This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R2072
Commission Regulation (EC) No 2072/2000 of 29 September 2000 amending Regulation (EC) No 1898/97 laying down rules of application in the pigmeat sector for the arrangements covered by Council Regulation (EC) No 3066/95 and repealing Regulations (EEC) No 2698/93 and (EC) No 1590/94 and amending Regulation (EC) No 1585/2000 determining the extent to which applications lodged in July 2000 for import licences for certain pigmeat products under the regime provided for by the Agreements concluded by the Community with the Republic of Poland, the Republic of Hungary, the Czech Republic, Slovakia, Bulgaria and Romania can be accepted
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2072/2000 tad-29 ta’ Settembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/97 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 u jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1585/2000 li jistabbilixxi safejn jistgħu jiġu aċċettati applikazzjonijiet imressqa f’Lulju 2000 għal liċenzi ta’ l-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal taħt ir-reġim maħsub fil-Ftehim milħuq mill-Komunità mar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2072/2000 tad-29 ta’ Settembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/97 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 u jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1585/2000 li jistabbilixxi safejn jistgħu jiġu aċċettati applikazzjonijiet imressqa f’Lulju 2000 għal liċenzi ta’ l-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal taħt ir-reġim maħsub fil-Ftehim milħuq mill-Komunità mar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija
ĠU L 246, 30.9.2000, p. 34–37
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R2040
Official Journal L 246 , 30/09/2000 P. 0034 - 0037
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2072/2000 tad-29 ta’ Settembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/97 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 u jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1585/2000 li jistabbilixxi safejn jistgħu jiġu aċċettati applikazzjonijiet imressqa f’Lulju 2000 għal liċenzi ta’ l-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal taħt ir-reġim maħsub fil-Ftehim milħuq mill-Komunità mar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1727/2000 tal-31 ta Lulju 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunita għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżizzjonali, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli previsti fil-Ftehim ta’l-Ewropa ma’ l-Ungerija [1], u partikolarment Artikolu 1(3) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/97 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 618/98 [3] ĠU, jistabbilixxi regoli ta’l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti fil-Ftehim ta l-Ewropa. Dan għandu jiġi emendat skond id-dispożizzjonijiet dwar il-prodotti tal-laħam tal-majjal fir-Regolament (KE) Nru 1727/2000. (2) Il-ħlas lura ta’ dazji ta’l-importazzjoni fuq prodotti elenkati fil-lista fil-Parti A ta’ Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 1898/97 kif kien qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u importati taħt liċenzi użati mill-1 ta Lulju 2000 jaqgħu fl-ambitu ta’ Artikoli 878 u 898 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1602/2000 [5] (3) Sabiex jiġi żgurat l-immaniġġjar approprjat tal-kwantitajiet, jeħtieġ li tiġi ffissata data finali għall-validità tal-liċenzi fl-aħħar ta’ kull sena ta’ kwota. (4) Biex jiġi faċilitat in-negozju tal-laħam tal-majjal u biex jiġi armoniżżat il-livelli tal-garanziji għall-liċenzji ta’l-importazzjoni fis-setturi tal-laħam, jeħtieġ li jiġi rivedut il-livell tas-sigurtà fir-Regolament (KE) Nru 1898/97. (5) L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-1 ta Lulju 2000 b’mod parallel mar- Regolament (KE) Nru 1727/2000 hija meħtieġa. (6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2000 [6] jistabbilixxi l-kwantitajiet, skond ir-Regolament (KE) Nru 1898/97, disponibbli għall-perjodu mill-1 ta’Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2000. Dan għandu jiġi emendat skond il-kwantitajiet annwali ġodda mogħtija f’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. (7) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal. ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 1898/97 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. It-titolu qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej: "il-formulazzjoni ta’ regoli għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti koperti mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1727/2000 u (KE) Nru 3066/95 u r-revoka tar-Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94." 2. L-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 1 jiġi qed jinbidel hekk kif ġej: "Kull importazzjoni fil-Komunità taħt l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1727/2000 u (KE) Nru 3066/95 ta’ prodotti koperti mill-grupp Numri 1, 2, 3, 4, H1, 5, 6, 7, 8, 9, 10/11, 12/13, 14, 15, 16 u 17 kif previst f’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament huma soġġetti għal preżentazzjoni ta’ liċenza ta’l-importazzjoni." 3. Artikolu 5 qed jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 5 Għall-finijiet ta’l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 il-liċenzi ta’l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 150 ġurnata mid-data proprja tal-ħruġ tagħhom. Iżda, l-liċenzi ma jkunux validi wara t-30 ta Ġunju tas-sena tal-ħruġ. Il-liċenzi ma jkunux trasferibbli." 4. Artikolu 6 qed jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 6 Garanzija ta’ 20 EUR għal kull 100 kg għandha tiġi depożitata kontra l-applikazzjonijiet għal liċenzi ta’l-importazzjoni għal kull prodott indikat fl-Artikolu 1." 5. Il-parti A ta’l-Anness qed tinbidel b’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Anness II tr-Regolament (KE) Nru 1585/2000 qed jinbidel b’Anness II għal dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tieġħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu jgħodd b’effett mill-1 ta Lulju 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fil-Pajjiżi Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Settembru 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 198, ta’ l-4.8.2000, p. 6. [2] ĠU L 267, tat-30.9.1997, p. 58. [3] ĠU L 82, tad-19.3.1998, p. 35. [4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. [5] ĠU L 188, tas-26.7.2000, p. 1. [6] ĠU L 181, ta’ l-20.7.2000, p. 53. -------------------------------------------------- ANNESS 1 "A. PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-UNGERIJA In-numru ta'l-Ordni | In-numru tal-grupp | Il-kodiċI NM | Id-deskrizzjoni [1] | Id-dazju applikabbli | Il-kwantità annwali mill-1.7.2000 | L-awment annwali mill-1.7.2001 | Disposiz- | 09.4705 | 1 | 1601009116010099 | Iz-zalzett, niexef jew mod ieħor | Bla dazju | 8750 | 875 | [2] | 09.4706 | 2 | 1602411016024210160249111602491316024915160249191602493016024950 | Preparati oħra, laħam preservat ta' majjal domestiku | Bla dazju | 900 | 90 | [2] | 09.4704 | 3 | 02101111021012110210194002101951 | Laħam tal-majjal domestiku, immellaħ jew fis-salmura. | Bla dazju | 1000 | 100 | [2] | 09.4708 | 4 | ex0203 | Laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Bla dazju | 40000 | 4000 | [2] [3] | 09.4727 | H1 | 15010019 | Grass tal-majjal (inkluż ix-xaħam), oħrajn | 164 EUR/t | 2400 | 240 | | [1] "Minkejja r-regoli għall-interprezzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jiġi kkunsidrat li m'għandu ebda siwi ħlief dak indikattiv, waqt li s-sistema preferenzjali tiġi stabbilita, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien. [2] "Din il-konċessjoni tapplika biss għall-prodotti li ma jibbenefikawx minn rifużjoni ta'l-esportazzjoni [3] "Eskluż it-"tenderloin" ippreżentat għalih waħdu." -------------------------------------------------- ANNESS II (t) | In-Nru tal-Grupp | Il-kwantità totali disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2000 | 1 | 3289,5 | 2 | 301,9 | 3 | 490,0 | 4 | 14668,7 | H1 | 1200,0 | 5 | 1875,0 | 6 | 1297,0 | 7 | 5190,5 | 8 | 875,0 | 9 | 6375,0 | 10/11 | 3282,5 | 12/13 | 1437,5 | 14 | 187,5 | 15 | 562,5 | 16 | 1062,5 | 17 | 7812,5 | --------------------------------------------------