Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0430

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 1999/710/KE dwar listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ terzi pajjiżi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam (notifikat bħala d-dokument numru C(2000) 1846)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 170, 11.7.2000, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/430/oj

    32000D0430



    Official Journal L 170 , 11/07/2000 P. 0014 - 0014


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta’ Lulju 2000

    li temenda d-Deċiżjoni 1999/710/KE dwar listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ terzi pajjiżi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam

    (notifikat bħala d-dokument numru C(2000) 1846)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2000/430/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju ta’ l-1995 dwar il-kondizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita, għal perjodu ta’ transizzjoni, ta’ listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn liema l-Istati Membri huma awtoriżżati sabiex jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski ħajjin b’żewġ valvi [1], kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 98/603/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 7 ta’ l-istess,

    Billi:

    (1) Lista proviżorja ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1997/710/KE [3].

    (2) Ir-Rumanija bagħtet lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam u rigward liema l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbilimenti huma inkonformità mar-regoli tal-Komunità.

    (3) Listi proviżorji ta’ stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam jistgħu għalhekk jiġu stabbilit għar-Rumanija in konformità mal-proċedura stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KEE fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi.

    (4) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma inkonformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud ma’ l-Anness għad-Deċiżjoni 1999/710/KE.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Lulju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

    [2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36.

    [3] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 82.

    --------------------------------------------------

    ANEXOBILAGANHANGΠAPAPTHMAANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEWLIITEBILAGA

    Pais: RUMANIALand: RUMÆNIENLand: RUMÄNIENXwpa: POYMANIACountry: ROMANIAPays: ROUMANIEPaese: ROMANIALand: ROEMENIËPais: ROMÉNIAMaa: ROMANIALand: RUMÄNIEN

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

    A 69 | Agricola International SA | Bacau | Bacau | MP | 7 |

    --------------------------------------------------

    Top