Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0475

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 475/2000 tat-28 ta' Frar 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3605/93 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' sbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej.

    ĠU L 58, 3.3.2000, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/05/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/475/oj

    32000R0475



    Official Journal L 058 , 03/03/2000 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 475/2000

    tat-28 ta' Frar 2000

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3605/93 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' sbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej.

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment it-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 104(14),

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

    Billi:

    (1) Id-definizzjonjiet ta' "gvern", "sbilanċ" u "investiment" huma preskritti fil-Protokoll dwar il-proċedura ta' sbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u fir-Regolament (KE) Nru 3605/93 [2] b'riferenza għas-sistema Ewropea ta' kontijiet ekonomiċi integrati; ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 [3] biddel din is-sistema fis-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (minn issa 'l quddiem riferita bħala s-"ESA 95").

    (2) Id-definizzjoni ta' "dejn tal-gvern" preskritta fil-Protokoll dwar il-proċedura ta' sbilanċ eċċessiv u fir-Regolament (KE) No 3605/93 teħtieġ li tiġi mwessgħa iktar b'riferenza għall-kodiċijiet ta' klassifika tas-ESA 95; fil-każ ta' derivati finanzjarji, kif definiti fis-ESA 95, ma hemm l-ebda valur nominali identiku għal dak ta' strumenti oħra ta' dejn; għalhekk, derivati finanzjarji ma għandhomx jiġu inklużi mal-obbligazzjonijiet li jiffurmaw id-dejn tal-gvern għall-għanijiet tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' sbilanċ eċċessiv; għal obbligazzjonijiet li huma bla ħsara għal ftehimijiet li jiffissaw ir-rata tal-kambju, din ir-rata għandha tiġi meqjusa fil-konverżjoni tal-flus f'munita nazzjonali.

    (3) Is-ESA 95 tipprovdi definizzjoni dettaljata tal-prodott gross domestiku bil-prezzijiet korrenti tas-suq, li tixraq għall-kalkolu tal-proporzjonijiet ta' sbilanċ tal-gvern għall-prodott gross domestiku u tad-dejn tal-gvern għall-prodott gross dometiku msemmi fl-Artikolu 104 tat-Trattat.

    (4) In-nefqa konsolidata fuq imgħax tal-gvern hija indikatur importanti għas-sorveljanza tas-sitwazzjoni ta' l-istimi fl-Istati Membri; nefqa fuq l-imgħax hija fiha nfisha barbuta intrinsikament mad-dejn tal-gvern; id-dejn tal-gvern li jrid jiġi rappurtat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri irid ikun konsolidat fis-settur tal-gvern; il-livelli tad-dejn tal-gvern u tan-nefqa fuq l-imgħax għandhom ikunu konsistenti bejn xulxin; il-metodoloġija tas-ESA 95 (punt 1.58) tagħraf illi, għal ċerti tipi ta' analiżi, l-aggregati konsilidati huma iktar sinifikanti minn ċifri grossi ġenerali; il-mod li bih iċ-ċifri dwar in-nefqa fuq l-imgħax iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għandha tiġi ċċarata.

    (5) Id-definizzjonijiet u l-kodiċijiet ta' klassifika fis-ESA 95 jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-kuntest ta' l-armonizzazzjoni meħtieġa fl-istatistika nazzjonali jew għal raġunijiet oħra; ir-reviżjonijiet tas-ESA 95 jew l-emendi għall-metodoloġija tagħha jiġu deċiżi mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skond ir-regoli ta' kompetenza u ta' proċedura preskritti fit-Trattat u fir-Regolament (KE) Nru 2223/96.

    (6) L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 jistipola li s-sistema Ewropea ta' qabel, ta' kontijiet ekonomiċi integrati, kellha tkompli tintuża għall-iskopijiet tar-rapporti ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' deficit eċċessiv matul perjodu transitorju sa l-eżerċizzjoni tar-rappurtar ta' l-ta' Settembru 1999,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 3605/93 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

    1. L-Artikoli 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti bit-test li ġej:

    "L-Artikolu 1

    1. Għall-għanijiet tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' sbilanċ eċċessiv u ta' dan ir-Regolament, it-termini mogħtija fil-paragrafi li ġejjin huma definiti skond is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (minn issa "l quddiem imsejħa s-"ESA 95), adottata bir-Regolament (KE) Nru 2223/96 [4]. Il-kodiċijiet ta' bejn il-parentesi jirreferu għas-ESA 95.

    2. "Gvern" tfisser is-settur tal-"gvern ġenerali" (S.13), jiġifieri l-"gvern ċentrali" (S.1311), "gvern statali" (S.1312), "gvern lokali" (S.1313) u "fondi ta' sigurta soċjali" (S.1314), bl-esklużjoni ta' operati kummerċjali, kif definiti fis-ESA 95.

    It-tħollija barra ta' operati kummerċjali tfisser illi s-settur tal-"gvern ġenerali" (S.13) jikkomprendi biss dawk l-unitajiet istituzzjonali li jipproduċu servizzi mhux tas-suq bħala l-attivitá ewlenija tagħhom.

    3. "Sbilanċ (bilanċ favorevoli) tal-gvern" tfisser is-self missellef nett (self misluf nett) (B.9) tas-settur "gvern ġenerali" (S.13), kif definit fis-ESA 95. L-imgħax kompriż fl-isbilanċ tal-gvern huwa l-imgħax (D.41), kif definit fis-ESA 95.

    4. "Investiment tal-gvern" tfisser il-formazzjoni ta' kapital gross fiss (P.51) fis-settur tal-"gvern ġenerali" (S.13), kif definit fis-ESA 95.

    5. "Dejn tal-gvern" tfisser id-dejn totali gross bil-valur nominali li jifdal fl-aħħar tas-sena tas-settur "gvern ġenerali" (S.13), minbarra dawk l-obbligazzjonijiet li l-assi finanzjarji korrespondenti tagħhom huma miżmuma mis-settur "gvern ġenerali" (S.13).

    Id-dejn tal-gvern jinbena bl-obbligazzjonijiet tal-gvern ġenerali fil-kategoriji li ġejjin: muniti u depożiti (AF.2); sigurtajiet oħra għajr ishma, minbarra derivati finanzjarji (AF.33) u self (AF.4), kif definiti fis-ESA 95.

    Il-valur nominali ta' obbligazzjonijiet li jibqgħu fl-aħħar tas-sena huwa l-valur fuq il-wiċċ.

    Il-valur nominali ta' obbligazzjonijiet magħquda ma' indiċi jikkorrespondi għall-valur fuq il-wiċċ tagħha aġġustat bil-bidla relatata ma' l-indiċi fil-valur tal-kapital prinċipali milħuq sa l-aħħar tas-sena.

    Obbligazzjonijiet denominati f'muniti barranija, jew skambjati minn muniti barranija permezz ta' ftehimijiet kontrattwali f'munita barranija oħra jew iktar għandhom jiġu konvertiti f'dawn il-muniti barranin bil-valur miftiehem fil-kuntratti tagħhom u għandhom jiġu maqluba għall-munita nazzjonali a bażi tar-rata ta' skambju rappreżentattiva tas-suq li tipprevali fl-aħħar jum tax-xogħol ta' kull sena.

    Obbligazzjonijiet denominati fil-munita nazzjonali u skambjati permezz ta' ftehimijiet kontrattwali għandhom jiġu konvertiti fil-muniti barranija bir-rata miftiehma f'dawn il-kuntratti u għandhom jinqalbu fil-munita nazzjonali a bażi tar-rata rappreżentattiva tal-kambju tas-suq kif tipprevali fl-aħħar jum tax-xogħol ta' kull sena.

    Obbligazzjonijiet denominati f'muniti barranija u skambjati permezz ta' ftehimijiet kontrattwali għandhom jiġu konvertiti fil-munita nazzjonali skond ir-rata miftiehma f'dawn il-kuntratti.

    Artikolu 2

    1. Għall-għanijiet tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' sbilanċ eċċessiv u ta' dan ir-Regolament, prodott gross domestiku ifisser il-prodott gorss domestiku fil-prezzijiet kurrenti tas-suq (PGD mp) (B.1*g), kif definit fis-ESA 95."

    2. Fl-Artikolu 4(2), fl-aħħar tat-tieni inċiż, it-termini "sotto-setturi S61, S62 u S63" għandhom jiġu sostitwiti b' "sotto-setturi S.1311, S.1312, S.1313 u S.1314".

    3. Fl-aħħar ta' l-Artikolu 5, il-kelmiet "u nefqa fuq l-imgħax" għandhom jiġu mibdula bi "u nefqa fuq l-imgħax (konsolidata)".

    4. L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

    "L-Artikolu 7

    Fil-każ ta' reviżjoni tas-ESA 95 jew ta' emenda għall-metodoloġija tagħha li tiġi deċiża mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skond ir-regoli ta' kompetenza u ta' proċedura preskritti fit-Trattat u fir-Regolament (KE) Nru 2223/96, il-Kummissjoni għandha ddaħħal ir-riferenzi ġodda għas-ESA 95 fl-Artikoli 1, 2 u 4."

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-ta' Jannar 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Iffirmat fi Brussel, fit-28 ta' Frar 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Pina Moura

    [1] Opinjoni migħtija fis-17 ta' Frar 2000 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

    [3] ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

    [4] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top