Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2655

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2655/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2221/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 dwar il-kontrolli fiżiċi mwettqa fil-ħin ta' l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3122/94 li jistabbilixxi l-kriterji għall-analiżi tar-riskju rigward il-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet

    ĠU L 325, 17.12.1999, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2002; Impliċitament imħassar minn 32002R2090

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2655/oj

    31999R2655



    Official Journal L 325 , 17/12/1999 P. 0012 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2655/1999

    tas-16 ta' Diċembru 1999

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2221/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 dwar il-kontrolli fiżiċi mwettqa fil-ħin ta' l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3122/94 li jistabbilixxi l-kriterji għall-analiżi tar-riskju rigward il-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta' Frar 1990 dwar il-monitorjar imwettaq fil-ħin ta' l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 163/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2221/95 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1167/97 [4] jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 386/90; billi fid-dawl ta' l-esperjenza u r-rakkomandazzjoniet tal-Qorti tal-Verifika dwar il-materja, huma meħtieġa emendi għal dawn ir-regoli sabiex tittejjeb l-effiċjenza fil-kontrolli;

    (2) Rigward l-ammont totali tar-rifużjonijiet, is-sehem allokat lill-prodotti li mhumiex koperti bl-Anness I tat-Trattat huwa ta' importanza żgħira. Mill-banda l-oħra, il-propozjon tal-kontrolli fiżiċi mwettqa fuq il-prodotti li mhumiex inklużi fl-Anness huwa kbir. Sabiex isir użu aħjar mill-mezzi tal-kontroll dan l-iżbilanċ għandu jittejjeb. Dan jista' jinkiseb parzjalment billi titnaqqas ir-rata tal-kontrolli fuq il-prodotti li mhumiex inklużi fl-Anness I b'0,5 %. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà, meta jikkalkolaw ir-rata minima tal-kontrolli li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, li jinjoraw id-dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' kwantitajiet żgħar jew ammont żgħir ta' rifond;

    (3) L-Artikolu 21(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 800/1999 [5] jipprovdi illi ma għandu jingħata l-ebda rifond għall-prodotti li mhumiex ta' kwalità b'saħħitha u ġusta għat-tqegħid fis-suq fid-data li fiha tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni. Għalkemm mhux possibbli li jiġu eżaminati l-prodotti kollha preżentati għall-esportazzjoni, minħabba li l-kapaċità ta' analiżi tal-laboratorju hija limitata, fejn il-kwalità b'saħħitha u ġusta ta' prodott hija bla ħsara għal suspetti definiti, għandhom isiru iktar verifiki; jekk ikun hemm il-ħieġa permezz ta' testijiet tal-laboratorju;

    (4) Eżami tat-testijiet tal-laboratorju jindika illi l-ħtieġa tat-testijiet obbligatorji fil-laboratorju għandu jeħfief fejn hija disponibbli assikurazzjoni pożittiva fuq il-bażi ta' riżultati sodisfaċenti mtennija fuq l-istess prodott mill-istess esportatur;

    (5) Teżisti distinzjoni bejn it-trattament illi jirċievu l-konsenji għall-esportazzjoni f'portijiet kbar, fejn ikun hemm varjetà kbira ta' prodotti u firxa wiesgħa ta' esportaturi, u t-trattament li jirċievu l-konsenji għall-esportazzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fejn jiġi ttrattat biss numru limitat ta' prodotti differenti minn ftit esportaturi.. Fil-każ ta' l-aħħar il-konsenji għall-esportazzjoni jirċievu livell ta' kontrolli aktar intensiv. Għal dawn l-uffiċċji tad-dwana, għandha tittieħed f'konsiderazzjoni l-għażla tal-konsenji sabiex jiġu kkontrollati fiżikament fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv;

    (6) Id-disposizzjonijiet li jittrattaw is-sostituzzjoni tal-kontrolli għandhom ukoll isiru aktar flessibbli, sabiex il-kontrolli jkunu jistgħu jitwettqu skond l-analiżi tar-riskju;

    (7) L-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 386/90 teħtieġ illi l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jissottomettu evalwazzjonijiet annwali ta' l-eżekuzzjoni u l-effettività tal-kontrolli mwettqa skond dan ir-Regolament;

    (8) Sabiex jgħin fl-applikazzjoni prattika tad-disposizzjonijiet il-ġodda u rigward iċ-ċarezza, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3122/94 [6] għandu jiġi mibdul bl-Artikolu 5a(1);

    (9) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali relevanti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2221/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2(3) huwa mibdul bis-sentenzi li ġejjin:

    "Meta jikkalkolaw ir-rata minima tal-kontrolli li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu illi jinjoraw id-dikjarazzjonijet ta' l-esportazzjoni li jinvolvu kwantitajiet li ma jaqbżux:

    - il-5000 kg fil-każ taċ-ċereali u r-ross,

    - l-1000 kg għall-frott u l-ħaxix ta' l-ikel kif ukoll għall-oġġetti li ma jidħlux fl-Anness I tat-Trattat,

    - il-500 kg fil-każ tal-prodotti l-oħra.

    Bħala alternattiva l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħżlu li jinjoraw id-dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni li jirreferu għall-ammonti ta' rifużjonijiet anqas minn EUR 200."

    2. Fl-Artikolu 5 jiġi miżjud il-paragrafu ġdid li ġej:

    "5.5. Fejn il-kwalità b'saħħitha, tajba u ġusta u li tista' titqiegħed fis-suq ta' prodott hija bla ħsara għal suspetti definiti, l-uffiċċju tad-dwana għandu jivverifika t-tħaris tad-disposizzjonijiet Kommunitarji applikabbli, b'mod partikolari dwar fejn għandhom x'jaqsmu mar-regoli Kommunitarji dwar is-sanità u l-filosanità. Fejn meqjus meħtieġ mill-uffiċċju tad-dwana, dan jista' jibda, jew iġiegħel li jinbdew it-testijiet tal-laboratorju fejn jindikaw l-għan tat-test."

    3. Jiġi miżjud l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 5a

    Jekk l-Istat Membru japplika sistema ta' analiżi tar-riskju skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90 għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    1. Il-perċentwal tal-kontrolli fiżiċi mwettqa fuq il-prodotti li ma jidħlux fl-Annes I, ma għandhomx jittieħdu f'kunsiderazzjoni għall-għanijiet tal-kalkolu tar-rata ġenerali ta' 5 % għas-setturi kollha. F'dan il-każ, ir-rata minima ta' 0,5 % għandha tkun obbligatorja għall-prodotti li ma jidħlux fl-Anness I.

    2. Jekk ir-rata tar-rifond tiddependi fuq kontenut partikolari u prodott bl-istess kodiċi għar-rifond jew il-kodiċi tan-NM jiġi esportat fuq bażi regolari mill-istess esportatur, u jekk rigward it-testijiet fil-laboratorju fl-aħħar sitt xhur ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' konformità b'konsegwenzi finanzjari akbar minn EUR 200 dwar l-ammont gross tar-rifond, allura b'deroga mill-Artikolu 5(4) ikun meħtieġ li kampjuni rappreżentattivi jkunu jridu jittieħdu biss f'50 % tal-konrolli fiżiċi. Jekk ir-riżultat tat-testijiet tal-laboratorju jikxef nuqqas ta' konformità b'konsegwenzi finanzjarji akbar minn Euro 200 fejn għandu x'jaqsam l-ammont gross tar-rifond, il-kampjuni jridu jittieħdu fuq il-kontrolli fiżiċi kollha fis-sitt xhur ta' wara.

    3. Għall-uffiċċji tad-dwana ta' l-esportazzjoni, fejn tiġi ppreżentata firxa limitata ta' prodotti (massimu ta' żewġ setturi ta' prodotti), minn ftit esportaturi (massimu ta' ħames esportaturi) li jiġu ppreżentati għall-esportazzjoni, il-kontrolli fiżiċi jistgħu jitnaqqsu għal rata minima ta' 2 % għal kull settur ta' prodott. Is-setturi b'anqas minn 20 dikjarazzjoni għall-esportazzjoni kull sena għal kull uffiċċju tad-dwana ma għandhomx jittieħdu f'kunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit in-numru tas-setturi. L-uffiċċji tad-dwana jistgħu jużaw dawn id-disposizzjonijiet għal sena kalendarja sħiħa, ibbażati fuq l-istatistika tas-sena kalendarja ta' qabel, saħansitra fejn id-dikjarazzjonijiet għall-esportazzjoni jsiru minn esportaturi addizzjonali jew għal setturi addizzjonali tal-prodotti matul is-sena."

    4. L-Artikolu 9(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Jekk l-uffiċċju tad-dwana ta' l-esportazzjoni ma jkunx issiġilla l-mezz tat-trasport jew il-pakkeġġ, allura:

    (a) mingħajr preġudizzju għall-miżuri tal-kontroll ibbażati fuq disposizzjonijiet oħra, għandhom jitwettqu kontrolli ta' sostituzzjoni, sa fejn possibbli, fid-dawl ta' l-analiżi tar-riskju,

    u

    (b) in-numru tal-kontrolli ta' sostituzzjoni ma għandhomx ikunu inqas minn numru ta' ġranet li fihom il-prodotti ta' l-esportazzjoni għar-rifond iħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità permezz ta' l-uffiċċji tad-dwana partikolari tal-ħruġ."

    5. Jiġi miżjud l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 9a

    Kull sena qabel l-1 ta' April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport rigward l-evalwazzjoni dwar l-eżekuzzjoni u l-effettività ta' dan ir-Regolament."

    Artikolu 2

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3122/94 huwa mħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

    Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 9a għandhom japplikaw għall-ewwel darba għall-kontrolli li jridu jitwettqu fis-sena 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 42, tas-16.2.1990, pġ. 6.

    [2] ĠU L 24, tad-29.1.1994, pġ. 2.

    [3] ĠU L 224, tal-21.9.1995, pġ. 13.

    [4] ĠU L 169, tas-27.6.1997, pġ. 12.

    [5] ĠU L 102, tas-17.4.1999, pġ. 11.

    [6] ĠU L 330, tal-21.12.1994, pġ. 31.

    --------------------------------------------------

    Top