Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000Q1010(01)

    Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l- implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

    ĠU L 256, 10.10.2000, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2008; Mibdul minn 32008Q0610(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2000/1010/oj

    32000Q1010(01)



    Official Journal L 256 , 10/10/2000 P. 0019 - 0020


    Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni

    dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l- implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

    1. Skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [1], il-Parlament Ewropew għandu jiġi Infurmat mill-Kummissjoni fuq bażi regolari bil-proċedimenti tal-kumitati involuti fi proċeduri ta' kumitat. Għal dak il-għan, huwa għandu jirċievi, fl-istess waqt bħall-membri tal-kumitati u skond l-istess kondizzjonijiet, l-abbozz ta' l-aġendi għal-laqgħat ta' kumitati, l-abbozz tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni mressqa quddiem il-kumitati skond l-istrumenti bażiċi adottati bil-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE, u r-riżultati tal-votazzjoni u r-rekords sommarji tal-laqgħat u l-listi ta' l-awtoritajiet li għalihom jappartJenu l-persuni nominati mill-Istati Membri biex jirrappreżentawhom.

    2. Barra min hekk, il-Kummissjoni taqbel li tibgħat lill-Parlament Ewropew, bħala tagħrif, fuq it-talba tal-kumitat parlamentari responsabbli, abbozzi ta speċifiċi ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' strumenti bażiċi li, għalkemm mhux adottati skond il-proċedura tal-ko-deċiżjoni, ikunu ta' importanza partikolari għall-Parlament Ewropew. Skond is-sentenza tal-Qorti tal-Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taD-19 ta' Lulju 1999 (Każ T-188/97, Rothmans v Kummissjoni) [2], il-Parlament Ewropew jista’ jitlob aċċess għall-minuti tal-laqgħat tal-kumitati.

    3. Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jqisu li l-ftehim li ġejjin ġew sorpassati u għalhekk m'għandhom ebda effett safejn huma stess huMa kkonċernati: il-ftehim Plumb/Delors ta'l-1998, il-ftehim Samland/Williamson ta' l-1996 u l-modus vivendi ta' l-1994 [3].

    4. La darba jkunu saru l-arranġamenti tekniċi aDdattati, id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE jintbagħtu elettronikament. Id-dokumenti konfidenzjali għandhom jiġu pproċessati skond il-proċeduri amministrattivi interni imħejjija minn kull istituzzjoni bil-għan li jiġu Pprovduti l-garanziji kollha meħtieġa.

    5. Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Parlament Ewropew jista’ jindika, f'riżoluzzjoni li tispjega r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, li l-abbozz tal-miżuri għall-implimentazzjoni ta' strument bażiku adottat bil-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti f'dak l-istrument bażiku.

    6. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta riżoluzzjonijiet bħal dawn fil-plenarja; huwa għandu jkollu perjodu ta' xahar biex jagħmel dan, li jibda jgħodd mid-data li fiha jirċievi l-abbozz finali tal-miżuri ta' implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi ppreżentati lill-Kummissjoni.

    7. F'każijiet urġenti, u fil-każ ta' miżuri relatati ma’ kwistjonijiet amministrattivi ta' kuljum u/jew li jkollhom perjodu limitat ta' validità, il-limitu ta' żmien ikun iqsar. Il-limitu ta' żmien jista’ jkun qasir ħafna f'każi tassew urġenti, u b'mod partikolari minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika. Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien addattat u jiddikjara r-raġuni għal dak il-limitu ta' żmien. Il-Parlament Ewropew jista’ mbagħad juża proċedura li biha l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fil-limitu ta' żmien relevanti, tista’ tiġi ddelegata lill-kumitat parlamentari responsabbli.

    8. Wara l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew ta' riżoluzzjoni li tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom tkun imsejsa, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jew, fejn approprjat, lill-kumitat parlamentari responsabbli, bl-azzjoni li l-Kummissjoni tkun bi ħsiebha tieħu dwarha.

    9. Il-Parlament Ewropew jappoġġja l-għan u l-proċeduri stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Nru 2 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [4]. Dik id-Dikjarazzjoni hija mmirata biex tissimplifika l-arranġamenti ta' implimentazzjoni Komunitarji billi tagħmel il-proċeduri tal-kumitati li fil-preżent huma fis-seħħ konformi ma’ dawk li jinsabu fid-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    [1] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

    [2] (1999) KER II-2463.

    [3] ĠU Ċ102, ta' l-4.4.1996, pġ. 1.

    [4] ĠU C 203, tas-17.7.1999, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    Top