EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0426

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 1999/659/KE li tagħti allokazzjoni indikattiva minn Stati Membri ta’ l-allokazzjonijiet taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Taqsima Gwida għal miżuri għal l-iżvilup rurali għall-perijodu 2000 sa 2006 (notifikat bid-dokument numru K(2000) 1648)

ĠU L 165, 6.7.2000, p. 33–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/426/oj

32000D0426



Official Journal L 165 , 06/07/2000 P. 0033 - 0035


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Ġunju 2000

li temenda d-Deċiżjoni 1999/659/KE li tagħti allokazzjoni indikattiva minn Stati Membri ta’ l-allokazzjonijiet taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Taqsima Gwida għal miżuri għal l-iżvilup rurali għall-perijodu 2000 sa 2006

(notifikat bid-dokument numru K(2000) 1648)

(2000/426/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għal l-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 1999/659/KE [2], il-Kummissjoni ddeterminat l-allokazzjonijiet inizjali lil l-Istati Membri għal miżuri ta’ żvilup rurali iffinanzjat parzjalment minn l-FAEGG Taqsima Garanzija għall-perijodu 2000 sa 2006.

(2) Għar-raġuni ta’ kjarifika u trasparenza, l-ispejjeż li huma skond il-fondi allokati lil l-Istati Membri minn dik id-Deċiżjoni għandhom ikunu speċifikati.

(3) Pagamenti minn l-FAEGG Taqsima Garanzija għal miżuri li jakkompanjaw skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92, (KEE) Nru 2079/92 u (KEE) Nru 2080/92 [3], imħassra fl-1 ta’ Jannar 2000, jibqaw isiru għal l-2000 u snin ta’ bilanċ segwenti. Il-fondi allokati lil l-Istati Membri għall-perijodu 2000 sa 2006 ukoll ikopru l-ispejjeż.

(4) L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 tas-16 ta’ Frar 1996 fuq data biex jintbagħtu minn l-Istati Membri u r-riżerva bill-quddiem ta’ kull xahar għan-nefqa finanzjarja skond it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu u ta’ Garanzija (FAEGG) [4], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2761/1999 [5] li jgħid li għal sena n, għandhom jiġu meqjusin l-ispejjeż effetti minn l-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru tas-sena n-1 sa l-15 ta’ Ottubru tas-sena n. Bħala konsegwenza, spejjeż involuti minn l-FAEGG Taqsima Ta’ Garanzija fuq miżuri skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 2078/92, (KEE) Nru 2079/92 u (KEE) Nru 2080/92 mis-16 ta’ Ottubru 1999 jaqaw fill-bilanċ annwali ta’ l-2000 u għandhom jiġu meqjusa skond l-allokazzjoni għall-perijodu 2000 sa 2006. Aktar minn hekk, pagamenti magħmula minn l-aġenziji ta’ ħlas mis-16 ta’ Ottubru 2006 sa l-31 ta’ Diċembru 2006 għandhom ikunu iċċarġjati kontra l-bilanċ annwali ta’ l-2007.

(5) Joħroġ ukoll li t-tabella fl-Anness tad-Deċizjoni li tistipula l-allokazzjonalijiet inizjali lil l-Istati Membri ma tħallix li l-ogħla livelli tal-bilanċ annwali jiġu ikkalkulati eżatti. Dik it-tabella għandha tkun mibdula kif suppost minn tabella aktar dettaljata fejn jiġu stipulati l-ammonti li m’għandhomx ikunu eċċeduti minn kull Stat Membru kull sena,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 1999/659/KE hi emendata kif ġej:

1. Il-paragrafi segwenti huma miżjuda ma’ l-Artikolu 1:

"L-allokazzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandu jkopri wkoll:

(a) spejjeż li ntefqu mill-FAEGG Taqsima ta’ Garanzija ta’ miżuri li jakkompanjaw skod ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92, (KEE) Nru 2079/92 u (KEE) Nru 2080/92 mill-bilanċ annwali ta’ l-2000 u, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96, pagamenti minn l-aġenziji ta’ ħlas mis-16 ta’ Ottubru 1999;

(b) il-miżuri l-oħra ta’ żvilup rurali approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2000 u inklużi fil-programm ġdid skond l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2603/1999 [6].

Għall-perijodu tas-16 ta’ Ottubru 2006, l-ammont massimu eleġibbli taħt il-FAEGG għal l-ispejjeż imħallsa minn l-aġenziji ta’ ħlas ta’ l-Istati Membri ma’ jistawx jeċċedu l-ispejjeż totali meħuda minn dawk l-Istati Membri fill-perijodu 16 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1999."

2. It-tabella fl-Anness tiġi mibdula minn dik stipulata fl-Anness hawnhekk.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Ġunju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[2] ĠU L 259, tas-6.10.1999, p. 27.

[3] ĠU L 215, tat- 30.7.1992, pp. 85, 91 u 96.

[4] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 5.

[5] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 57.

[6] ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 26.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Appoġġ għall-iżvillup rurali (2000 sa 2006)

Allokazzjonijiet annwali lill-Istati Membri

(miljun EUR) |

L-għola livell | Medja annwali (prezzijiet ta' l-1999) | Allokazzjonijiet finanzjarji (miljun EUR) |

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

R 1(b) (prezzijiet ta' l-1999) | 4300 | 4320 | 4330 | 4340 | 4350 | 4360 | 4370 |

Deflator | | 1,02000 | 1,04040 | 1,06121 | 1,08243 | 1,10408 | 1,12616 | 1,14869 |

R 1(b) (prezzijiet kurrenti) | | 4386,0 | 4494,5 | 4595,0 | 4697,8 | 4802,8 | 4910,1 | 5019,8 |

Il-Belġju | 50 | 50,5 | 51,8 | 52,9 | 54,1 | 55,3 | 56,6 | 57,8 |

Id-Danimarka | 46 | 46,5 | 47,6 | 48,7 | 49,8 | 50,9 | 52,1 | 53,2 |

Il-Ġermanja | 700 | 707,6 | 725,1 | 741,3 | 757,9 | 774,8 | 792,1 | 809,8 |

Il-Greċja | 131 | 132,4 | 135,7 | 138,7 | 141,8 | 145,0 | 148,2 | 151,6 |

Spanja | 459 | 464,0 | 475,4 | 486,1 | 497,0 | 508,1 | 519,4 | 531,0 |

Franza | 760 | 768,2 | 787,2 | 804,8 | 822,8 | 841,2 | 860,0 | 879,2 |

L-Irlanda | 315 | 318,4 | 326,3 | 333,6 | 341,0 | 348,7 | 356,5 | 364,4 |

L-Italja | 595 | 601,4 | 616,3 | 630,1 | 644,2 | 658,6 | 673,3 | 688,4 |

Il-Lussemburgu | 12 | 12,1 | 12,4 | 12,7 | 13,0 | 13,3 | 13,6 | 13,9 |

L-Olanda | 55 | 55,6 | 57,0 | 58,2 | 59,5 | 60,9 | 62,2 | 63,6 |

Awstrija | 423 | 427,6 | 438,2 | 448,0 | 458,0 | 468,2 | 478,7 | 489,4 |

Il-Portugall | 200 | 202,2 | 207,2 | 211,8 | 216,5 | 221,4 | 226,3 | 231,4 |

Finlandja | 290 | 293,1 | 300,4 | 307,1 | 314,0 | 321,0 | 328,2 | 335,5 |

Svezja | 149 | 150,6 | 154,3 | 157,8 | 161,3 | 164,9 | 168,6 | 172,4 |

Ir-Renju Unit | 154 | 155,7 | 159,5 | 163,1 | 166,7 | 170,5 | 174,3 | 178,2 |

Total | 4 339 | 4386,0 | 4494,5 | 4595,0 | 4697,8 | 4802,8 | 4910,1 | 5019,8 |

--------------------------------------------------

Top