Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0265

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 dwar it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-budget tat-treġija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, li jirrelataw għall-istallazzjoni u l-ħidma ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen, Sisnet

    ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/11/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/265/oj

    32000D0265



    Official Journal L 085 , 06/04/2000 P. 0012 - 0020


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-27 ta' Marzu 2000

    dwar it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-budget tat-treġija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, li jirrelataw għall-istallazzjoni u l-ħidma ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen, "Sisnet"

    (2000/265/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-ewwel sentenza tat-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jista'bbilixxi l-Komunità Ewropea, li tintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ "il-Protokoll ta' Schengen"),

    Billi:

    (1) Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill kien awtorizzat bid-Deċiżjoni 1999/870/KE [1] sabiex jaġixxi, fil-kuntest ta' l-integrazzjoni ta' l-Acquis ta' Schengen fi ħdan l-Unjoni Ewropea, bħala rappreżentant ta' ċerti Stati Membri għall-għanijiet li jikkonkludi kuntratti relatati ma' l-istallazzjoni u l-ħidma ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen (minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ "Sisnet") u biex jimmaniġġja dawn il-kuntratti.

    (2) L-obbligi finanzjarji li joħorġu minn dawn il-kuntratti m'humiex merfugħin mill-budget ta' l-Unjoni Ewropea; għalhekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [2] ma japplikawx.

    (3) Huwa meħtieġ għalhekk li jitwaqqfu regoli speċifiċi sabiex jiddefinixxu l-proċeduri dettaljati għat-twaqqif u implimentazzjoni tal-budget meħtieġa biex jilħqu kull spiża jiltaqgħu magħhom fil-korsa li jkunu konklużi l-kuntratti, l-obbligi li joħorġu minn dawn il-kuntratti, la darba konklużi, biex jirkupraw il-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati konċernati u għall-preżentazzjoni u awditjar tal-kontijiet.

    (4) Huwa meħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti r-regoli applikabbli għall-konklużjoni ta' dawn il-kuntratti.

    (5) Din id-Deċiżjoni hija żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll ta' Schengen,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    KAPITOLU I

    Prinċipji ġenerali

    Artikolu 1

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament Finanzjarju, "l-budget" huwa l-istrument li jpoġġi t-tbassir ta', u jawtorizza minn qabel, għal kull sena finanzjarja, id-dħul u infiq meħtieġ sabiex jintlaħqu l-obbligazzjonijiet li jitqajjmu fil-kuntratti li saret referenza għalihom fid-Deċiżjoni 1999/870/KE.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament Finanzjarju jista'bbilixxi regoli dettaljati għall-konklużjoni ta' kuntratti relatati mas-Sisnet u għat-twaqqif u implimentazzjoni tal-budget meħtieġa f'relazzjoni ma' dawn il-kuntratti.

    Artikolu 3

    1. Il-budget għandu jinqasam f'titoli li jkopru l-budget relatati mal-passi preparatorji li jwasslu għall-konklużjoni tal-kuntratti in kwistjoni, li jinkludu kull spiża li tinqala' waqt il-preparament tas-sejħa għall-offerti b'rispett tas-Sisnet, l-budget ta' l-istallazzjoni u l-budget operattivi għas-Sisnet. Jekk huwa meħtieġ, kull titolu għandu jkun sottodiviż f'kapitoli u artikoli.

    2. Approprjazzjonijiet miftuħin taħt kull titolu ma jistgħux ikunu assenjati għal titoli oħrajn ta' infiq.

    Artikolu 4

    L-approprjazzjonijiet tal-budget għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipji ta' treġija finanzjarja tajba, u b'mod partikolari dawk ta' ekonomija u cost-effectiveness.

    Artikolu 5

    L-ebda dħul m'għandux jinġabar u l-ebda spiża m'għandha titħallas jekk kemm-il darba akkreditata għal, jew miżmuma kontra, artikolu fl-budget.

    Bla ħsara għall-Artikolu 17, l-ebda spiża ma' tista' tiħallas jew tkun awtorizzata li tkun akbar mill-approprjazzjonijiet awtorizzati.

    Artikolu 6

    1. Suġġett għall-Artikolu 17, kull dħul u spiża għandhom jiddaħħlu kollha kemm huma fil-budget u fil-kontijiet mingħajr ebda aġġustament kontra xulxin. Id-dħul totali għandu jkopri l-infiq totali.

    2. Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 Jannar sal-31 ta' Diċembru.

    3. Kull kontribuzzjoni għall-budget mill-Istati li saret referenza għalihom fl-Artikolu 25 imħallsa qabel il-bidu tas-sena finanzjarja li tikkonċerna lilhom għandha tkun akkredita għall-budget ta' dik is-sena finanzjarja.

    4. L-ispiża ta' sena finanzjarja għandha tkun imdaħħla fil-kontijiet ta' dik is-sena abbażi ta' l-ispiża li l-kontrollur finanzjarju jkun irċieva awtorizzazzjoni għaliha mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru u li l-pagamenti korrespondenti għalihom saru mill-uffiċjal tal-kontijiet qabel il-15 ta' Jannar li jkun imiss.

    5. L-approprjazzjonijiet assenjati jistgħu jintużaw biss biex ikopru l-ispejjeż imdaħħlin sew u imħallsin fis-sena finanzjarja li għalihom ingħataw, ħlief kif imsemmija b'mod ieħor fl-Artikolu 7, u biex ikopru d-djun relatati mas-snin finanzjarji ta' qabel li għalihom ma kienet imġedda l-ebda approprjazzjoni.

    Artikolu 7

    1. Ir-regoli li ġejjin għandhom jirregolaw l-użu ta' l-approprjazzjonijiet:

    (a) approprjazzjonijiet li għadhom ma tħallsux fl-aħħar tas-sena finanzjarja li kienu mdaħħla fiha għandhom, bħala regola, jagħlqu;

    (b) approprjazzjonijiet b'rispett għal pagamenti li għadhom ma tħallsux sal-31 ta' Diċembru b'virtu ta' l-obbligi li ddaħlu għalihom bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru għandhom awtomatikament jinġiebu ‘l quddiem għas-sena finanzjarja li jkun imiss biss.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jista' jibgħat lill-Grupp tax-Xogħol tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Grupp tax-Xogħol SIS", qabel l-31 ta' Jannar, talbiet sustanzjati sabiex jinġiebu l-quddiem għas-sena finanzjarja li jkun imiss approprjazzjonijiet li ma jkunux saru sal-31 ta' Diċembru, meta l-approprjazzjonijiet li jipprovdu għalihom it-titoli konċernati fl-budget għas-sena finanzjarja li jkun imiss ma jkoprux il-ħtiġijiet.

    It-trasferiment ta' dawn l-approprjazzjonijiet tkun tista' tiġi proposta biss għall-raġunijiet eċċezzjonali.

    Fit-tħaddim tal-poteri tiegħu li jimplimenta l-budget, id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu, skond il-ħtiġijiet tal-ġestjoni, jipprova juża l-ewwel l-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u ma jużax l-approprjazzjonijiet trasferiti sakemm dawk ta' qabel jinħlew.

    Il-Grupp tax-Xogħol SIS għandu jaġixxi fuq dawn it-talbiet għat-trasferiment sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu.

    3. Approprjazzjonijiet trasferiti minn sena finanzjarja għal dik li jmiss jagħlqu jekk ma jkunux obbligati sa l-aħħar tas-sena finanzjarja li kienu trasferiti fiha.

    4. Lista ta' l-approprjazzjonijiet li għandhom ikunu trasferiti awtomatikament skond il-paragrafu 1(b) għandhom jintbagħtu lill-Grupp tax-Xogħol SIS għall-informazzjoni qabel l-1 ta' Marzu.

    5. Għall-għan li jkun implimentat il-budget, l-użu ta' approprjazzjonijiet trasferiti għandhom jintwerew separatament, għal kull item tal-budget, fil-kontijiet għas-sena finanzjarja kurrenti.

    KAPITOLU II

    Twaqqif tal-budget

    Artikolu 8

    1. Il-budget għandu jkun ippreparat f'euro.

    2. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jibgħat l-abbozz preliminari tal-budget lill-Grupp tax-Xogħol SIS qabel it-30 ta' Settembru u jehmeż memorandum ta' spjegazzjoni.

    3. Il-Grupp tax-Xogħol SIS għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dak l-abbozz preliminari.

    4. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jwaqqaf l-abbozz tal-budget u jibgħatu lill-Istati msemmija fl-Artikolu 25 sal-31 ta' Ottubru.

    5. L-Istati Membri li saret referenza għalihom fl-Artikolu 25, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, għandhom jadattaw l-budget qabel l-aħħar tas-sena.

    6. Id-Deċiżjoni li jadottaw il-budget, notifikata kif suppost mid-Deputat Segretarju Ġenerali lill-Istati msemmija fl-Artikolu 25, għandha timmarka l-punt li fih il-kontribuzzjonijiet ta' dawk l-Istati jkunu jagħlqu.

    Artikolu 9

    1. Jekk il-budget ma kienx adottat finalment fil-bidu tas-sena finanzjarja:

    (a) jistgħu jsiru pagamenti sa wieħed minn kull tnax, kull xahar, ta' l-approprjazzjoni totali awtorizzata għal kull titolu tal-budget għas-sena finanzjarja preċedenti; u

    (b) il-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati msemmija fl-Artikolu 25 jistgħu jissejjħu sa wieħed minn kull tnax, kull xahar, tal-kontribuzzjonijiet imħallsa taħt l-aħħar budget adottat.

    2. Kull Deċiżjoni li jintuża wieħed minn kull tnax ta' nfiq u dħul, sa total ta' tlieta minn kull tnax ta' l-ammonti mdaħħla fl-aħħar budget adottat, għandha tittieħed mid-Deputat Segretarju Ġenerali, li għandu jibgħatha, permezz ta' ittra lill-Istati msemmija fl-Artikolu 25.

    3. Il-fuq mill-limitu ta' tlieta minn kull tnax ta' l-ammonti mdaħħla fl-aħħar budget adottat, kull deċiżjoni li tawtorizza pagamenti u ssejjaħ kontribuzzjonijiet għandha tittieħed mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill.

    4. Kull miżura meħuda skond il-paragrafi 1, 2 u 3 għandha titwaqqaf minnufih fl-adozzjoni finali tal-budget.

    Artikolu 10

    1. Kull abbozz supplimentari jew li jemenda l-budget għandu jkun sottomess, eżaminat u adottat fl-istess forma u bl-użu ta' l-istess proċedura bħall-budget li tiegħu qegħdin jemendaw l-estimi.

    2. Budget li jkun qiegħed jemenda għandu jkun sottomess fuq bażi annwali, fix-xahar wara l-għeluq tal-kontijiet kif imqiegħed fl-Artikolu 46(1), bil-għan li jiddaħħal il-bilanċ tal-kwantità maħduma tal-budget mis-sena finanzjarja ta' qabel bħala dħul fil-każ ta' bilanċ pożittiv jew infiq jekk il-bilanċ huwa negattiv.

    Artikolu 11

    Il-budget jista' jinħareġ lill-pubbliku.

    KAPITOLU III

    Implimentazzjoni tal-budget u accountancy

    Artikolu 12

    Il-budget għandu jkun implimentat f'konformità mal-prinċipju li l-uffiċċjal li jawtorizza u l-uffiċjal ta' l-accounting huma persuni differenti. Id-dmirijiet ta' l-uffiċjal li jawtorizza, l-uffiċjal ta' l-accounting u l-kontrollur finanzjarju għandhom ikunu inkompatibbli ma' xulxin.

    Artikolu 13

    1. Ix-xogħol ta' l-uffiċjal li jawtorizza d-dħul u l-infiq għandu jsir minn Direttur Ġenerali fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. L-uffiċjal li jawtorizza għandu jimplimenta l-budget f'isem id-Deputat Segretarju Ġenerali u fi ħdan il-limiti ta' l-approprjazzjonijiet imqassma jista' jiddelega l-poteri tiegħu lil Direttur.

    2. L-uffiċjal li jawtorizza jista' jiddeċiedi dwar trasferimenti bejn artikoli fi ħdan kull kapitolu. Bi ftehim tal-Grupp tax-Xogħol SIS, jista' jiddeċiedi dwar trasferimenti bejn kapitoli fi ħdan l-istess titolu. Il-Grupp tax-Xogħol SIS għandu jagħti l-kunsens tiegħu taħt l-istess kondizzjonijiet li hemm biex jadotta l-opinjoni tiegħu dwar l-budget.

    Artikolu 14

    Ix-xogħol tal-kontrollur finanzjarju għandu jsir mill-Kontrollur Finanzjarju tal-Kunsill f'konformità mar-regoli applikabbli għad-dmirijiet ta' dan ta' l-aħħar.

    Artikolu 15

    Ir-riċevuta ta' dħul u ħruġ ta' l-infiq għandha ssir minn uffiċjal ta' l-accounting tad-Direttorat Ġenerali A fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    Artikolu 16

    1. Għall-ġbir ta' kull ammont dovut skond l-Artikolu 25, jew ta' kull dejn dovut lill-Istati konċernati minn parti terza relatata mal-konklużjoni, stallazzjoni u ħidma tas-Sisnet, għadnu jkun meħtieġ il-ħruġ ta' ordni ta' ġbir mill-uffiċjal li jawtorizza. L-ordnijiet tal-ġbir għandhom jintbagħtu lill-uffiċjal ta' l-accounting, li għandu jibgħathom lill-kontrollur finanzjarju għall-approvazzjoni.

    2. L-għan ta' din l-approvazzjoni għandu jkun li twaqqaf li:

    (a) id-dħul kien allokat għall-item korrett tal-budget;

    (b) l-ordni tal-ġbir hija fl-ordni u tikkonforma mad-dispożizzjonijiet relevanti;

    (ċ) id-dokumenti ta' assistenza huma fl-ordni;

    (d) Id-debitur, jew l-awtorità kompetenti ta' l-Istat debitur, huma deskritti b'mod korrett;

    (e) id-data tal-għeluq hija indikata;

    (f) il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja sana li saret referenza għalihom fl-Artikolu 4 ikunu applikati;

    (g) l-ammont u l-munita tas-somma li għandha tinġabar huma korretti.

    3. L-uffiċjal ta' l-accounting għandu jassumi responsabbiltà li l-ordnijiet tal-ġbir ikunu mħejjija kif suppost.

    Artikolu 17

    Minkejja l-Artikoli 5 u 6:

    1. jista' jsir it-tnaqqis li ġej mill-kontijiet, fatturi jew dikjarazzjonijiet kollha, li mbagħad għandhom jgħaddu għall-ħlas ta' l-ammont nett:

    (a) multi imposti fuq parti għal kuntratt fuq tender aċċettat;

    (b) aġġustament ta' ammonti mħallsin bi żball, li jistgħu jinkisbu permezz ta' tnaqqis minn qabel meta tkun qegħda ssir validazzjoni oħra ta' l-istess tip taħt it-titolu, kapitolu, artikolu u sena finanzjarja li fir-rispett tagħha sar il-ħlas żejjed.

    Skontijiet u rifużjonijiet fuq fatturi u kontijiet m'għandhomx ikunu mniżżla bħala dħul separat;

    2. is-somom li ġejjin jistgħu jerġgħu jintużaw taħt it-titolu li n-nefqa inizjali kienet saret fuqu:

    - dħul li jkun ġej mir-rifużjoni ta' ammonti mħallsa bi żball kontra approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget.

    Is-somom għandhom jerġgħu jintużaw qabel it-tmiem tas-sena finanzjara wara dik li fiha nġabar id-dħul.

    Artikolu 18

    1. Kull miżura li x'aktarx tinvolvi nfiq kontra l-budget l-ewwel għandha tkun is-suġġett ta' proposta għall-obbligu ta' nfiq mill-uffiċjal li jawtorizza għall-uffiċjal ta' l-accounting, billi juri l-għan, l-ammont involut, l-item tal-budget li għandu jaqa' taħtu l-infiq u l-kreditur. Il-proposta għandha tkun sottomessa mill-uffiċjal ta' l-accounting lill-kontrollur finanzjarju għall-approvazzjoni.

    2. L-għan ta' din l-approvazzjoni għandu jkun li jwaqqaf li:

    (a) il-proposta għall-obbligi kienet ippreżentata f'konformità mal-paragrafu 1;

    (b) in-nefqa kienet mniżżla taħt l-item korrett tal-budget;

    (ċ) l-approprjazzjonijiet huma disponibbli fil-budget;

    (d) il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja sana msemmija fl-Artikolu 4 kienu applikati;

    (e) l-ispiża hija fl-ordni u tikkonforma mad-dispożizzjonijiet relevanti.

    Artikolu 19

    1. L-għan ta' validità ta' l-ispiża mill-uffiċjal li jawtorizza għandu jkun:

    (a) li jivverifika t-talba tal-kreditur;

    (b) li jistabbilixxi jew jivverifika l-eżistenza u l-ammont tas-somma dovuta;

    (ċ) li jivverifika l-kondizzjonijiet li l-pagament jinsab fihom;

    (d) li jivverifika li xiri jew servizzi li jkunu saru jkunu saru kif kienu ordnati.

    2. L-uffiċjal li jawtorizza jista' jagħmel il-verifiki fir-responsabbiltà tiegħu.

    Artikolu 20

    1. L-uffiċjal li jawtorizza għandu jawtorizza l-uffiċjal ta' l-accounting, bil-ħruġ ta' ordni tal-ħlas ("awtorizzazzjoni"), li jħallas item ta' nefqa li kienet validata.

    2. L-awtorizzazzjoni għandha ssemmi:

    (a) is-sena finanzjarja li għandha tinżamm kontra l-pagament;

    (b) it-titolu, kapitolu u artikolu tal-budget;

    (ċ) l-ammont li għandu jitħallas, f'figuri u kliem, u l-munita ta' ħlas;

    (d) l-isem u l-indirizz tal-kreditur;

    (e) l-għan ta' l-infiq;

    (f) il-metodu tal-ħlas;

    (g) in-numri u dati ta' l-approvazzjonijiet ta' rabta relevanti.

    3. L-ordni tal-ħlas għandha tkun iffirmata u mogħtija data mill-uffiċjal li jawtorizza.

    4. L-uffiċjal ta' l-accounting għandu jissottometti l-ordni tal-ħlas, flimkien mad-dokumenti oriġinali ta' assistenza, lill-kontrollur finanzjarju għall-approvazzjoni.

    5. L-għan ta' din l-approvazzjoni għandu jkun li jara li:

    (a) l-ordni għall-ħlas ħarġet sew;

    (b) l-ordni għall-ħlas taqbel mar-rabta ta' infiq u l-ammont tiegħu huwa korrett, b'konsiderazzjoni xierqa mogħtija lill-prinċipji ta' ġestjoni tajba li saret referenza għaliha fl-Artikolu 4;

    (ċ) in-nefqa hija mniżżla taħt l-item korrett fil-budget;

    (d) l-approprjazzjonijiet huma disponibbli fit-titolu jew artikolu tal-budget ikkonċernat;

    (e) id-dokumenti ta' assistenza huma fl-ordni, u

    (f) il-kreditur huwa msemmi u deskritt korrettament.

    6. Kwalunkwe spiża għandha tkun koperta minn qabel b'kontribuzzjonijiet mill-Istati msemmija fl-Artikolu 25 jew, f'nuqqas ta' dawn, b'self mill-bank. L-ispejjeż ta' self għall-finanzjament minn qabel fl-eventwalità ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontribuzzjonijiet għandu jinqasam fost l-Istati f'nuqqas, pro rata għall-kontribuzzjonijiet li ma ħallsux u b'konsiderazzjoni mogħtija għat-tul ta' l-arretrati.

    Artikolu 21

    Il-pagamenti għandhom isiru permezz ta' kont bankarju miftuħ f'konformità ma' l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/323/KE [3] f'isem is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill. L-ordnijiet tat-trasferimenti bankarji li jsiru skond dan ir-Regolament Finanzjarju għandhom jeħtieġu l-firem konġunti ta' żewġ uffiċjali maħtura mid-Deputat Segretarju Ġenerali, li wieħed minnhom għandu jkun l-uffiċjal ta' l-accounting.

    Artikolu 22

    Jekk il-kontrollur finanzjarju jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni mqiegħda fl-Artikoli 16, 18 jew 20 u l-uffiċjal li jawtorizza jsostni l-proposta tiegħu, l-argument għandu jkun riferut lid-Deputat Segretarju Ġenerali. Ħlief f'każijiet fejn id-disponibbilità ta' appropjazzjonijiet hija f'dubju, id-Deputat Segregarju Ġenerali jista', f'deċiżjoni raġunata tajjeb, jannula r-rifjut u jikkonferma l-ordni tal-ġbir, obbligu ta' spiża jew ordni ta' ħlas. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu fi żmien xahar jinforma lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar din id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun inforzabbli mid-data li l-approvazzjoni kienet rifjutata.

    Artikolu 23

    Ir-responsabbiltà għall-azzjoni dixxiplinarja ta' l-uffiċjal li jawtorizza, il-kontrollur finanzjarju, u l-uffiċjal ta' l-accounting fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu kif inhuma stabbiliti fir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 24

    Il-kontijiet għandhom jinżammu bil-metodu tad-double entry abbażi tas-sena kalendarja. Għandhom juru d-dħul u l-infiq kollu għas-sena finanzjarja.

    KAPITOLU IV

    Kontribuzzjonijiet ta' l-istati.

    Artikolu 25

    1. Id-dħul stmat għandu jikkonsisti f'kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri li ġejjin: Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja u l-Isvezja, kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja.

    2. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' dawn l-Istati jistgħu jitqiegħdu fil-budget u jkunu espressi f'euro.

    Artikolu 26

    L-Istati msemmija fl-Artikolu 25 għandhom jagħtu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lid-Deputat Segretarju Ġenerali f'konformità mal-formula li ġejja.

    L-iskala tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, fuq in-naħa waħda, u mill-Islanda u n-Norveġja, fuq in-naħa l-oħra, għandhom ikunu kkalkulati kull sena abbażi tas-sehem ta' kull Stat Membru kkonċernat u ta' l-Islanda u n-Norveġja fil-prodott gross domestiku (GDP) totali għas-sena preċedenti ta' l-Istati Membri kollha msemmija fl-Artikolu 25. L-iskala ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri konċernati għandha tkun ikkalkulata kull sena, b'konsiderazzjoni mogħtija lill-kontribuzzjonijiet ta' l-Islanda u n-Norveġja, abbażi tal-proporzjon tar-riżorsi tal-VAT imħallsa minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri lir-riżorsi totali tal-VAT tal-Komunitajiet Ewropej, kif imwaqqaf fl-aħħar emenda tal-budget ta' l-Unjoni waqt is-sena finanzjarja preċedenti.

    Artikolu 27

    1. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jibgħat talbiet għall-kontribuzzjonijiet lill-kull Stat imsemmi fl-Artikolu 25 b'ittra permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali li d-dettalji tagħhom kienu mgħarrfa lilu.

    2. L-ittra konċernata għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja:

    (a) id-deċiżjoni li l-budget ikun adottat jew, fl-eventwalità li l-Artikolu 9 ikun invokat, id-deċiżjonijiet li jissejjħu l-kontribuzzjonijiet b'partijiet minn tnax proviżjonali;

    (b) l-ammont li għandu jitħallas minn kull Stat, kalkulat f'euro f'konformità ma' l-iskala li saret referenza għaliha fl-Artikolu 26;

    (ċ) id-dettalji meħtieġa sabiex titħallas il-kontribuzzjoni.

    3. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu fil-kont bankarju msemmi fl-Artikolu 21.

    4. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu bl-euro.

    Artikolu 28

    1. L-Istati msemmija fl-Artikolu 25 jeħtieġu li jħallsu 25 % tal-kontribuzzjonijiet tagħhom sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar, l-1 ta' April, l-1 ta' Lulju u l-1 ta' Ottubru.

    2. Jekk Stat ikun naqas mill-obbligi finanzjarji tiegħu, ir-regoli tal-Komunità eżistenti dwar l-interessi li għandhom jinżammu fl-eventwalità ta' pagament ta' kontribuzzjonijiet tard lill-budget ta' l-Unjoni għandhom japplikaw b'analoġija, bla ħsara għall-ispejjeż kollha li għandhom jitħallsu mill-Istat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(6).

    KAPITOLU V

    Konklużjoni ta' kuntratti

    Artikolu 29

    1. Kuntratti għax-xiri jew kiri ta' oġġetti jew għall-provvista ta' servizzi għandhom isiru bil-miktub.

    2. Dawn il-kuntratti kollha li l-valur stmat għalihom huwa daqs jew jaqbeż it-thresholds imqiegħda fid-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' fornituri [4] jew id-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 relatata mal-kordinament ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' servizz lill-pubbliku [5] għandhom ikunu konklużi wara li tkun ħarġet sejħa għall-offerti f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi, li jinkludu kull emenda oħra li jkunu qablu magħha (minn hawn ‘l quddiem imsejjħa "id-Direttivi tal-Kunsill dwar proċeduri ta' prokura pubblika").

    3. Il-kuntratti li l-valur stmat tal-kuntratt in kwistjoni ma jaqbiżx it-thresholds imqiegħda fid-Direttivi tal-Kunsill dwar il-proċeduri ta' prokura pubblika jistgħu jsiru bi trattat privat. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 għandhom jintrabtu xorta waħda, kemm jista' jkun possibbli u bil-mezzi xierqa kollha, sabiex jawtorizzaw il-fornituri li x'aktarx huma kapaċi li jfornu l-oġġetti u servizzi in kwistjoni sabiex jikkompetu.

    4. Is-sejħiet għall-offerti għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu ppublikati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 fl-Istati Membri kollha.

    5. Il-proċeduri ta' l-għoti ta' l-offerti u l-kriterji tas-selezzjoni u l-għoti tal-kuntratti għandhom ikunu determinati u rregolati mid-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill dwar proċeduri ta' prokura pubblika, kif supplimentat mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament Finanzjarju.

    6. Kull sejħa għall-offerti għandha tkun ippreparata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 u għandhom, b'mod partikolari:

    (a) jispeċifikaw il-proċedura għall-għoti ta' l-offerti u jistipulaw kif għandhom ikunu ppreżentati, inkluż, b'mod partikolari, kull ħtieġa f'dak li hu l-użu ta' formola standard għar-risposti;

    (b) jagħmlu referenza għall-kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt konċernat (fornimenti jew servizzi), fejn xieraq, u għal kull dokument li fih kondizzjonijiet applikabbli speċifikament għall-kuntratt partikolari kkonċernat;

    (ċ) jinkludu klawsola li tistqarr li s-sottomissjoni ta' offerta timplika l-aċċettazzjoni tal-kondizzjonijiet relevanti;

    (d) jispeċifikaw it-termini li fihom tista' ssir spezzjoni, fejn xieraq, biex titpoġġa f'dettall fil-każ ta' spezzjonijiet fuq il-post;

    (e) jispeċifikaw il-perjodu li fih tibqa' valida offerta u ma tista'x tkun varjata f'kull rispett;

    (f) jispeċifikaw il-multi għan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt;

    (g) jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu fil-fatturi (jew id-dokumenti relevanti li jappoġġjaw);

    (h) jipprojbixxu kull kuntatt bejn id-Deputat Segretarju Ġenerali u l-persunal, rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, rappreżentanti tal-Gvernijiet fl-Islanda u n-Norveġja u min jitfa' l-offerti f'argumenti relatati ma' dik is-sejħa għall-offerti ħlief, b'mod ta' eżenzjoni speċjali, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    qabel id-data ta' l-għeluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti:

    (i) fl-insistenza ta' min jitfa' l-offerti:

    informazzjoni addizzjonali għall-għan biss li tkun kjarifikata n-natura tas-sejħa għall-offerti tista' tintbagħat lil kull min jitfa' offerta;

    (ii) fl-insistenza tad-Deputat Segretarju Ġenerali:

    jekk l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, jew l-Islanda u n-Norveġja, jew is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jindunaw bi żball, nuqqas ta' preċiżjoni, ommissjoni jew kull tip ta' difett klerikali fit-test tas-sejħa għall-offerti, is-Segretarjat Ġenerali jista', f'manjiera identika għal dik applikabbli fis-sejħa oriġinali għall-offerti, jinforma lill-persuni kkonċernati b'mod xieraq;

    (iii) wara li jkunu nfetħu l-offerti u fuq l-insistenza ta' l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, l-Islanda jew in-Norveġja, jew is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jekk hija meħtieġa xi kjarifika f'konnessjoni ma' offerta, jew jekk għandhom ikunu kkorreġuti żbalji klerikali ovvji li jinsabu fl-offerta, is-Segretarjat Ġenerali jista' jikkuntattja lil min jifta l-offerta.

    Artikolu 30

    F'kull każ fejn sar kuntratt taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(6)(h), għandu jkun preparat "Notament għall-fajl" u dan il-kuntratt għandu jissemma fir-rapport li għandu jintbagħat sussegwentement lill-Kumitat Konsultattiv li ssir referenza għalih fl-Artikolu 36.

    Artikolu 31

    M'għandha tkun ipprattikata l-ebda diskriminazzjoni bejn ċittadini ta' l-Istati Membri u ta' l-Islanda u n-Norveġja b'raġunijiet ta' ċittadinanza f'dawk li huma kuntratti li jkunu ddaħħlu mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri li saret referenza għalihom fl-Artikolu 25.

    Artikolu 32

    Fejn hemm kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt propost, dawn għandhom ikunu mehmuża mas-sejħa għall-offerti. Kwalunkwe dokument li fih kondizzjonijiet applikabbli speċifikament għall-kuntratt partikolari kkonċernat għandu jkun mehmuż ukoll.

    Artikolu 33

    Min jitfa' l-offerti jista' jissottometti l-offerti:

    (a) bil-posta:

    f'liema każ is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li d-data relevanti għandha tkun dik li fiha ntbagħtet l-offerta, kif jidher mit-timbru tal-posta. Offerti mibgħuta bil-posta għandhom ikunu reġistrati; jew

    (b) jittieħdu bl-idejn lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dirett jew permezz ta' xi aġent ta' min jitfa' l-offerta, li jinkludu s-servizzi ta' messaġġiera privati:

    f'liema każ it-talba għall-offerti għandha ssemmi d-data li fiha għandhom ikunu sottomessi l-offerti u jispeċifikaw id-dipartiment fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li fih għandhom jittieħdu kontra riċevuta ffirmata u bid-data.

    Id-data għandha tkun l-istess fiż-żewġ każijiet.

    "L-offerti għandhom ikunu sottomessi f'envelopp issiġillat u dan ikun magħluq f'envelopp ieħor issiġillat. L-envelopp ta' ġewwa għandu jkollu fuqu, apparti mill-isem tad-dipartiment li huwa indirizzat għalih, kif indikat fis-sejħa għall-offerti, il-kliem "Sejħa għall-offerti – M'għandux jinfetaħ mir-Reġistru". Jekk jintużaw enveloppi li jingħalqu weħidhom għandhom ikunu ssiġillati b'tejp li jwaħħal u min jibgħathom għandu jiffirma fuq dan it-tejp."

    Artikolu 34

    Kull offerta għandha tinfetaħ.

    L-offerti għandhom jinfetħu flimkien minn kumitat maħtur għal dan il-għan mid-Deputat Segretarju Ġenerali. Għandu jkun magħmul minn tliet uffiċjali ta' livell għoli minn direttorati differenti tas-Segregarjat Ġenerali tal-Kunsill. Il-kontrollur finanzjarju għandu jkun mgħarraf dwar il-ftuħ ta' l-offerti. Il-kontrollur finanzjarju jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun preżenti bħala osservatur.

    Il-kumitat għandu jagħmel rapport dwar il-ftuħ ta' l-offerta, li għandu jkun iffirmat mill-membri kollha tiegħu.

    Kull paġna ta' kull offerta għandha tkun iffirmata bl-inizjali minn ta' l-anqas membru wieħed tal-kumitat. Il-kumitat għandu jagħmel rapport bil-miktub ta' l-offerti kollha riċevuti, li fih jitniżżlu, b'mod partikolari, id-dokumenti li jkun riċevuti minn kull min jitfa' l-offerta f'konnessjoni ma' l-offerta.

    Artikolu 35

    Kull offerta għandha tkun stmata mill-Istati Membri li saret referenza għalihom fl-Artikolu 25, flimkien ma' l-Islanda u n-Norveġja. Rapport, approvat unanimament minn dawn l-Istati, għandu jkun ippreżentat mill-uffiċjal kompetenti fi ħdan is-Segretarja Ġenerali tal-Kunsill maħtur mill-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni jew minn sostitut, maħtur ukoll mill-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni, lill-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 36.

    Dan ir-rapport għandu jinkludi partikolarment:

    (a) stqarrija tar-raġunijiet għall-eliminazzjoni ta' kull wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti;

    (b) stima teknika u finanzjarja ta' kull offerta, li tinkludi werrej komparattiv tal-prezzijiet ta' kull unit;

    (ċ) ir-raġunijiet għall-għażla ta' min ikun tefa' l-offerta li kien rakommandat.

    Artikolu 36

    Il-kuntratti għandhom ikunu konklużi mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 u mir-rappreżentanti xierqa ta' l-Islanda u n-Norveġja wara li tkun ħarġet sejħa għall-offerti għandhom l-ewwel ikunu sottomessi għall-opinjoni ta' Kumitat Konsultativ dwar prokuri u kontratti.

    Artikolu 37

    Il-Kumitat Konsultattiv li saret referenza għalih fl-Artikolu 36 għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru li saret referenza għalih fl-Artikolu 25, flimkien ma rappreżentant wieħed minn-Norveġja u ieħor mill-Islanda. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, flimkien ma' l-Islanda u n-Norveġja, għandhom jassiguraw li r-rappreżentanti magħżula għandhom kapaċità adekwata fl-informatika u/jew argumenti finanzjarji u/jew argumenti legali. Ir-rappreżentanti ma jistgħux jipparteċipaw fl-istima tal-fajls li għandhom jintbagħtu lill-Kumitat Konsultattiv. Rappreżentant tal-kontrollur finanzjarju għandu jkun preżenti bħala osservatur.

    Il-Kumitat Konsultattiv għandu, b'maġġoranza sempliċi, jaħtar President u Deputat President minn fost ir-rappreżentanti tiegħu.

    Il-Kumitat Konsultattiv għandu jagħti opinjoni dwar jekk il-proċedura li twassal għas-selezzjoni ta' min tefa' l-offerta hija f'ordni tajba u, b'mod ġenerali, dwar it-termini tal-kuntratt proposti.

    Kull problema ieħor li jikkonċerna l-materja li tifforma s-suġġett ta' dan il-kapitolu jista' jkun irreferut lill-Kumitat Konsultattiv imsemmi għal opinjoni.

    Il-Kumitat Konsultattiv għandu jipprova jadotta l-opinjonijiet tiegħu permezz ta' kunsens. Jekk dan il-kunsens m'huwiex possibbli, il-Kumitat Konsultattiv għandu jadotta l-opinjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza sempliċi tar-rappreżentanti tiegħu. Għandu jkun meħtieġ kworum ta' 11 sabiex il-proċeduri jkunu validi. Fl-eventwalità ta' vot indaqs, il-President għandu jkollu l-vot deċisiv.

    Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jipprovdi assistenza segretarjali lill-Kumitat Konsultattiv kif inhu meħtieġ.

    Artikolu 38

    Il-Kumitat Konsultattiv għandu jagħmel ir-regoli ta' proċedura tiegħu stess, b'analoġija mar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prokuri u Kuntratti tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 39

    Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun meħtieġ li jagħti l-opinjoni tiegħu, f'kapaċità purament konsultattiva dwar:

    (a) il-kuntratti proposti kollha għall-fornimenti jew servizzi, li jinkludu studji, li l-valur stmat għalihom huwa daqs jew aktar mit-thresholds fid-Direttivi tal-Kunsill dwar il-proċeduri ta' prokura pubblika;

    (b) kull ftehim supplimentari propost għal kull kuntratt kif imsemmi fil-punt (a) kull meta jkun hemm tibdil sinjifikanti, partikolarment meta l-effett ta' dan il-ftehim supplimentarji jkun li jinbidel l-ammont involut fil-kuntratt oriġinali;

    (ċ) kull ftehim supplimentari propost li l-effett tiegħu jkun li jgħolli l-ammont totali involut f'kuntratt diġa konkluż il-fuq mit-thresholds imsemmija fil-punt (a);

    (d) mistoqsijiet li jitqajjmu fil-ħin ta' konklużjoni jew waqt l-eżekuzzjoni ta' kuntratti (eż. tħassir ta' ordnijiet, talbiet għall-maħfra ta' multi għad-dewmien, devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet u kondizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt), jekk l-argument ikun serju biżżejjed li jiġġustifika talba għal opinjoni;

    (e) fuq talba ta' wieħed mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 jew ta' l-Islanda jew tan-Norveġja, jew ta' membru tal-Kumitat Konsultattiv, jew tad-Deputat Segretarju Ġenerali, il-kuntratti proposti li jinvolvu ammont aktar baxx mit-thresholds imsemmija fil-punt (a), fejn jikkunsidraw li dawn il-kuntratti jinvolvu mistoqsijiet ta' prinċipju jew huma ta' natura speċjali.

    Artikolu 40

    Il-fajls mogħtija lill-Kumitat Konsultattiv għal opinjoni skond l-Artikolu 39(b) sa (e), għandhom ikun akkumpanjati wkoll minn rapport approvat unanimament mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja.

    Artikolu 41

    L-opinjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv għandhom ikunu ffirmati mill-President tiegħu. Sabiex ikun evitat id-dewmien fil-proċess b'riżultat ta' l-intervent tal-Kumitat Konsultattiv, l-Istati Membri li saret referenza għalihom fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja, jistgħu, jekk jaħsbu li huwa meħtieġ, jimponu limitu ta' żmien raġjonevoli sa meta għandha tingħata opinjoni. L-opinjonijiet għandhom jintbagħtu lid-Deputat Segretarju Ġenerali u lill-Istati Membri li saret referenza għalihom fl-Artikolu 25, kif ukoll lill-Islanda u n-Norveġja. Wara li tingħata konsiderazzjoni tajba lil dik l-opinjoni, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja, għandhom jieħdu deċiżjoni finali dwar il-każ permezz ta' unanimità. Ladarba tkun ittieħdet dik il-deċiżjoni, il-kuntratt jew kuntratti li jiffurmaw is-suġġett ta' kull każ għandhom ikunu konklużi mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 u mir-rappreżentanti xierqa ta' l-Islanda u n-Norveġja.

    Artikolu 42

    Kull min ikun tefgħa l-offerta għandu jkun mgħarraf mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar id-deċiżjoni meħudha dwar l-offerti tagħhom.

    Artikolu 43

    1. Il-Kuntratti jistgħu jsiru kontra fattura jew kont ta' l-ispejjeż fejn il-valur mistenni ta' l-oġġetti jew servizzi ma jkunx aktar minn EUR 2000.

    2. Bħala mod ta' garanzija ta' l-eżekuzzjoni tal-kuntratti, il-fornituri, kuntratturi jew provdituri tas-servizzi jistgħu jkunu meħtieġa permezz ta' klawsola għall-garanzija li jagħmlu depożitu preliminari. Dan id-depożitu għandu jkopri mhux biss il-perjodu sħiħ tal-garanzija iżda wkoll perjodu twil biżżejjed sabiex jippermetti li l-garanzija tkun invokata. Id-depożitu għandu, fil-prinċipju, jikkonsisti minn pagament magħmul bl-euro ġo kont bankarju miftuħ speċifikament għall-dak il-għan f'isem is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Dan id-depożitu jista' jsir biss ma' istituzzjoni ta' kreditu ta' prima klassi f'kont għal żmien qasir jew ta' sight denominat f'euro.

    3. L-ammont tad-depożitu għandu jkun iffissat skond it-termini u kondizzjonijiet normali tal-kummerċ.

    4. Il-provvista ta' din is-sigurtà għandha tkun obbligatorja fejn il-valur tal-kuntratt konċernat huwa daqs jew akbar mit-thresholds imqiegħda fid-Direttivi tal-Kunsill dwar proċeduri pubbliċi tal-akkwisti.

    5. Din is-sigurtà tista' tinbidel permezz ta' garanzija konġunta personali mogħtija minn parti terza approvata mill-uffiċjal għall-accounting. Din il-garanzija għandha, fi prinċipju, tkun denominata f'euro u għandha tikkonforma ma' l-istess regoli li għandha l-garanzija li saret referenza għaliha fil-paragrafu 2.

    6. Fejn kuntratt ma jkunx sar jew ikun tlesta tard, id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jassigura li l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja, ikunu kkumpensati b'mod xieraq għall-ħsarat, interessi u spejjeż bit-tnaqqis ta' l-ammont mid-depożitu, sew jekk dan isir direttament mill-fornitur jew kuntrattur u sew minn parti terza.

    Artikolu 44

    Id-dokumenti ta' assistenza li s-soltu jakkumpanjaw l-ewwel ordni għall-ħlas ippreparati skond kuntratt li jeħtieġ il-provvista ta' depożitu għandhom ikunu supplimentati minn kopja, ċertifikata li hija vera mill-uffiċjal ta' l-accounting, ta' dikjarazzjoni mill-istabbiliment jew parti terza li tipprovdi l-garanzija.

    Artikolu 45

    Id-depożiti għandhom jerġgħu jitħallsu, jew il-garanziji mogħtija minflok dawn imsemmija fl-Artikolu 43 ikunu rilaxxati, mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt jew garanzija applikabbli, ħlief f'każijiet li l-kuntratt ma jkunx sar jew ikun tlesta tard kif imsemmi fl-Artikolu 43(6).

    KAPITOLU VI

    Preżentazzjoni u verifika tal-kontijiet.

    Artikolu 46

    1. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu, fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-budget, jipprepara kont ta' dħul u infiq u balance sheet u jibgħathom lill-Grupp tax-Xogħol SIS.

    2. Il-kont tad-dħul u l-infiq għandu jkopri t-transazzjonijiet kollha tad-dħul u l-infiq li jirrelataw mas-sena finanzjarja preċedenti. Għandha tintbagħat fl-istess forma u ssegwi l-istess sottodiviżjonijiet bħall-budget.

    3. Dan li ġej għandu jkun mehmuż mal-kont:

    (a) prospett li turi s-sitwazzjoni ta' kull wieħed mill-Istati msemmija fl-Artikolu 25 dwar il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, u

    (b) prospett tat-trasferiment ta' l-approprjazzjoni.

    4. Il-balance sheet għandha turi l-assi u l-piżijiet tal-budget kif jinsabu fil-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja preċedenti.

    Artikolu 47

    1. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tintalab tivverifika l-kontijiet.

    2. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jibgħat il-kont tad-dħul u l-infiq u l-balance sheet lill-Qorti ta' l-Awdituri fi żmien 15-il jum wara l-perjodu mqiegħed fl-Artikolu 46(1).

    3. L-għan tar-reviżjoni mill-Qorti ta' l-Awdituri hu li jistabbilixxi li d-dħul kollu kien riċevut u l-ispejjeż kollha ntefqu b'mod regolari u skond il-liġi f'konformità mal-kuntratti li għandhom ikunu ġestiti, il-budget u dan ir-Regolament Finanzjarju.

    4. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jipprovdi lill-Qorti ta' l-Awdituri b'kull faċilità li tista' tikkonsidra li hija meħtieġa sabiex tagħmel xogħolha.

    Artikolu 48

    Il-kont tad-dħul u l-infiq, il-balance sheet u r-rapport mill-Qorti ta' l-Awdituri, akkumpanjati fejn xieraq mill-kummenti tad-Deputat Segretarju Ġenerali, għandhom jintbagħtu sa l-1 ta' Lulju lill-Istati msemmija fl-Artikolu 25. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill għandhom jagħtu r-rilaxx lid-Deputat Segretarju Ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-budget.

    KAPITOLU VII

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 49

    L-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li jikkonċernaw is-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen għal Stat ieħor minn dawk imsemmija fl-Artikolu 25 (minn hawn ‘il quddiem imsejjħa bħala l-"Istat l-ieħor") għandha tinvolvi:

    (a) aġġustament mill-ġdid tas-sehem ta' kontribuzzjonijiet ta' l-Istati msemmija fl-Artikolu 25, kif imqiegħed fl-Artikolu 26;

    (b) aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati msemmija fl-Artikolu 25 sabiex iwaqqfu l-kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-Istat l-ieħor għall-operazzjoni tas-Sisnet għas-sena finanzjarja kurrenti kollha;

    (ċ) aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati msemmija fl-Artikolu 25 sabiex iwaqqfu l-proporzjon ta' l-ispejjeż ta' l-istallazzjoni tas-Sisnet li kien hemm qabel li jridu jitħallsu mill-Istat l-ieħor. Dan il-persentaġġ għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-proporzjon tar-riżorsi tal-VAT imħallsa mill-istat l-ieħor għar-riżorsi totali tal-VAT tal-Komunitajiet Ewropej għas-snin finanzjarji ta' qabel li fihom intefqu l-ispejjeż ta' l-istallazzjoni tas-Sisnet xierqa. Il-persentaġġ tal-kontribuzzjoni għandu jkun is-suġġett ta' "nota ta' kreditu" lill-Istati msemmija fl-Artikolu 25 għal ammont pro rata tas-sehem tagħhom kif ikkalkolat f'konformità ma' l-Artikolu 26. L-Istati l-oħra jistgħu jagħżlu li jallokaw l-ammont ikkonċernat lejn is-sehem tagħhom tal-budget jew jitolbu li jintraddilhom.

    Artikolu 50

    1. Dan ir-Regolament Finanzjarju għandu japplika għall-adottar tal-budget dwar id-dħul u l-infiq meħtieġ sabiex jilħaq l-obbligi li joħorġu minn kull azzjoni meħudha skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/870/KE, għas-sena finanzjarja li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    2. B'deroga mill-Artikolu 8, għall-għanijiet tal-budget li saret referenza għalih fil-paragrafu 1, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jibgħat l-abbozz preliminari tal-budget lill-grupp tax-Xogħol SIS kemm jista' jkun malajr wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament Finanzjarju. Wara li tingħata l-opinjoni tal-Grupp tax-Xogħol SIS u t-twaqqif ta' l-abbozz tal-budget, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, li jiltaqgħu fi ħdan il-kunsill għandhom jadottaw il-budget mingħajr dewmien.

    3. B'deroga mill-Artikolu 28, għall-għanijiet tal-budget imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati imsemmija fl-Artikolu 25 għandhom jinħtieġu li jħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom f'konformità ma' skeda li għandha tkun determinata mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 meta tadotta din l-budget.

    Artikolu 51

    1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha tkun adottata.

    2. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. Gomes

    [1] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 41.

    [2] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2673/1999 (ĠU L 326, tat-18.12.1999, p.1).

    [3] ĠU L 123, tat-13.5.1999, p. 51.

    [4] ĠU L 199, tad-9.8.1993, p. 1.

    [5] ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 1. Direttiva emendata l-aħar bid-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, tat-28.11.1997, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top