EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0113(01)
Council Decision of 17 December 1999 on the appointment by the Council of the members of the selection panel for the 'European Capital of Culture' Community action
Id-Deċiżjoni tal-kunsill
Id-Deċiżjoni tal-kunsill
ĠU C 9, 13.1.2000, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal C 009 , 13/01/2000 P. 0001 - 0001
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru, 1999, dwar il-ħatra mill-Kunsill tal-membri tal-panel ta' għażla għall-azzjoni tal-Komunità dwar "Kapitali Ewropea ta' Kultura" (2000/C 9/01) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjonii Nru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju, 1999, li stabbiliet azzjoni tal-Komunità dwar Kapitali Ewropea ta' Kultura għas-snin 2005 sa 2019 [1], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tagħha, Billi l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE jipprovdi illi l-Kummissjoni għandha taħtar kull sena panel ta' għażla li għandu jagħmel rapport dwar in-nomina jew nomini mqabblin ma' l-oġġettivi u l-karatteristiċi ta' l-azzjoni, u illi l-panel imsemmi għandu jkun magħmul minn seba' persuni ewlenin indipendenti li jkunu esperti fil-qasam kulturali, u li tnejn minnhom għandhom ikunu maħturin mill-Kunsill, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. Bil-għan li tkun stabbilita belt bħala "Kapitali Ewropea ta' Kultura" mis-sena 2005, matul l-ewwel nofs ta' kull sena u għall-ewwel darba fis-sena 2000 iż-żewġ Stati li jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill matul is-sena kurrenti għandhom kull wieħed minnhom jinnominaw persuna ewlenija li tassigura garanziji ta' indipendenza u tagħrif espert meħtieġa biex hija tagħmel parti mill-panel ta' għażla msemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE. 2. Matul it-tieni nofs ta' kull sena u għall-ewwel darba fis-sena 2000 il-Kunsill għandu jaħtar b'maġġoranza sempliċi liż-żewġ persuni ewlenin li għandhom jagħmlu parti mill-panel ta' għażla għas-sena ta' wara. 3. Il-Presidenza għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bil-ħatra. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussell, 17 ta' Diċembru, 1999. Għall-Kunsill Il-President K. HemilÄ [1] ĠO L 166, 1.7.1999, p. 1. --------------------------------------------------