluranti, l-impiegi ġew allokati fuq il-bażi li l-proporzjon tal-volum tal-produzzjoni jirrapreżenta fuq il-produzzjoni kollha tal-furmaturi tal-kulur kollha.

(102) Il-produttività ta' l-industrija tal-Komunità, mkejla bħala produzzjoni ta' kull persuna impjegata, naqset b'14 % tul il-perijodu kkunsidrat. Il-figuri tal-produttività għall-biċċa l-kbira jirriflettu l-allokazzjonijiet magħmula biex jistabbilixxu l-impjiegi.

5. Konklużjoni dwar ħsara

(103) Bejn l-1996 u l-IP, il-volum tal-furmaturi tal-kulur suwed importati li oriġinaw fil-Ġappun żdied sew (41 %) bi prezzijiet li naqsu dejjem tul l-istess perijodu (- 19 %) u li baxxew sinifikattivament il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità billi nbiegħu bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk ikkwotati mill-industrija tal-Komunità waqt in-negozjati dwar il-prezz.

(104) Tul l-istess perijodu l-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità ħżienet f'dik li hija produttivita (- 1 %), bejgħ (- 5 %) u sehem fis-suq (- 8,5 % punti perċentwali). Minkejja tnaqqis importanti fl-ispejjeż totali (- 7 %), il-waqgħa kbira tal-prezz (- 16 %) wasslet għal telfiet kbar. Waqt il-perijodu kunsidrat, minkejja żieda fil-konsum tal-Komunità, i.e. bi 17 %, is-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqas ħafna, minn 45,0 % għal 36,5 %.

(105) Speċjalment, bejn l-1996 u l-1997 is-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqas minn 45,0 % għal 41,6 %. Ippruvat tirrimedja għal din il-qagħda billi fl-1998 naqqset il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex iżżomm is-sehem tagħha tas-suq, i.e. l-industrija tal-Komunità naqqset il-prezzijiet tagħha b'6 % u żiedet is-sehem tagħha fis-suq (minn 41,6 % fl-1997 għal 43,1 % fl-1998) iżda b'detriment tal-qligħ, li naqas minn (bejn - 5 % u - 7 %) għal (bejn - 7 % u - 9 %) [10]. Bejn l-1998 u l-PI l-industrija tal-Komunità setgħet iżżid il-prezzijiet tagħha bi (- 3 %) biss bir-riżultat li l-industrija tal-Komunità tilfet fil-volum tal-bejgħ (- 18 %) u fis-sehem fis-suq li niżel għal 36,5 %. Minħabba li l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità naqsu aktar min-nefqa, l-industrija tal-Komunità ġarrbet telf akbar.

(106) Minħabba dan li ntqal aktar 'il fuq, ntlaħqet il-konklużjoni li fl-IP l-industrija tal-Komunità ġarrbet ħsara materjali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku fil-forma ta' produzzjoni u bejgħ imnaqqas, telf fis-sehem fis-suq u prezzijiet li kienu qed jitbaxxew li wasslu għal telfiet kbar.

F. KAWŻAZZJONI

1. Rimarki preliminari

(107) B'mod konformi ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, ġie mistħarreġ jekk il-volum u l-prezzijiet ta' l-oġġetti importati mibjugħa bit-telf konċernat kienux responsabbli għal xi effett fuq l-industrija tal-Komunità b'mod li tippermettilha li tiġi klassifikata bħala materjali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Waqt li kienet qegħda ssir din l-investigazzjoni, ngħatat attenzjoni biex jiġi żgurat li l-fatturi magħrufa barra mill-oġġetti importati mibjugħa bit-telf li fl-istess waqt qegħdin jagħmlu ħsara lill-industrija tal-Komunità ma ġewx attribwiti lill-oġġetti importati konċernati.

2. Effetti ta' importazzjoni li hi l-oġġetti ta' dumping

(108) Waqt il-perijodu kunsidrat, l-importazzjoni li hi l-oġġetti ta' dumping tal-prodott konċernat żdiedet sew skond il-volum u s-sehem fis-suq. Dan ġara fl-istess waqt mat-taħżin fil-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità li tilfet mill-volum tal-bejgħ u s-sehem fis-suq. F'dan ir-rigward, is-sehem fis-suq mitluf mill-industrija tal-Komunità bażikament intrebaħ mill-oġġetti importati tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat.

(109) Wieħed għandu jinnota li fis-suq tal-furmaturi tal-kulur suwed, il-kompetizzjoni hija fis-sura tal-prezzijiet. Dan minħabba l-fatt li hemm ftit min jieħu sehem fis-suq u li t-tipi differenti tal-prodott jistgħu jinbidlu ħafna ma' xulxin.

(110) F'dan ir-rigward l-investigazzjoni wriet li, l-industrija tal-Komunità kellha ta' bil-fors tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ biex iżżomm is-sehem tagħha tas-suq. Dan jixhduh id-deċiżjonijiet li l-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi kunsidrat kienu aktar baxxi mill-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità. Bejn l-1996 u l-1997 il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità naqsu b'7 % waqt li l-prezzijiet tal-prodotti li qed jiġu kkunsidrati żdiedu b'10 %. Dan ġara fl-istess waqt ma' telf fis-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità u żieda ta' 5.7 punti perċentwali tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat. Fi sforz biex jerġa jintrebaħ is-sehem fis-suq, l-industrija tal-Komunità naqqset il-prezzijiet tagħha b'6 % oħra bejn l-1997 u l-1998 li ġab żieda fis-sehem fis-suq u telf żgħir fis-sehem fis-suq tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat. Iżda, minħabba t-telf imġarrab, bejn l-1998 u l-IP l-industrija tal-Komunità raħħset il-prezzijiet tagħha bi 3 % oħra waqt li l-esportaturi Ġappuniżi raħħsu l-prezzijiet tagħhom b'5 %. Għalhekk, l-industrija tal-Komunità tilfet mis-sehem fis-suq waqt li l-prodott li qed jiġi kkunsidrat żied sew fis-sehem fis-suq. L-effett magħqud tal-prezzijiet baxxi u t-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u għalhekk tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni affettwaw ħażin l-possibbilità ta' l-industrija tal-Komunità li tagħmel qligħ.

3. Impatt ta' fatturi oħra

3.1. Oġġetti importati oħra

(111) L-oġġetti importati minn terzi pajjiżi oħra laħqu kemm kemm aktar minn 20 % tal-konsum tal-Komunità fl-IP.

(112) Minbarra l-Ġappun, l-esportazzjoni tal-furmaturi tal-kulur suwed lejn il-Komunità bażikament ssir mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. Hemm produttur wieħed indiġenu Amerikan ta' furmaturi tal-kulur suwed u żewġ produtturi oħra li huma konnessi mal-produtturi esportaturi Ġappuniżi.

(113) Il-furmaturi tal-kulur suwed importati li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, ibbażati fuq l-informazzjoni provduta mill-utenti li kkoperaw u stimi mill-industrija tal-Komunità, marru minn indiċi ta' 100 fl-1996 għal 93 fl-1997. Fl-1998 l-oġġetti importati mill-Istati Uniti ta' l-Amerika żdiedu għal 105 u komplew jiżdiedu għal 124 fl-IP. Is-sehem fis-suq ta' dawn l-oġġetti importati għadda minn 19,0 % fl-1996, għal 16,7 % fl-1997, għal 16,9 % fl-1998 u għal 20,1 % fl-IP.

(114) Għal dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet, wieħed għandu jinnota li mhemm ebda informazzjoni disponibbli dwar il-livell tal-prezz fl-1996, iżda mill-1997 'il quddiem il-livell tal-prezz naqas sew minn 100 fl-1997 għal 82 fl-1998 u għal 76 fl-IP.

(115) Wieħed għandu jinnota li l-livell tal-prezz tal-furmaturi tal-kulur suwed importati li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika huma, ħlief għall-1997, irħas minn dawk l-oġġetti importati li joriġinaw fil-Ġappun.

(116) Minħbba l-livell baxx tal-prezz ta' l-oġġetti importati li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, nstab li l-furmaturi tal-kulur suwed importati li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika setgħu kkontribwew għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità fl-IP. Iżda, minkejja l-livell baxx tal-prezzijiet ta' l-oġġetti importati Amerikani, is-sehem fis-suq ta' l-oġġetti importati li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika baqa' bla ma ċċaqlaq u għalhekk ma jistax ikun l-ħtija tat-telf fis-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità.

3.2. Evoluzzjoni tan-nefqa tal-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

(117) Ġie mistħarreġ jekk it-taħżin fil-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità, jiġifieri skond il-possibbilità li tagħmel qligħ, kienx materjalment ikkawżat minn żieda fin-nefqa tal-produzzjoni.

(118) Kif diġà spjegat aktar 'il fuq, in-nefqa tal-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità naqset (- 7 %) tul il-perijodu kkunsidrat, l-aktar minħabba tnaqqis fin-nefqa tal-materji primi.

(119) Għalhekk intlaħqet il-konklużjoni li t-taħsir fil-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità tul il-perijodu kunsidrat ma tistax tkun minħabba xi żieda fin-nefqa tal-produzzjoni.

4. Konklużjoni dwar kawżazzjoni

(120) Is-sejbien ta' fuq juru biċ-ċar li teżisti ħolqa kawżali bejn l-oġġetti importati mibjugħa bit-telf u l-ħsara materjali misjuba. Dan huwa ppruvat, speċjalment, bit-telf tas-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità, li ntrebaħ kważi kollu mill-oġġetti importati Ġappuniżi, mgħaqqda mat-taħżin fil-prezzijiet u l-possibbilità ta' qligħ ta' l-industrija tal-Komunità. Dan ġara fl-istess waqt maż-żieda fil-volum ta' l-oġġetti importati li joriġinaw fil-Ġappun bi prezzijiet li qatgħu minn taħt u li baxxew sew il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità.

(121) Il-fatturi l-oħra kollha, speċjalment l-oġġetti importati li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, setgħu kkontribwew għal qagħda ta' ħsara ta' l-industrija ta' l-Komunità, iżda m'humiex biżżejjed biex jiksru l-ħolqa bejn l-oġġetti importati mibjugħa bit-telf mill-Ġappun u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità, speċjalment minħabba is-sehem fis-suq mirbuħ mill-oġġetti importati rħas Ġappuniżi.

(122) Għalhekk intlaħqet il-konklużjoni li l-oġġetti importati mibjugħa bit-telf li joriġinaw fil-Ġappun għamlu ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

G. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1. Rimarki preliminari

(123) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fuq il-bażi tax-xiehda mogħtija, ġie mistħarreġ jekk f'dan il-każ, minkejja l-effett ħażin ta' l-oġġetti importati mibjugħa bit-telf, kienx hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-imposizzjoni ta' miżuri kontra l-bejgħ bit-telf. Din id-deċiżjoni ġiet ibbażata fuq apprezzament ta' l-interessi varji kollha meħuda flimkien.

(124) Biex jiġi stabbilit jekk l-imposizzjoni tal-miżuri kenitx kontra l-interessi tal-Komunità jew le, intalbet informazzjoni mill-partijiet kollha interessati, inklużi l-industrija domestika, importaturi/negozjanti u utenti.

2. Interess ta' l-industrija tal-Komunità

2.1. Vijabilità ta' l-industrija tal-Komunità

(125) Din l-investigazzjoni wriet li l-possibbilità ta' qligħ globali ta' l-industrija tal-Komunità għal furmaturi tal-kulur kollha prodotti bl-istess faċilitajiet ta' produzzjoni fejn huma prodotti l-furmaturi tal-kulur suwed kienet pożittiva tul il-perijodu kunsidrat. Il-qagħda negattiva tal-kummerċ fil-furmaturi tal-kulur suwed ta' l-industrija tal-Komunità għalhekk tista' tkun attribwita għad-drawwiet inġusti kummerċjali tal-produtturi Ġappuniżi li jesportaw li għandhom effett ta' ħsara fuq l-industrija tal-Komunità.

(126) Fil-linja ta' l-iżvilupp osservat waqt il-perijodu kunsidrat, is-suq tal-Komunità għal furmaturi tal-kulur suwed huwa mistenni li jkompli jikber fis-snin li ġejjin. Għalkemm il-produzzjoni tal-karta mingħajr karbonju x'aktarx li tonqos, dan it-tnaqqis għal biċċa l-kbira se tagħmel tajjeb għalih iż-żieda fil-produzzjoni ta' karta termika. F'dan ir-rigward, l-investimenti magħmula mill-industrija tal-Komunità tul il-perijodu kollu u l-isforzi kontinwi tagħha fir-Riċerka u l-Iżvilupp (żieda ta' 44 % tul il-perijodu kunsidrat) juru li l-industrija tal-Komunità hija lesta li terħi dan is-suq u li jekk jerġgħu jiġu kondizzjonijiet imparzjali tas-suq, l-industrija tal-Komunità tkun tista' tgawdi mit-tkabbir mistenni f'dan is-suq.

(127) Fl-aħħarnett, wieħed għandu jinnota li l-industrija tal-Komunità żiedet sew l-effiċjenza tagħha. Saru sforzi sinnifikattiv mill-industrija tal-Komunità fil-forma ta' tnaqqis fil-ħin tal-grupp u rendiment miżjud ta' kull grupp, li kkontribwew għal tnaqqis fl-ispejjez.

2.2. L-effetti li l-imposizzjoni tal-miżuri aktarx iġibu

(128) Għal dawk li huma l-effetti li l-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf x'aktarx li jġibu fuq l-industrija tal-Komunità dawn jistgħu ġeneralment iġibu żieda fil-volum mibjugħ fis-suq tal-Komunità mill-industrija tal-Komunità u/jew jistgħu jġibu żieda fil-livell tal-prezzijiet li din l-industrija tista' tikseb.

(129) Sa fejn tikkonċerna żieda fil-prezzijiet fis-suq tal-Komunità, x'aktarx li l-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf tal-prodotti li qed jiġu kkunsidrati jkollha l-effet li żżid il-prezzijiet tiegħu u għalhekk il-livell tal-prezz fil-Komunità.

(130) Billi l-ikbar fattur li għamel ħsara kien il-waqgħa fil-prezz li ġabet telfiet finanzjarji, wieħed jippretendi li l-industrija tal-Komunità x'aktarx li tgawdi mill-miżuri fil-forma ta' żieda fil-prezzijiet tagħha.

(131) L-imposizzjoni ta' miżuri x'aktarx ukoll iġġib żieda moderata fil-volum tal-bejgħ. F'dan ir-rigward, iż-żieda fil-volum tal-bejgħ fil-Komunità u għalhekk il-produzzjoni tagħha, tippermetti lill-industrija tal-Komunità li tnaqqas l-infiq għal kull biċċa, u b'hekk iżżid il-possibbilità li tagħmel qligħ.

(132) Għalhekk tintlaħaq il-konklużjoni li l-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf tippermetti lill-industrija tal-Komunità li żżid kemm il-prezzijiet tagħha kif ukoll il-volum tal-bejgħ, u b'hekk ittejjeb il-qagħda finanzjarja tagħha.

2.3. L-effetti li n-nuqqas ta' imposizzjoni tal-miżuri x'aktarx ikollu fuq l-industrija tal-Komunità

(133) Jekk ma jiġux imposti l-miżuri, x'aktarx li t-tendenzi negattivi għal dawk li huma prezzijiet, possibbilità ta' qligħ u sehem fis-suq ikomplu, jekk mhux ukoll jeħżienu aktar.

(134) Fin-nuqqas ta' titjib fil-livell tal-prezz fil-Komunità, mhux mistenni li l-industrija tal-Komunità terġa tikseb il-possibbilità li tagħmel qligħ permezz ta' razjonalizzazzjoni, meta wieħed jara l-isforz li diġa sar biex tiżdied l-effiċjenza. Barra dan il-livell tat-telf finanzjarju kurrenti ma jippermettix lil din l-industrija li tibqa' titħaddem. Għalhekk huwa mistenni li, jekk il-livell tal-prezz jibqa' stabbli jew ikompli jonqos, l-industrija tal-Komunità tkun tista' fl-aħħar minn l-aħħar tkun mġiegħla tirtira minn dan is-suq, li jġib telf ta' l-investimenti, sengħa u mpjiegi u bir-riżultat li n-numru ta' fornituri fis-suq tal-Komunità jonqos sew, b'effetti negattivi għall-kompetizzjoni fil-Komunità. Jekk l-industrija tal-Komunità tirtira minn dan is-suq, x'aktarx li ma terġax tidħol fih. L-ewwelnett, l-industrija tal-Komunità tkun tilfet il-kredibilità max-xerrejja tagħha, li magħhom tikkoopera mill-qrib fir-Riċerka u l-Iżvilupp. It-tieni, huma meħtieġa bejn sentejn u tliet snin qabel impjant tal-produzzjoni jiġi kummissjonat u hija meħtieġa sena oħra qabel tintlaħaq l-istabbilità mitluba għal kull grupp. Fl-aħħarnett il-kapaċità fix-xogħol kif ukoll r-Riċerka u l-Iżvilupp miksuba tul is-snin jintilfu.

2.4. Konklużjoni

(135) Minħabba dak li ntqal aktar 'il fuq, tintlaħaq il-konklużjoni li miżura kontra l-bejgħ bit-telf tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Komunità f'dak li huma żieda fil-prezzijiet tagħha u xi żieda fil-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni u għalhekk qagħda finanzjarja aħjar. Għall-kuntrarju, in-nuqqas ta' imposizzjoni ta' miżuri tista' ġġib fi tmiem perijodu daqsxejn twil l-irtirar ta' l-industrija tal-Komunità minn dan is-suq.

3. Interess ta' l-importaturi/negozjanti

(136) Tlieta mill-erba' impurtaturi/negozjanti konċernati, li jirrappreżentaw madwar 60 % tal-volum totali ta' l-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi kunsidrat, ma weġbux għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni iżda bagħtu tagħrif ġenerali.

(137) Wieħed minnhom argumenta li l-imposizzjoni ta' dazju kontra l-bejgħ bit-telf tista' ġġib magħha t-tneħħija tal-prodott li qed jiġi kunsidrat mis-suq tal-Komunità, iżda, mingħajr ma ppruvaw din il-pretensjoni u lanqas xi effetti fuq it-tħaddim ta' din il-kumpanija.

(138) Wieħed għandu jinnota li, għalkemm l-industrija tal-Komunità għandha kapaċità żejda sinnifikattiva, din il-kapaċità mhix biżżejjed biex tforni d-domanda kollha tas-suq tal-Komunità. Għalhekk jenħtieġu l-oġġetti importati biex jissodisfaw id-domanda. Minħabba dak li ntqal aktar 'il fuq, mhux mistenni li l-imposizzjoni ta' miżuri ġġib magħha t-tneħħija kompleta tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat mis-suq tal-Komunità, iżda aktarx li dawk l-oġġetti jiġu impurtati bi prezzijiet ġusti.

(139) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li hemm provduta mill-uniku importatur/negozjant li kkoopera, instab li l-importaturi/negozjanti ġeneralment jinnegozjaw ukoll prodotti oħra barra mill-furmaturi tal-kulur suwed, u dawn ta' l-aħħar huma fil-proporzjon (bejn 8 % u 12 %) [11]. Billi l-effett ewlieni tal-miżuri kontra d-dumping huwa mistenni li jkun prinċipalment żieda fil-prezz u xi żieda biss fil-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Komunità, x'aktarx li l-importaturi/negozjanti ma jiġux affettwati negattivament fis-sens ta' tnaqqis sinnifikattiv fil-volum tal-bejgħ.

(140) Fl-aħħarnett, l-imposizzjoni ta' xi miżura kontra d-dumping fuq furmaturi tal-kulur suwed importati li joriġinaw fil-Ġappun x'aktarx li ma taffettwax b'mod sinifikattiv il-qagħda ekonomika ta' l-importaturi/negozjanti.

4. Interess ta' l-utenti

4.1. Rimarki preliminari dwar l-istruttura ta' l-industrija ta' l-utent

(141) Il-furmaturi tal-kulur suwed jintużaw bħala kisi fil-produzzjoni tal-karta mingħajr karbonju u karta termika. Il-furmaturi tal-kulur suwed jitħalltu ma' kimiċi oħra f'"riċetta" u din imbagħad tiġi applikata fuq il-karta tal-bażi.

(142) Skond l-informazzjoni disponibbli hemm 15-il utent fil-Komunità li huma produtturi ta' karta mingħajr karbonju u/jew karta termika, li minnhom tmienja kkooperaw fil-proċedura. Tnejn minn dawn l-utenti jipproduċu ż-żewġ tipi ta' karta, tlieta jaħdmu biss fuq karta mingħajr karbonju u tlieta jaħdmu biss fuq karta termika. Skond id-daqs tal-kumpanija, l-industrija tal-karta tal-kisi mhix omoġeneja u hija magħmula minn kumpaniji kbar u kumpaniji ta' daqs medju. Barra dan, hemm kumpaniji li jaħdmu biss fil-kummerċ tal-karta miksija kif ukoll kumpaniji li jipproduċu tipi oħra ta' karta (mhux miksija). Fl-aħħarnett, wieħed għandu jinnota li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji jipproduċu l-karta tal-bażi huma stess, waqt li utent wieħed li kkoopera jixtri l-karta tal-bażi li mbagħad huwa jiksi.

(143) Madwar 40 % tal-konsum totali tal-furmaturi tal-kulur tal-Komunità jintuża bħala kisi għall-produzzjoni ta' karta mingħajr karbonju. Il-produzzjoni tal-Komunità ta' din it-tip ta' karta kienet tammonta għal madwar 1000000 tunnellata metrika fl-1998.

(144) Ħames utenti li kkooperaw jaħdmu f'dan is-settur. Il-produttur l-aktar importanti jirrappreżenta 'l fuq minn 30 % tal-produzzjoni tal-Komunità. It-tieni u t-tielet l-akbar kumpanija flimkien għandhom sehem ta' madwar 25 % tal-produzzjoni tal-Komunità u hemm żewġ kumpaniji oħra li jirrappreżentaw madwar 10 % tal-produzzjoni tal-Komunità kull waħda.

(145) Id-dħul ta' l-importazzjoni ta' karta mingħajr karbonju huwa baxx ħafna (bejn 1 % u 2 %). Dan is-settur huwa rrappurtat li qed jonqos minħabba d-dħul ta' teknoloġiji ġodda bħall-posta elettronika u stampaturi ink-ġet u lażer, li jnaqqsu ħafna l-użu ta' formoli f'ħafna kopji, li huwa l-użu aktar importanti tal-karta mingħajr karbonju.

(146) Madwar 60 % tal-konsum totali tal-Komunità ta' furmaturi tal-kulur suwed jintuża bħala kisi għall-produzzjoni ta' karta termika. Il-produzzjoni tal-Komunità ta' din it-tip ta' karta laħħqet għal madwar 200000 fl-IP.

(147) Hemm ħames utenti li kkooperaw li jaħdmu f'dan is-settur. L-aktar importanti għandu (bejn 35 % u 45 %) [12]. It-tieni u it-tielet l-akbar kumpaniji huma xi terz tad-daqs ta' l-akbar u l-kumplament tas-suq huwa maqsum bejn xi ħames kumpaniji.

(148) Id-dħul ta' l-importazzjoni huwa baxx ħafna, anqas minn 7 %. Dan is-settur ġie rrappurtat li qed jikber b'4 % sa 5 % kull sena minħabba l-użu ta' karta termika f'applikazzjonijiet ta' biljetti u tikkettjar.

4.2. Data miġbura mill-partijiet li kkooperaw

(149) il-kumpaniji li kkooperaw jirrappreżentaw dħul totali ta' madwar 2000 miljun EURO li minnhom il-karta miksija kienet responsabbli għal nofs. L-impjiegi totali ta' l-utenti li kkooperaw kienu madwar 10000 fl-IP.

(150) Għal dak li huwa qligħ, il-qligħ medju bil-komponenti kollha mgħobbija għall-produtturi tal-karta termika fl-IP laħaq għal (bejn 5 % u 7 %) [13], waqt li l-qligħ medju bil-komponenti mgħobbija tal-produtturi tal-karta mingħajr karbonju fil-PI laħaq għal (bejn 0,5 % u 2 %) fl-IP.

(151) Fil-PI, l-utenti li kkooperaw irrapportaw xiri mingħand l-importaturi/negozjanti li jirrappreżenta 77 % tal-volum ta' l-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi kunsidrat. Xtraw ukoll madwar 72 % ta' furmaturi tal-kulur suwed prodotti mill-industrija tal-Komunità.

(152) Din l-investigazzjoni wriet li l-furmaturi tal-kulur suwed jirrappreżentaw bħala medja 1,1 % tan-nefqa totali tal-produzzjoni tal-produtturi tal-karta mingħajr karbonju. Għall-produtturi tal-karta termika, il-furmaturi tal-kulur suwed jirrappreżentaw bħala medja 7,9 % tan-nefqa totali tal-produzzjoni. Għall-industrija ta' l-utenti kollha l-medja bil-komponenti kollha mgħobbija tilħaq l-4,2 %.

4.3. L-impatt skond l-infiq tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf

(153) Minħabba dan ta' fuq, l-imposizzjoni ta' dazju kontra l-bejgħ bit-telf fuq il-livell li ġie kunsidrat iwassal għall-żieda ipotetika massima fin-nefqa tal-produzzjoni tal-produtturi tal-karta mingħajr karbonju ta' 0,21 %. Għall-produtturi tal-karta termika ż-żieda ipotetika massima fin-nefqa tal-produzzjoni tkun tilħaq għal 1,49 %.

(154) Iżda, dan huwa impatt massimu ipotetiku tal-miżura jekk l-impatt kollu kellu jitgħadda fuq l-utent. Ma jeħux in konsiderazzjoni li l-utenti għandhom poter ta' xiri kbir, li jeżistu għejun oħra ta' forniment (l-Istati Uniti ta' l-Amerika) li ma jaqgħux taħt il-miżuri u li għalkemm hija mistennija xi żieda fil-prezz, x'aktarx li din ma tkunx ta' l-istess ammont tad-dazju propost, minħabba li l-industrija tal-Komunità sejra tgawdi wkoll minn żieda moderata fil-volum tal-bejgħ.

4.4. Argumenti ta' l-utenti dwar l-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf

a) Mhux possibli li jiġu tollerati żidiet fin-nefqa tal-furmaturi tal-kulur suwed

(155) Minħabba l-kompetizzjoni qalila bejn il-produtturi tal-karta u l-livel baxx tal-prezzijiet li hemm bħalissa għal prodott finali, xi utenti ppretendew li l-prezzijiet tal-furmaturi tal-kulur suwed ma setgħux jiżdiedu.

(156) L-investigazzjoni wriet li l-furmaturi tal-kulur suwed huma biss parti żgħira tan-nefqa totali tal-produzzjoni tal-produtturi tal-karta, u l-aktar fattur importanti li jaffettwa n-nefqa tal-produtturi tal-karta huwa l-prezz tal-polpa tal-karta li jirrappreżenta 50 % jew aktar tan-nefqa tal-produzzjoni għall-karta miksija u li l-prezzijiet tagħha jinbidlu malajr. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-polpa tal-karta għal kull xahar bejn l-1996 u l-aħħar ta'l-IP turi li l-prezzijiet tal-polpa tal-karta jistgħu jinbidlu b'sa 28 % fuq bażi ta' kull xahar.

(157) Minħabba l-fatt li l-polpa tirrappreżenta 50 % jew aktar tan-nefqa tal-produzzjoni għall-karta miksija, kull bidla fil-prezz tal-polpa tagħmel impatt qawwi fuq in-nefqa totali kemm għall-karta mingħajr karbonju kif ukoll għall-karta termika.

(158) F'dan ir-rigward l-informazzjoni provduta mill-utenti li kkooperaw turi li t-tibdil fil-prezzijiet tal-materja prima ewlenija huwa rifless fuq il-prezzijiet tal-karta miksija. L-informazzjoni disponibbli wriet li bidliet fil-prezz wkoll ta' 12 % jistgħu għall-biċċa l-kbira jitgħaddew lix-xerrejja.

(159) Għalhekk tintlaħaq il-konklużjoni li żidiet moderati fil-prezz li jistgħu jiġu mill-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf proposti x'aktarx li ma jipperikolawx l-attivitajiet ekonomiċi ta' l-utenti konċernati.

b) Limitazzjoni ta'l-għejun li jfornu

(160) Utent wieħed ippretenda li l-imposizzjoni tad-dazji kontra l-bejgħ bit-telf tillimita l-għejun li jfornu disponibbli lill-utenti tal-Komunità u b'hekk telimina jew tnaqqas il-kompetizzjoni fil-Komunità.

(161) L-investigazzjoni wriet li l-effett li x'aktarx ikollha l-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf ikun żieda moderata fil-livell tal-prezz tal-furmaturi tal-kulur suwed fil-Komunità, aktar milli jitħallew barra għal kollox l-oġġetti importati Ġappuniżi mis-suq tal-Komunità, l-aktar minħabba l-fatt li l-industrija tal-Komunità ma tkunx tista' tforni s-suq kollu tal-Komunità. Barra dan, l-USA hija għajn alternattiva li tforni lill-industrija tal-Komunità u lill-Ġappun.

(162) Għalhekkk tintlaħaq il-konklużjoni li l-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf x'aktarx li ma ġġibx tnaqqis fl-għejun li jfornu li jkunu disponibbli lill-utenti tal-Komunità. Għall-kuntrarju, in-nuqqas li jiġu mposti l-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf jista' jwassal fi tmiem perijodu daqsxejn twil għall-għajbien tal-uniku produttur ta' furmaturi tal-kulur suwed fil-Komunità, jiġifieri minħabba t-telfiet sinifikattivi mġarrba bħala riżultat tal-bejgħ bit-telf tal-prodott li qed jiġi kunsidrat, li jnaqqas l-għejun li jfornu fil-Komunità.

ċ) Telf ta' kompetittività għall-oġġetti esportati barra mill-Komunità

(163) Utent wieħed argumenta li l-imposizzjoni tad-dazji kontra d-dumping tipperikola l-oġġetti esportati barra mill-Komunità tiegħu minħabba ż-żieda fin-nefqa tiegħu mqabbla mal-kompetituri tiegħu barra mill-Komunità.

(164) L-ewwelnett, nstab li minħabba l-kompetizzjoni qalila fis-suq tal-Komunità tal-furmaturi tal-kulur suwed, il-prezz fil-Komunità huwa aktar baxx sew minn dak tas-swieq l-oħra ewlenin li jipproduċu l-karta, i.e. l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Ġappun. Bħala riżultat il-produtturi ta' karta mingħajr karbonju u termika barra mill-Komunità jibbażaw il-prezzijiet tal-furmaturi tal-kulur suwed li jistgħu jkunu 20 % ogħla minn dawk li jħallsu l-utenti tal-Komunità. It-tieni, wieħed għandu jinnota li d-dazji kontra l-bejgħ bit-telf jew ma jitħallsux meta l-prodott li qed jiġi kkunsidrat jiġi importat taħt reġim ta' ipproċessar 'il ġewwa jew jitħallsu lura meta jerġa jiġi esportat jew inkorporat f'xi prodott ieħor.

(165) Minħabba dan ta' fuq, mhux mistenni li l-imposizzjoni tad-dazju kontra l-bejgħ bit-telf ġġib magħha telf fil-kompetittività ta' l-utenti ta' l-Komunità fuq is-swieq ta' l-esportazzjoni.

5. Konsegwenzi għall-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità

(166) Skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament baziku, il-ħtieġa li jiġu mneħħija l-effetti li jgħawġu n-negozju tad-dumping li jagħmel ħsara u tinġab lura l-kompetizzjoni effettiva fil-Komunità ngħatat konsiderazzjoni speċjali.

(167) Rigward l-istruttura tas-suq dinji tal-furmaturi tal-kulur suwed, nstab li hemm tliet pajjiżi ewlenin li jipproduċu fid-dinja kollha: il-Komunità Ewropea, fejn Ciba huwa l-uniku produttur; il-Ġappun, fejn erba' produtturi magħrufa jiffabrikaw il-furmaturi tal-kulur suwed; u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, fejn tliet produtturi magħrufa jiffabrikaw il-prodott konċernat (tnejn minnhom huma sussidjarji taż-żewġ produtturi ewlenin Ġappuniżi li jesportaw u wieħed minnhom huwa produttur indipendenti).

(168) Fil-Komunità, Ciba tipproduċi furmaturi tal-kulur kemm suwed kif ukoll ikkuluriti. Is-sehem tagħha fis-suq laħaq is-36,5 % fl-IP, waqt li dak ta' l-oġġetti importati tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat laħaq it-43,4 % u dak ta' l-oġġetti importati li oriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika laħaq l-20,1 %. Wieħed għandu jinnota li huwa stmat li 15 % ta' l-oġġetti importati li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika huma prodotti mis-sussidjarji Amerikani taż-żewġ produtturi Ġappuniżi ewlenin li jesportaw. Il-Komunità, li hija l-akbar suq fid-dinja tal-furmaturi tal-kulur suwed (38 % tal-konsum totali fid-dinja stmat tal-furmaturi tal-kulur suwed) hija għal biċċa l-kbira miftuħa għall-penetrazzjoni ta' l-importazzjoni (madwar 64 % tal-konsum totali).

(169) Fil-Ġappun, żewġ produtturi, li huma l-esportaturi ewlenin lejn is-suq tal-Komunità, għandhom f'idejhom 70 % tal-kapaċità tal-produzzjoni. Fil-Ġappun, is-suq tal-furmaturi tal-kulur suwed huwa għal biċċa l-kbira magħluq għall-oġġetti importati mill-Komunità minħabba li l-karta ta' l-ikkupjar mingħajr karbonju mhix prodotta bil-furmaturi tal-kulur suwed iżda bil-furmaturi tal-kulur kuluranti u l-ODB-2 ma jistax jiġi esportat mill-industrija tal-Komunità minħabba r-restrizzjonijiet tal-patents. Bħala riżultat ma hemmx importazzjoni ta' furmaturi tal-kulur suwed fil-Ġappun.

(170) Fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, is-sussidjarji taż-żewġ produtturi Ġappuniżi ewlenin għandhom l-akbar kapaċità tal-produzzjoni ('il fuq minn 50 %). Is-suq Amerikan huwa karatterizat bil-livell għoli li għandu tad-dazju doganali li japplika għall-importazzjoni tal-furmaturi tal-kulur suwed (11,6 %). Barra dan, fl-Istati Uniti ta' l-Amerika permezz tax-xiri ta' produttur lokali, is-sussidjarju ta' esportatur Ġappuniż huwa marbut bi kuntratt ta' forniment għal żmien twil ma'a l-akbar utent Amerikan li jirraprezenta bejn 40 % u 50 % tas-suq tal-furmaturi tal-kulur suwed fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Bħala riżultat il-penetrazzjoni ta' l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika tlaħħaq għal 17 % biss.

(171) Biex nagħlqu, il-Komunità hija s-suq bl-ogħla penetrazzjoni ta' l-importazzjoni u fejn il-prezzijiet huma l-aktar baxxi fid-dinja. Skond l-informazzjoni mogħtija mill-partijiet interessati l-prezzijiet fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Ġappun kienu rappurtati li kienu 20 % ogħla milli fil-Komunità fl-IP.

(172) Għal dak li għandu x'jaqsam mal-qagħda tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità, l-investigazzjoni wriet li waqt li perijodu kunsidrat l-industrija tal-Komunità tilfet sehem sinnifikattiv tas-suq u ġarrbet telfiet dejjem jiżdiedu bħala riżultat ta' importazzjoni li hi l-oġġett ta'dumping mibjugħa bit-telf tal-prodott li qed jiġi kunsidrat. Dan it-telf fis-sehem fis-suq kien bażikament mirbuh mill-prodott li qed jiġi kunsidrat minħabba prattiki tan-negozju inġusti. Dan huwa aktar serju minħabba s-sehem fis-suq tal-Komunità miżmum mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi kemm jekk minħabba l-oġġetti esportati li joriġinaw fil-Ġappun jew dawk li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(173) L-adozzjoni ta' miżuri kontra l-bejgħ bit-telf x'aktarx li tiżgura li l-industrija tal-Komunità tibqa' f'dan is-suq, u b'hekk tagħti sehemha biex tikkoltiva l-kompetizzjoni. Mill-banda l-oħra, mhux mistenni li l-imposizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping tagħlaq minn qabel lis-suq tal-Komunità għall-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi kunsidrat, minħabba l-kapaċità limitata ta' l-industrija tal-Komunità u l-poter tax-xiri ta' l-utenti.

(174) Mhix ħaġa kbira li, mingħajr il-miżuri kontra d-dumping, l-industrija tal-Komunità tirtira minn dan is-suq u b'hekk tnaqqas il-kompetizzjoni fil-Komunità. Kif issemma aktar 'il fuq fil-preambolu 134, jekk isir dan l-irtirar, x'aktarx li l-industrija tal-Komunità ma terġax tidħol f'dan is-suq, minħabba l-ispejjeż kbar tad-dħul f'dan is-suq.

(175) Għalhekk tintlaħaq il-konkluzjoni li l-imposizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping x'aktarx ġġib lura l-kompetizzjoni effettiva billi tistabbilixxi kamp livell ta' aġir u tiżgura opportunitajiet kompetittivi l-istess għall-operaturi ekonomiċi kollha.

6. Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(176) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-industrija tal-Komunità, instab li l-imposizzjoni tad-dazju kontra l-bejgħ bit-telf ikollu effet tajjeb fuq il-qagħda tagħha fil-forma ta' żieda mhix mistennija fil-prezzijiet u fil-possibbilita ta' qligħ li jingħata lura. In-nuqqas ta' imposizzjoni tal-miżuri x'aktarx li jwassal għall-għeluq ta' l-attivitajiet ta' l-industrija tal-Komunità fi tmiem perijodu daqsxejn twil meta wieħed jikkunsidra n-nuqqas ta' possibbilità ta' qligħ.

(177) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-importaturi/negozjanti, l-imposizzjoni tad-dazji x'aktarx li ma jkollhiex effet negattiv sinifikattiv fuqhom minħabba l-impatt limitat tal-furmaturi tal-kulur suwed fuq l-attivitajiet kummerċjali kollha tagħhom.

(178) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-utenti, l-imposizzjoni tad-dazju kontra l-bejgħ bit-telf fuq il-prodott li qed jiġi kunsidrat taffettwa biss marġinalment il-qagħda tagħhom minħabba l-impatt baxx tal-furmaturi tal-kulur suwed fuq l-ispejjez totali tagħhom, il-possibbilità li jgħaddu tibdil fil-materji primi lill-prezzijiet tal-prodotti tal-karta u l-eżistenza ta' għajn ieħor ta' forniment, i.e. l-Istati Uniti ta' l-Amerika. L-imposizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping hija wkoll kkunsidrata li tikkoltiva kompetizzjoni aħjar fis-suq tal-Komunità tal-furmaturi tal-kulur suwed billi ġġib lura n-negozju ġust.

(179) Minħabba dan ta' fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f'dawn iċ-ċirkostanzi ma jeżistu ebda raġunijiet irreżistibbli minħabba l-interess tal-Komunità biex ma jiġux adottati l-miżuri kontra d-dumping fil-każ preżenti.

H. MIŻURI KONTRA D-DUMANG

(180) Għall-iskop li jitwaqqaf livell ta' dazju definitiv, ġie kunsidrat il-livell tad-dumping misjub u l-ammont ta' dazju meħtieġ biex telimina l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

1. Livell li jelimina l-ħsara

(181) Tqies li l-ammont tad-dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tal-bejgħ bit-telf li jagħmel ħsara għandu jippermetti lill-industrija tal-Komunità tkopri l-ispiża tal-produzzjoni u tagħmel qligħ raġonevoli fuq il-bejgħ. F'dan ir-rigward instab li marġini ta' profitt ta' 7 % fuq id-dħul kollu jista' jitqies bażi xierqa, meta tingħata kunsiderazzjoni xierqa lir-rata tad-dħul li l-industrija tal-Komunità tista' bir-raġun tippretendi fin-nuqqas ta' dumping li jagħmel ħsara. Din ir-rata twaqqfet b'riferenza għal marġini ta' profitt disponibbli pubblikament għal numru ta' kumpaniji Ewropej fis-settur kimiku speċjali, kif definit f'rapport magħmul minn parti indipendenti.

(182) Yamamoto argumentat li l-informazzjoni mogħtija mill-grupp Mitsui kienet biżżejjed biex tippermetti deċiżjoni individwali rigward il-marġini tal-ħsara. L-informazzjoni li hemm provduta mill-grupp Mitsui kellha tagħrif ġenerali fuq il-kumpaniji tagħhom, il-prezzijiet tax-xiri tagħhom u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità. Yanamoto argumentat li din kienet biżżejjed biex jiġi stabbilit prezz ta' l-importazzjoni individwali u marġini ta' ħsara individwali fir-rigward tagħha minħabba li l-bejgħ tagħha kollu lill-Komunità kien immaniġġat mill-grupp Mitsui. Bis-saħħa ta' l-Artikolu18(4) tar-Regolament bażiku, Yamamoto u l-kumpaniji msemmija aktar 'il fuq ġew infurmati f'waqtu li l-informazzjoni mogħtija ma kenitx biżżejjed u kienu ngħataw l-opportunità li jipprovdu aktar spjegazzjonijiet. Yamamoto u l-grupp Mitsui pprovdew tiswijiet għan-nuqqasijiet innotati fit-tweġibiet tal-grupp Mitsui u d-dikjarazzjonijiet li stqarrew il-konnessjoni bejn Yamamoto u Mitsui & Co. Ltd ("Mitsui (il-Ġappun)"), kif ukoll ir-rwol ta' Mitsui (il-Ġappun) bħala l-uniku esportatur tal-prodotti ta' Yamamoto. Iżda, Yamamoto rrifjutaw li jwieġbu l-parti ewlenija tal-kwestjonarju li kienet titlob informazzjoni dwar l-istruttura korporattiva tal-produttur li jesporta, il-produzzjoni tiegħu, il-bejgħ ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità, il-bejgħ domestiku tiegħu u l-ispejjeż tal-produzzjoni.

(183) Jitqies li n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produttur għamilha impossibbli li titwettaq kull deċiżjoni individwali f'dan ir-rigward. Għalhekk, kieku kien possibbli li jiġi vverifikat li l-kumpaniji tal-grupp Mitsui kienu rrappurtaw kompletament u bl-eżattezza l-bejgħ tagħhom tal-furmaturi tal-kulur suwed fis-suq tal-Komunità, in-nuqqas ta' informazzjoni l-aktar dwar produzzjoni, struttura korporattiva u bejgħ għamluha impossibbli li jiġi stabbilit jekk il-bejgħ irrapurtat mill-grupp Mitsui kienx jirrapreżenta l-bejgħ kollu ta' Yanamoto lill-Komunità. Il-furmaturi tal-kulur suwed prodotti minn Yanamoto fil-Ġappun setgħu jiġu esportati lill-Komunità minn mogħdijiet oħra kemm direttament jew premezz ta' partijiet relatati. Produtturi oħra u/jew negożjanti setgħu kienu konnessi ma' Yanamoto u kienu qed jesportaw furmaturi tal-kulur suwed Ġappuniżi lejn il-Komunità, li kien jitlob deċiżjoni dwar prezz wieħed ta' l-esportazzjoni u marġini ta' ħsara individwali għall-grupp. In-nuqqas ta' data rilevanti biex tittieħed deċiżjoni individwali japplika għalhekk mhux biss għall-marġini tad-dumping iżda bl-istess mod għall-marġini tal-ħsara.

(184) Minħabba dan ta' fuq, Yamamoto titqies li bħala produttur esportatur li ma kkooperax għall-iskop tal-proċedura preżenti kontra d-dumping u għalhekk, ma ttieħdet ebda deċiżjoni individwali ta' marġini ta' ħsara għal din il-kumpanija.

(185) Skond dan li ntqal, il-livelli tat-tneħħija tal-ħsara ġew stabbiliti fuq il-bażi ta' l-ODB-1 u l-ODB-2 rispettivament billi tqabblet l-ispiża tal-produzzjoni flimkien ma' marġini raġonevoli ta' qligħ għal kull wieħed minn dawn it-tipi ta' furmaturi tal-kulur suwed prodotti mill-industrija tal-Komunità mal-prezz tal-bejgħ ta' l-istess tipi ta' prodott li qed jiġi kkunsidrat fil-livell ta' l-utent. Il-marġini tal-ħsara, i.e. din id-differenza mniżżla bħala persentaġġ tal-valur cif ta' l-oġġetti importati konċernati kienet bħala medja ta' 18,9 %.

2. Forma u livell tal-miżuri definitivi kontra d-dumping

(186) Minħabba li l-marġini tal-ħsara nstab li kien aktar baxx mill-marġini tad-dumping, id-dazju definitiv impost għandu jikkorrispondi għall-marġini tal-ħsara skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku.

(187) Għandu jiġi impost dazju definitiv ad valorem ta' 18.9 % ibbażat fuq id-deċiżjoni dwar il-bejgħ bit-telf u l-ħsara li tirriżulta minnu fuq il-furmaturi tal-kulur suwed li joriġinaw fil-Ġappun.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Dazju definitiv kontra d-dumping huwa b'dan impost fuq il-furmaturi tal-kulur suwed li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex29322980 (kodiċi TARIC: ara l-Anness) u li joriġinaw fil-Ġappun.

2. Għall-iskop tal-proċedura preżenti, furmatur tal-kulur iswed huwa furmatur tal-kulur kimiku li, meta użat biex jiksi l-karta għall-produzzjoni ta' karta għall-ikkupjar mingħajr karbonju jew karta termika jiġġenera bl-istess proprjetajiet tiegħu xbieha sewda fuq il-karta mingħajr ma jkun tħallat ma' furmaturi tal-kulur oħra u li għandu l-istruttura fluoran li ġejja:

+++++ TIFF +++++

R1 u R2 jistgħu ikunu identiċi jew differenti u għandhom jintgħażlu minn alkyl sostitwit jew mhux sostitwit jew gruppi aryl. Jistgħu wkoll jifformaw parti minn sistema ċirkolari. R3 għandu jintgħażel mill-idroġenu, alkyl sostitwit jew mhux sostitwit, aryl, gruppi alkoxy jew alloġeni. R3 huwa tipikament methyl jew grupp chloro. R4 għandu jintgħażel minn gruppi monoarylamino sostitwiti jew mhux sostiwiti. Jekk R3 huwa idroġenu mela R4 għandu jkun grupp monoarylamino sostitwit. R1, R2 u R4 ma jistgħux ikunu idroġenu. R5 huwa idroġenu jew alloġenu, tipikament idroġenu. Lista tal-furmaturi tal-kulur suwed identifikati hija pprovduta fl-Anness.

3. Għall-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju kontra l-bejgħ bit-telf applikabbli għall-prezz nett liberu-fil-fruntiera-tal-Komunità, qabel id-dazju huwa ta' 18,9 %.

4. Kemm-il darba mhux speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar dazji doganali li hemm fis-seħħ.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Védrine

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18).

[2] ĠU C 213, ta' l-24.7.1999, pp. 2 u 3.

[3] ĠU C 94, ta' l-1.4.2000, p. 5.

[4] Dawn it-tweġibiet ingħataw minn Mitsui & Co. Ltd fil-Ġappun u l-importaturi konnessi magħha (Mitsui & Co. Deutschland GmbH, Mitsui & Co. UK plc, Mitsui & Co. España SA, Mitsui & Co. Scandinavia AB (l-Isvezja) u Mitsui & Co. Franza SA (il-"grupp Mitsui"). Ġie dikjarat li Mitsui & Co. Ltd xtrat mingħand Yamamoto.

[5] Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2172/93 tat-30 ta' Lulju 1993 li jimponi dazji kontra l-bejgħ bit-telf provvizorji fuq importazzjoni ta' etanolamina li toriġina fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (ĠU L 195, ta' l-4.8.1993, p. 5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 229/94 (ĠU L 28, tat-2.2.1994, p. 40).

[6] Il-prezzijiet bejn l-1996 u l-1998 ma jinkludux l-Iswed 15, minħabba li ebda utent ma rrapporta importazzjoni ta' dak it-tip. F'kull każ, ukoll jekk il-prezzijiet ta' l-iswed 15 jitħallew barra mill-IP, il-prezz medju għall-IP ilaħħaq l-20,28 Euro/kg.

[7] Ebda utent ma pprovda informazjoni dwar l-importazzjoni ta' l-iswed 15 li oriġina fil-Ġappun bejn l-1996 u l-1998, iżda għall-IP biss. Għalhekk ma sata' tiġi stabbilita ebda evoluzzjoni tal-prezz għal dan it-tip.

[8] Il-figuri reali indiċjati għall-raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

[9] Id-data reali hija mogħtija fuq medda għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

[10] Id-data reali hija mogħtija fuq medda għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

[11] Id-data reali hija mogħtija fuq medda għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

[12] Id-data reali hija mogħtija fuq medda għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

[13] Id-data reali hija mogħtija fuq medda għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni kummerċjali | Numru tar-reġistru ta' astratt kimiku (Nru SAK) | Deskrizzjoni kimika | Kodiċi TARIC |

Iswed 15 | 36431–22–8 | 3-(Diethylamino)-6-methyl-7-(2,4-dimethylphenylamino) fluoran | 2932298035 |

Iswed 100 | 68134–61–2 | 3-(Diethylamino)-7-(3-trifluoromethylphenylamino) fluoran | 2932298060 |

Iswed 303 | 92814–52–3 | 3-(N-ethyl-N-isopentylamino)-7-(2-chlorophenylamino) fluoran | 2932298060 |

Iswed 305 | 129437–78–5 | 3-(Dipentylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298060 |

Iswed 500 | 93071–94–4 | 3-[N-ethyl N-(3-ethoxypropyl)amino]-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298060 |

CF-51 | 102232–11–1 | 3-(N-tetrahydrofurfuryl-N-ethylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298060 |

ETAC | 59129–79–2 | 3-(N-ethyl-N-p-tolylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298040 |

Fuji Iswed | 85443–45–4 | 3-(Diethylamino)-6-chloro-7-anilinofluoran | 2932298060 |

ODB | 29512–49–0 | 3-(Diethylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298060 |

ODB-2 | 89331–94–2 | 3-(Dibutylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298060 |

ODB-7 | 151019–95–3 | 3-(Diethylamino)-6-methyl-7-(3-methylphenylamino) fluoran | 2932298060 |

PSD 150 | 55250–84–5 | 3-(N-methyl-N-cyclohexylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298050 |

PSD 300A | 92409–09–1 | 3-(N-methyl-N-propylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298030 |

PSD 184 | 95235–29–3 | 3-(N-ethyl-N-isobutylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298045 |

S 205 | 70516–41–5 | 3-(N-ethyl-N-isopentylamino)-6-methyl-7-anilinofluoran | 2932298010 |

TH107 | 82137–81–3 | 3-(Dibutylamino)-7-(2-chlorophenylamino) fluoran | 2932298025 |

Kloroformi suwed oħrajn | | | 2932298060 |

--------------------------------------------------

Top